Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċjali ta' l-MCAST — paga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi l-paga ta’ dawn l-uffiċjali tal-MCAST : il-Principal, ic-Chief Executive Officer , il-librar, id-diretturi kollha tal-istituti u d-deputati diretturi kollha tal-istituti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tqassim ta' frotta fi skejjel primarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid hux qed tikkonsidra li bħalma fil-passat kien ikun hemm tqassim tal-ħalib lit-tfal, kull tifel fil-livell primarju, jingħata frotta kuljum bħala miżura li kull tifel jingħata l-minimu ta’ fibre fl-iżvilupp personali tal-individwu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Unjoni Ewropea għadha kif ħarġet Council Regulation u linji gwidi ġenerali dwar skema ta’ sussidju għall-frott għat-tfal tal-iskejjel. Ir-regoli għall-implimentazzjoni ta’ din l-iskema se joħorġu bħala regolament tal-Kummissjoni. Għadha trid tinħadem strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel Maltin.

Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament kienet ta’ €170,616.95.
Leg 11 PQ #5119 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5583.
Leg 11 PQ #5188 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Trasferiment tal-Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4430 dwar trasferiment ta’ ħaddiema Għawdxin minn Malta għal Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrenti u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta’ entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija? Jekk dawn u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta’ kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta’ ishma, jista’ jagħti dwar dawn il-ħaddiema wkoll it-tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Permezz tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 4430 fit-2 ta’ Diċembru 2008, ingħata t-tagħrif dwar it-trasferimenti li seħħew għal Għawdex fis-Servizz Pubbliku u f’entitajiet oħra fis-Settur Pubbliku bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008. Ninsab infurmat li fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, qed jidher ukoll fid-dettal it-trasferimenti li saru għal Għawdex ta’ 45 membru tal-Korp tal-Pulizija u 7 membri fil-Forzi Armati fi ħdan iż-żewġ Korpi għall-perjodu msemmi. B’hekk ingħata tagħrif eżawrenti dwar it-trasferimenti li seħħew għal Għawdex fis-Servizz P ubbliku, fl-entitajiet pubbliċi u f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza ta’ l-ishma għall-perjodu mitlub.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Karozzi second hand — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4581, 4105, 3151, 2507, 1802 u 1391 u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-riforma fir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-klassi M1, kif imħabbra fil-budget f’Novembru 2008 inkludiet ukoll il-vetturi second hand li jiġu mpurtati u reġistrati għall-ewwel darba ġewwa Malta. Permezz ta’ din ir-riforma gawdew dawk il-vetturi zgħar u aktar ġodda u li għalhekk iħammġu anqas l-ambjent. Dawn raħsu sostanzjalment. Hemm każijiet fejn vetturi akbar u li jniġġsu aktar ser iħallsu aktar dazju fuq l-importazzjoni. Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għall-Abbozz ta’ Liġi numru 18 ippublikat fil-Gazetta tal-Gvern fit-12 ta’ Diċembru, 2008 u li daħal fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar, 2009.

EKO-Kontribuzzjonijet fuq il-liċenzji tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4583 u 4030 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid fuq liema proġett sejra tintuża' l-eko-kontribuzzjoni li ddaħħlet din is-sena fil-budget li permezz tagħha għolew il-liċenzji tal-vetturi kollha? Jista' jgħid kif dan il-proġett li għandu sejjer jaffettwa pożittivament l-ambjent u allura permezz t'hekk jonqos il-mard li huwa semma bħall-ażma u l-kanċer?

Response (FENECH, TONIO)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant għandu f’moħħu l-liċenzja ta’ ċirkolazzjoni li għandha titħallas kull sena fir-rigward ta’ liċenzji ta’ vetturi bil-mutur. Huwa fatt magħruf li iktar ma teqdiem vettura iktar tarmi emissjonijiet fl-arja u li dawn jikkawżaw dannu fl-ambjent. Għaldaqstant, iktar ma vettura tkun ġdida u għalhekk tarmi livell ta’ CO2 relattivament baxx, anqas teħel liċenzja ta’ ċirkulazzjoni. Fil-każ tal-vetturi b’magni diesel , il-livell ta’ particulate matter , jiġifieri dak id-duħħan iswed li joħroġ mill-magna, huwa fattur ieħor determinanti ta’ kemm trid titħallas liċenzja u għalhekk iktar ma’ dan ikun ta’ livell baxx anqas titħallas liċenzja. B’dan il-mod inkunu dejjem qed innaqqsu t-tniġġis fl-arja u b’hekk jonqos il-mard bħall-ażma u l-kanċer.

Eco-Tax fuq proġetti favur l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4628 u jagħti lista ta' prodotti li għandhom l-eco-tax fuqhom? Kemm hija din it-taxxa fuq kull prodott? X'qiegħed isir minn din it-taxxa? F'liema proġetti qed tintuża favur l-ambjent? Hemm xi ħsieb li din il-lista tal-prodotti li għandhom eko-kontribuzzjoni tiżdied?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4628.

Persuni 'l fuq minn 60 sena — bordijiet tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn 60 sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija ingħatat fis-seduta 70, fl-14 ta’ Jannar 2009.

Buqana — Limiti tar-Rabat - ranġar il-linja tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-linja tad-dawl li tforni ż-żona ta' Buqana limiti tar-Rabat Malta tiġi mibdula għal waħda ġdida, liema linja u l-qtugħ kontinwu tagħha qed jikkawża ħsarat kontinwi fl-apparat domestiku tar-residenti fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ħafna mill-linji li saret referenza għalihom għandhom jitneħħew, u minnflokhom jibdew jaħdmu cables ta’ taħt l-art li diġa hemm fil-post, la darba x-xogħolijiet jitlestew.
Leg 11 PQ #5344 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turbina tar-riħ — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinvolvu turbina/i tar-riħ? Jista' jagħti rendikont meta dawn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi quddiem l-istess awtorità u fejn wasal l-ipproċessar ta’ kull waħda minnhom? Jista' jgħid kemm-il turbina tar-riħ ġiet approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-Informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sittax-il applikazzjoni li jinvolvu turbina/i tar-riħ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. L-Awtorità s'issa approvat ż ewġ applikazzjonijiet li kienu jinvolvu turbina/i tar-riħ.
Leg 11 PQ #5388 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mas-Servizz Pubbliku — Proċeduri Kriminali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati mas-servizz pubbliku li fl-aħħar ħames snin inqatgħu proċeduri kriminali kontra tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 165 każ kriminali li nqatgħu mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li l-uffiċjali pubbliċi involuti nstabu ħatja b’sentenza tal-Qorti.

Pensjoni tat-Teżor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-Pensjoni tat-Teżor? Kemm kien l-ammont li tħallas fl-2008 f'Pensjoni tat-Teżor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jieħdu l-pensjoni tat-Teżor hu ta’ 14,611, u l-ammont li tħallas fl-2008 kien ta’ €80,229,887.97 u hu kif ġej: € Gratuities 15,336,612.44 Pensions 61,622,944.97 Widows orphans 475,372.11 Personal Injury Scheme 52,016.94 MP's 1,249,389.01 Special 39,903.22 Bonus MP's 98,679.17 Widows Bonus 1,202,826.72 Pensions Bonus 152,143.39 80,229,887.97

Good Causes Fund — fondi mqassma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Lil min ingħataw u l-ammont li ngħata f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Isla — Dock 1 - asbestos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fl-ewwel żewġ imħażen lejn in-naħa tal-Isla, f'Dock 1 hemm midfun, fuq wara, ammont ta' asbestos liema asbestosintradam f'dan il-post ħafna snin ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dock 1 — ċentru kummerċjali u residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta jaħseb li ser ikun f'pożizzjoni li jgħid x'ser isir f'Dock 1 minflok il-wegħda elettorali li jinbidel f'ċentru kummerċjali u residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif ġie avżat fil-medja reċentement, il-ħsieb tal-gvern hu li l- bini eżiżtenti fuq is sit ta' Dock 1, jiġi restawarat għal skop ta' 'arts and crafts'.

Ta' Qali Crafts Village — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fuq il-Crafts Village ta' Ta' Qali mis-sena 1987 sal-lum? Jista' jgħid minn min saru u x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.