Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċju tal-qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mhux qiegħed jieħu l-ebda benefiċċju tal-qgħad minkejja li qiegħed jirreġistra għax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #5859 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — xogħol ta' restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol ta' restawr hemm għaddej bħalissa fiċ-Ċittadella? X'xogħol hemm maħsub għall-futur u kemm intefqu flus f'restawr matul is-sena 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa għaddej xogħol ta' bdil ta' medda ta' ċangatura u xogħol ta' tiswija fuq ħitan imġarrfa li jinsabu fiċ-Ċittadella. Huwa pprogrammat ukoll li fil-ġranet li ġejjin jitkompla xogħol ta' restawr fuq parti mis-swar esterni. Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq it-tħejjija ta' Masterplan għaċ-Ċittadella liema xogħol huwa ko-finanzjat taħt il-programm ta' fondi EEA Financial Mechanisms. Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq żewġ tenders importanti li huwa survey fotogrammetiku tas-swar u studju ġeo-tekniku tal-blat li fuqu hi mibnija ċ-Cittadella li ser isiru fl-2009. Iż-żewġ tenders imsemmija huma l-ewwel tnejn minn sensiela ta' tenders li ser jinħarġu taħt il-programm ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropeja ERDF li ser iwasslu għal xogħol estensiv ta' restawr u konsolidazzjoni tas-swar u l-blat sottostanti bejn il-2009 u l-2013. Ninsab infurmata wkoll li l-ispiza matul l-2008 kienet tammaonta għal Euro15,995. L-ispiża ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu fuq dawn ix-xogħlijiet.
Leg 11 PQ #5860 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — operazzjonijeit, eżamijiet ta' X-rays u testijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru ta': a) operazzjonijiet b) eżamijiet ta' X-rays ċ) testijiet tal-laboratorju d) echocardiograms li saru fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fil-2008 ipparagunat ma' dawk li saru fl-2007?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5863 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hazardous waste — ħażna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5605 li oriġinarjment saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sal-lum il-hazardous waste fejn qed jinżamm? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess ażjendi li jipproduċuh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5864 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wind farm projects on land

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5613 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet formali lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar wind farm projects on land f'pajjiżna mis-sena 2000 'l quddiem? Meta ġew sottomessi u meta ġew validated? X'kien l-eżitu tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sittax-il (16) applikazzjoni li jinvolvu turbina/i tar-riħ. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. L-Awtorità s'issa approvat żewġ applikazzjonijiet li kienu jinvolvu turbina/i tar-riħ.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5643, 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5869 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cost Accounting Exercise

Question

Jista ' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, giet appuntata biex tagħmel cost accounting exercise fl-Isptar Mater Dei u jekk ġietx appuntata wara ħruġ ta' tender jew b'direct order ? Jekk b'tender min kienu l-applikanti, x'kienu r-rati u fuq liema bażi ġiet appuntata l-persuna magħżula? Jista' jgħid x'esperjenza għandha d-ditta li isimha qed jingħata b'mod separat fl-operat ta' sptar tad-daqs ta' Mater Dei kif ukoll kemm-il persuna qed taħdem fuq l-eżerċizzju ta' cost accounting ? Jekk b'direct order għaliex intgħażlet din id-ditta, kemm hija s-somma li qed titħallas, kemm se jdum għaddej dan l-eżerċizzju u kemm se tkun in-nefqa totali ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5871 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu llum, iktar minn sena wara li beda jopera l-Isptar Mater Dei, ir-rwol tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalkemm ilu aktar minn sena li beda jopera l-Isptar Mater Dei, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici (FMS) għadha involuta ma’ Skanska Malta Joint Venture fuq l-għeluq tal-kuntratt tal-bini ta’ l-isptar. L-FMS hija wkoll involuta fil-kuntratti kollha eżistenti li għandhom x’jaqsmu mal-Facilities Management ta’ l-istess sptar. Informat ukoll li l-FMS ġiet mogħtija l-inkarigu biex tieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-proġetti kapitali kollha li għandu ppjanat il-Ministeru għall-Politika Socjali fil-qasam tas-Saħħa.

Għawdex — Rabat - Skola tal-Lyceum - zebra crossing

Question

Peress li ż-zebra crossing li hemm quddiem l-iskola tal-Lyceum fir-Rabat Għawdex qed tkun ta' periklu, speċjalment bil-lejl, jista' l-Ministru jara li jsiru dwal biex jindikaw li hemm din iż-zebra crossing?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5903 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali f'Għawdex (wieħed wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta l-oħra.
Leg 11 PQ #5904 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — MCESD - membri tal-kumitat

Question

Billi ftit tax-xhur ilu twaqqaf il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-kumitat? Kemm-il darba iltaqa' sal-lum u x'temi ġew diskussi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bormla — Sur Santa Liena - xogħlijiet fuq triq

Question

Peress li fil-leġislatura l-oħra, f'domanda lill-Ministru responsabbli dwar xogħlijiet fit-triq ta' quddiem id-djar Sur Santa Liena Bormla, hu kien irrisponda "li l-Awtorità dwar it-Trasport tikkonferma li xogħlijiet f'din it-triq se jinbdew fil-ġranet li ġejjin peress li kien hemm id-diskussjonjiet bejn l-entitajiet li ħadu daqsxejn żmien aktar milli mistenni. Dawn id-diskussjonijiet waslu fil-final u kif ikunu ffinalizzati l-kuntratti ikun jista' jibda ix-xogħol". U peress li din ir-risposta ingħatat aktar minn sena ilum, ezattament fit-8 ta' Ottubru 2007, jista' l-Ministru jagħti indikazzjon meta jista' fl-aħħar isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-permessi meħtieġa nħarġu fil-ġranet li għaddew u x-xogħol għandu jibda.
Leg 11 PQ #5908 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — San Ġwann t'Għuxa - firien

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni u tittieħed azzjoni sabiex jinqerdu l-ammonti kbar ta' firien li hemm fl-akkwati tal-Blocks 1A, 1B, 2A, 2B, 3A, 3B f'San Ġwann t'Għuxa Bormla?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5909 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija li jikkwalifikaw għall-allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom Pulizija jikkwalifika sabiex jibda jieħu allowance ta' €96.76 kull erba' ġimgħat li jingħataw lil diversi membri oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sabiex membru tal-Korp jikwalifika għal special duty allowance, irid ikun assenjat xogħol speċjaliżżat. Bħala miżura tad-diskors tal-Budget tal-2007, mill-1 ta' Jannar 2008, din l-allowance bdiet tingħata wkoll lil dawk il-membri tal-Korp li l-frank dejjem jaqa' kull nhar ta' Ħadd.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Operazzjonijiet — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5626 u 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hi l-waiting list bħalissa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni jistennew servizz tat-terapija u r-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5622 u 5267 u jgħid kemm hemm persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa, struttura bi struttura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’persuni jistennew servizz fir-rigward tat-terapija u r-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga bħalissa huma hekk :- Drugs Community Team 37 – dawn għandhom jinqdew sa xahar ieħor Detox Outpatients 6 – dawn għandhom jinqdew sat- 13 ta Frar Residential Units: Dar l-Impenn (In-patient Detox): Xejn Komunita’ Santa Marija: Xejn.

Venda tal-Isptar Mater Dei — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.