Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6067 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5533 u jgħid meta hu mistenni li l-Gvern japprova l-proġett għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa? X’inhi r-raġuni li dan il-proġett għadu ma ġiex approvat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li lejn l-aħħar tas-sena 2008, ġie deċiż disinn ġdid għat-terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa. Għaldaqstant, kellha tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida għand l-Unjoni Ewropeja għall-fondi għal dan il-proġett. Sadanittant saret applikazzjoni għand il-MEPA għall-approvazzjoni tad-disinn il-ġdid. Deċiżjoni finali dwar il-proġett tkun tista’ titieħed meta jkunu deċiżi l-applikazzjonijiet imsemmija.

Għawdex — Cruise Liners

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5690 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ fattibilità ta’ impatt ambjentali, ta’ fattibilità finanzjarja, loġistika, eċċ. dwar proġetti ta’ faċilitajiet ġodda fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Jekk saru meta saru u minn min? Liema portijiet ġew identifikati fejn dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu provduti? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 l-Awtorita’ Marittima kkumissjonat feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) għall-iżvilupp ta’ cruise berth l’barra mill-port ta’ l-Imġarr, Għawdex. Dan l-istudju sar mill-kumpanija Ecorys B.V. L-EIA ġie sottomess lill-MEPA fejn fuq rakkomandazzjonijiet ta’ din l-Awtorita’ se jiġi aġġornat. Min-naħa l-oħra, aktar reċenti, ġew żviluppati disinji iktar dettaljati u ser jiġu ikkonsidrati alternattivi oħra għal dan il-proġett. Għaldaqstant il- feasibilty study oriġinali għandu wkoll jiġi rivedut.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jikonferma li t-Training Centre fl-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mhux qegħdin jitħarrġu dawk il-persuni li qed jirregistraw bħalissa skond il-ħiliet basiċi tagħhom jew għal xi sengħa partikolari ? Jekk huwiex veru li l-flus ivvotati għal dan iċ-ċentru ta' taħriġ , spiċċaw u m'hemmx flus sabiex jistgħu jsiru korsijiet meħtieġa u jiġu mħarġa in-nies tas-snajja tant meħtieġa? X'qed jagħmlu dawk il-persuni li qed jaħdmu u li suppost qegħdin wkoll jattendu dan iċ-Ċentru ta' Taħriġ? Kemm intnefqu flus sabiex inbena s-sular ta' fuq u ġie refurbished l-istess sular t'isfel u issa ftit jew wisq ħa jintuża? Għaliex ma ntalbux fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan meta hawn, u se jkun hawn tant nies li sa jkollhom u għandhom bżonn taħriġ sabiex jistgħu jibdlu x-xogħol tagħhom wara li jkunu ġew qegħda jew sa jiġu qegħda, jew biex ikomplu jaġġornaw l-impieg tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-ġimghat li ġejjin il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig ser tniedi diversi inizzjattivi ta’ taħrig għal-persuni li qed jfittxu mpieg u oħrajn li jinsabu jaħdmu u jixtiequ jtejbu jew jiksbu ħiliet ġodda. Dawn l-inizzjattivi ser jinkludu taħrig f’ħiliet bażiċi, taħrig fis-snajja, oħrajn relatati ma xogħol f’offiċju, taħrig għal dawk li jixtiequ jaħdmu fis-settur tal-kura, ħiliet fl-informatika u fid-diversi oqsma oħra. Biex torganizza l-inizzjattivi msemmija kif wkoll oħrajn relatati l-Korporazzjoni ser tagħmel użu mil-fondi soċjali Ewropej għall 2007 - 2013 liema fondi jammontaw għal madwar 5 milljun ewro. Informat ukoll li dawn il-programmi ser jiġu organizzati fiċ-ċentru li l-Korporazzjoni għandha ġewwa Ħal-Far, liema ċentru ġie estiz bil-fond għall-iżvilupp reġjonali ewropew. Din l-estensjoni li issa tlestiet ġiet tiswa madwar €600,000.
Leg 11 PQ #6071 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp — approvazzjoni mill-kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dokument dwar l-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp sostenibbli ġiex diskuss u approvat mill-Kabinett? Jekk iva, meta sar dan u jekk le meta mistenni jiġi approvat? Jekk, min-naħa l-oħra ġie approvat, għaliex qatt ma ssemma xejn fil-media lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ilha tiġi diskussa fil-pubbliku għal diversi snin u qegħdha tiġi aġġornata matul iż-żminijiet. Mhux il-prassi li l-Kabinett jippubblika fil- media x’jiġi diskuss u jew x’jiġi approvat fl-istess Kabinett, iżda huwa ovvju li l-Gvern jinsab wara din l-istrateġija.
Leg 11 PQ #6073 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Avviż biex tieqaf u ta' twettiq

Question

B'referenza għall-Avviż biex Tieqaf u ta' Twettiq li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, datat 10 ta' Ottubru 2007, jista' l-Prim Ministru jistħarreġ għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar damet sas-7 ta' April 2008 biex tirtira dan l-Avviż meta l-allegat "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" kien ġie rimedjat kważi tliet xhur qabel, hekk kif joħroġ minn dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' l-Prim Ministru jistħarreġ jekk kienx hemm xi reżistenza minn xi sezzjonijiet tal-Awtorità għall-irtirar ta' dan l-avviż minkejja illi, kif jidher mid-dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament, is-sezzjoni kompetenti, jiġifieri l-Enforcement Unit, kien diġa' dehrilha li ma kienx hemm iktar "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" saħansitra fis-17 ta' Jannar 2008, jiġifieri kważi tliet xhur qabel ġie rtirat l-Avviż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Birżebbuġa — Triq tal-Ġebel - drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk sarx xi ħaġa biex meta tkun ix-xita ma jinżilx materjal fi Triq tal-Ġebel, Birżebbuġa minn mandra tal-baqar li tinsab f'nofs l-istess Triq? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jittieħdu xi passi biex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — ħlas tal-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6128 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru telenka d-direct orders maħruġa mill-Ministeru fl-aħħar sitt xhur u tagħti d-dettalji kollha relatati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħta f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #6129 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tenders

Question

Tista' l-Ministru telenka t-tenders kollha maħruġa fl-aħħar sitt xhur mill-Ministeru u tagħti d-dettalji kollha relattivi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #6130 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vetturi mikrija għal-użu ta' dipartimenti governattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi għall-użu ta' kull dipartiment governattiv f'Għawdex? Tista' tgħid ukoll mingħand min huma mikrija u b'kemm kull ġurnata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #6131 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru tal-Università - studenti gradwati u b'impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-istudenti li gradwaw miċ-Ċentri tal-Università f'Għawdex fl-aħħar tliet snin kienu impjegati governattivi, f'liema dipartiment huma impjegati u f'liema grad, jekk wara l-gradwazzjoni bidlux l-impjieg/grad/dipartiment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Raħħala b'titolu ta' qbiela — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern huwiex se joffri akkomodazzjoni alternattiva lir-raħħala kollha li jgħixu fid-diversi rziezet b'titolu ta' qbiela pagabbli lill-Joint Office liema rziezet se jkollhom jispiċċaw biex tiġi mgħoddija t-triq li se sservi lil Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6183 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità korrettiva ta' Kordin — Sezzjoni YOURS

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm huwa l-ammont ta' residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tas-sezzjoni YOURS li tqiegħdu f'ċella ta' iżolament xahar b'xahar fl-aħħar sena? Persuna li jitpoġġa f'ċella ta' iżolament kif jinżamm liebes? Iċ-ċella ta' iżolament tkun attrezzata b'mod li t-temperatura tiġi aġġustata 'l fuq meta jkun l-eqqel tal-bard, bħalma kien f'Jannar li għadda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 in-numru ta' priġunieri fis-sezzjoni tal-YOURS li għamlu xi perijodu ta' reklużjoni huwa kif ġej:- Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm protokol stabbillit rigward l-ilbies li huwa bbażat fuq ir-raguni li għaliha il-pruġunier ikun tpoġġa f’ dan il-post. Jekk, per eżempju, priġunier ikun hedded li jweġġa' lilu innifsu, allura, wara konsultazzjoni mal-awtorita' medika tal-facilita’- jiġi deċiż x'ilbies għandu jingħata. Maż-żmien, l-ilbies jiġi revedut skont l-imġieba u l-andament tal-priġunier. Infurmat ukoll li meta fil-passat kien hemm attrezzaturi biex jikkontrollaw it-temperatura f'dawn il-postijiet, wieħed mill-priġunieri pprova jqabbad is-saqqu li kellu, minkejja li dan it-tagħmir kien installat fl-għoli. Għaldaqstant, sabiex ma jweġġa’ ħadd, il-priġunier illum jingħata numri ta' kutri termiċi skont il-bżonnijiet tiegħu.
Leg 11 PQ #6184 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Teatri Maltin u Għawdxin — Ċensura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il play teatrali ġiet ċensurata milli tittella' fit-teatri Maltin u Għawdxin fl-aħħar għaxar snin u x'kien l-isem ta' kull play? Kemm-il film ġie ċensurat fl-aħħar għaxar snin milli jintwera fis-cinemas Maltin u Għawdxin fl-aħħar għaxar snin u x'kienu l-ismijiet ta' kull film?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin ma ġie iċċensurat l-ebda film, filwaqt li fir-rigward ta' plays teatrali, ġiet iċċensurata waħda, bl-isem ta' STITCHING.