Jista' l-Ministru jara li l-kandidat eċċellenti tal-persuna li ismu qed jidher separatament, li dan l-aħħar applika għall-position of Assitance and Rescue Officer in the Civil Protection Department, li ilu volontier għal żmien twil, jiġi kkonsidrat bħala wieħed eleġibbli bħala kandidat għal dan il-post wara ċ-ċirkolari MPO 109/2008 datata 28 ta' Novembru 2008? Jara l-Ministru li din kif qegħda tiġi interpretata qiegħda taqta' qalb dawk kollha li jħobbu dan ix-xogħol u sal-lum għadhom mhumiex full time employees fid-dipartiment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li s-sejħa li saret permezz taċ-Ċirkulari MPO 109/2008 biex jimtlew positijiet vakanti ta’ Assistance and Rescue Officer taqa’ taħt ir-regolamenti tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-kriterji ta’ eliġibilita’ huma stabbiliti skont dawn ir-regolamenti u skont il-Ftehim applikkabli għall-Klassi tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, li jitlob li dawn il-positijiet ikunu eliġibbli għalihom uffiċjali pubbliċi, ċioe` nies impjegati mal-Gvern. Infurmat ukoll illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ma tissodisfax dan il-kriterju u għalhekk mhijiex eliġibbli għal dan il-post.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5602, tista' l-Ministru tgħid min irrisponda għas-sejħa għal turija ta' interess barra l-kumpannija li ħadet il-kuntratt? Tista' tgħid għaliex saret sejħa għal turija ta' interess u mhux tender u min ħa d-deċizzjoni dwar dan il-fatt? Min ta l-apporvazzjoni li ssemmiet fil-mistoqsija parlamentari imsemmija u meta ngħatat din l-approvazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li b'kollox il-Ministeru għal Għawdex irċieva tnax-il espressjoni ta' interess mingħand dawn l-applikanti għall-kiri ta' bini bil-ħsieb li dan jintuża għall-uffiċini: Paul Attard, Downtown Ltd., John Mizzi, Joseph Axiak, Victor Zammit, Rose Sultana, Brian J. Attard, John Galea, (Orienti Holidays Ltd.), Tiġrija Developments Ltd., John u Salvina Pace, General Tech Services Ltd., u Island Developments Ltd.
Il-Ministeru ħareġ sejħa għal turija ta' interess u mhux sejħa għall-offerti peress li ma kienx magħruf il-prezz fis-suq ta' kirjiet simili. Minkejja dan, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ħareġ din is-sejħa għal turija ta' interess fil-gazzetti lokali kollha. L-approvazzjoni għall-għoti tal-kiri ta' dan il-bini ngħatat mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment fl-14 ta' Mejju 2008.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
a) kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb irreġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
b) kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija irreġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?
ċ) x'inhuma l-kondizzjonijiet marbuta mal-permess biex dawn iġorru dawn it-tipi ta' ilma?
d) x'monitoraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma?
e) kemm inġarr ilma tax-xorb matul l-2007 u l-2008?
f) kemm inġarr ilma għat-tisqija matul l-2007 u 2008?
g) jekk it-teħid ta' dan l-ilma huwiex b'xejn jew inkella hemmx xi ħlas għal dan it-teħid?
ġ) min jiddeċiedi l-limitu ta' dawn iż-żewġ tipi ta' ilma li jista' jittieħed?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-heads of secretariat, private secretaries u communications co-ordinators tal-Ministeri u tas-Segretarji Parlamentari kollha għandhomx l-istess salarji, allowances u benefiċċji oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-salarji, allowances, u benefiċċji oħra tal-postijiet kollha li semmejt huma skond il-linji ta’ gwida Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats’.
Pjazza san Ġorġ — Żarmar, Irfiegħ u ġarr fl-imħażen
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5901 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Wara li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Frar, 2009 deher avviż bin-numru 16/09 li fih intqal li ser jintlaqgħu offerti għaż-żarmar, irfiegħ u ġarr għall-maħżen tal-monument tas-7 Gugno li hemm fil-Pjazza San Ġorġ, u jgħid għalfejn ser isir dan u jekk dan ser isir minħabba xi proġett għal din il-Pjazza, x'inhu dan il-proġett u meta ser jibda u jkun lest?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-iskop wara s-sejħa għall-offerta għat-tneħħija u ġarr għall-maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno huwa li hemm ppjanat li jinbena carpark taħt l-art u għalhekk il-Monument irid jersaq. Il-proġett jinkludi wkoll tisbiħ tal-Pjazza.
Kif joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA u jingħata t-tender jkun jista’ jibda ix-xogħol.
Peress li l-miri dwar child care u l-miri dwar żieda tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, kif mitluba mill-Unjoni Ewropea, għandhom impatt dirett fuq it-tfal tal-ġenituri li jaħdmu u peress li f'Malta fl-aħħar snin ittieħdu inizjattivi li kellhom potenzjal biex jistimulaw is-suq tax-xogħol tan-nisa, mhux biss billi ameljora l-kwalità tas-servizz mogħti miċ-ċentri ta' child care imma wkoll billi n-numru ta' postijiet fiċ-ċentri żdiedu bi 30% matul l-aħħar sentejn, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex din il-mira tintlaħaq ukoll f'Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tikkonsidra jekk wasalx iż-żmien li l-Gozo College għandu jkompli jsaħħaħ l-organizzazzjoni u l-awtonomija tiegħu bil-ħatra ta' subject co-ordinators għas-suġġetti prinċipali kollha mgħallma fil-kulleġġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-ambjent rurali u urban huwa parti ewlenija mill-karatteristiċi tal-gżira ta' Għawdex, tista l-Ministru tgħid xi proġetti qed jiġu mwettqa mis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex biex ikompli jintlaħaq dan il-għan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li is-Sezzjoni ta' l-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi bħalisa għaddejja b'xogħol ta' upgrading fil-Mixtla u Ġnien tad-Dawwara fir-Rabat. Is-sezzjoni qegħda ukoll taħdem biex jiżdiedu n-numru u l-kwantita' ta' sepċi ta' siġar u pjanti indiġeni u endemiċi biex fis-snin li ġejjin dawn ikunu jistgħu jitħawwlu fil-gżira Għawdxija. Barra minn hekk qegħdin jiġu mkattrin ukoll diversi varjetajiet ta' pjanti tal-fjuri u speċi ta' siġar u arbuxxelli ornamentali li imbagħad jintużaw fil-landscaping tat-toroq, wesgħat u ġonna pubbliċi. Is.Sezzjoni ta' l-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi qiegħda wkoll taħdem fuq pjan biex jinżabru siġar u arbuxxelli li jikbru matul it-toroq arterjali u żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Gvern Ċentrali kif ukoll fl-istess żoni tagħmel xogħol ta' qtugħ taa' ħaxix ħażin u manutenzjoni b'mod regolari.
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li din is-sezzjoni għandha wkoll rwol importanti fl-upgrading tal-Ġonna Vella Rundle li hu ppjanat għall-futur qarib.
Jiista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5821 u 5670 u ċioè: Peress li l-Ministru kellu jippubblika regolamenti ċari dwar il-kaxxi tal-logħob (gambling machines) ħafna drabi bl-aktar mod sfaċċat imsejħa amusement machines sal-aħħar tas-sena 2008, jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti ser ikunu ppubblikati?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5822 u cioe: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5660, fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħwienet tal-logħob (gambling) qegħdin ifaqqsu f'units residenzjali, jista' jara li dawn għandhom jiġu regolati strettament kemm mill-aspett fiskali kif ukoll mill-aspett ta' min jista' jidħol f'dawn il-ħwienet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ipparteċipat fieri l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu matul l-2000 u l-2009 sal-lum biex tħeġġeġ t-turiżmu lejn Malta?
Tul is-snin li fihom il-pajjiż ilu jiffaċċja l-problema ta' l-immigrazzjoni illegali, kien hemm każi li fihom ġew rrappurtati bħala nieqsa immigranti illegali li kienu miżmuma fil-faċilitajiet li hawn madwar il-pajjiż u li fihom jinżammu dawn l-immigranti? Jekk kien hemm każi rapportati, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u ta' liema età kienu dawk rrapurtati nieqsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar seba' snin, jiġifieri minn meta tfaċċat il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali sallum, kien hemm 397 immigranti illegali li nstabu li ġew nieqsa mill-faċilitajiet fejn kienu miżmuma. L-etajiet tagħhom kienet tvarja bejn id-19 u l-44 sena.
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — fiera ta' Madrid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in-nies mqabda mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jipparteċipaw u jieħdu sehem fil-fiera ta' Madrid għat-Turiżmu li saret bejn 28/01/09 u 01/02/09 kienux awtorizzati li jitilqu mill-Stand ta' Malta fil-5.30pm meta l-fiera kienet tagħlaq fis-7.30pm?
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — banek - strumenti finanzjarji extra bankarji
Question
Peress illi banek lokali jaġġixxu wkoll ta' brokers għall-bejgħ ta' strumenti finanzjarji li huma extra bankarji, jaħsibx il-Ministru li l-Gvern tali prodotti promossi mill-banek għandhom jkunu regolati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji?
Peress li għall-mistoqsija parlamentari 4795 il-Prim Ministru wieġeb li ma jkunx f'pożizzjoni jagħti informazzjoni mingħajr il-kunsens espliċitu tal-individwu konċernat, u peress li flimkien ma' din il-mistoqsija parlamentari il-kunsens rikjest qed jintbagħat separatament, jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 4795?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — każ ta' applikazzjoni
Question
B'riferenza għall-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li kienet ġiet aċċettata bħala applikazzjoni valida mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Marżu 2006, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra xi progress kien sar fl-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni fit-13-il xahar u nofs ta' bejn it-13 ta' April 2006 u d-29 ta' Mejju 2007?
Jista' jgħid liema sezzjonijiet jew units ta' l-awtorità kienu responsabbli mill-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni tul dan il-perijodu?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji eżatti dwar il-vettura li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, u jgħid fuq min qegħda din il-vettura u meta sar, jekk sar transfer fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Għal raġunijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data inħoss li ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5525, 4778, 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?