Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operaturu fis-servizz differenti tal-kommunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma, u liema huma, l-operaturi fis-servizzi differenti tal-komunikazzjoni li għandhom liċenzja jew l-awtorizazzjoni li jagħtu dan is-servizz? Liema huma f'kull settur l-kampanniji li huma meqjusa li għandhom dominant position fil-qasam partikolari tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Ninsab infurmat li ħadd mill-operaturi m'għandu posizzjoni dominanti.
Leg 11 PQ #5958 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 32

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operatonal Programme 1 Project Ref No 32 - Archaeologicl Heritage Conservation Project?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-proġett ERDF 32 – Archeological Heritage Conservation Project, ser jintefqu €3,136,130 fuq xogħolijiet fil-Ġgantija f’Għawdex.
Leg 11 PQ #5959 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 88

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operational Programme 1 Project Ref No 88 - Promotion of renewable energy souces in the domestic sector?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Promotion of renewable energy sources in the domestic sector (Ref No 88) tikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet immirati sabiex joffru għajnuna finanzjarja li tkopri parti mill-ispiża għal xiri ta’ tagħmir li jiġġenera enerġija minn sorsi rinovabbli. Is-settur domestiku Malti u Għawdxi ser ikun jista’ japplika.
Leg 11 PQ #5960 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 102

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operational Programme 1 Project Ref No 102 - Energy-smart Authority?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett Energy-smart Authority (Ref No 102) huwa proġett pilota li jinvolvi l-istallazzjoni ta’ tagħmir għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li jiġġenera enerġija minn sorsi rinovabbli fil-kwartieri tal-Awtorità tad-Djar stess fil-Floriana.

Kuntratturi għax-xogħol ta' manutenzzjoni urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kuntrattrui li tqabbdu jagħmlu xogħol ta' manutenzzjoni urġenti wara li kellna ġimgħat sħaħ ta' xita f'pajjiżna? Minbarra dan ix-xogħol hemm il-ħsieb li joħorġu tenders oħra speċifiċi biex ikun hemm programm kontinwu ta' manutenzjoni fit-toroq tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Sports Complex - development brief

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk tlestiex jew le d-development brief dwar l-iSport Complex fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jekk inbeda x-xogħol fuq dan il-brief, meta hu mistenni li jitlesta u min qed jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li sal-lum id-Development Brief dwar l-iSports Complex għadu ma tlestix.

Proprjetà ta' Joint Office — velleġġatura

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li għandhom proprjetà tal-Joint Office li jużawha bħala villeġġjatura, hux possibbli għalihom li jixtru l-istess proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi persuni li għandhom proprjeta’ tal-Uffiċċju Konġunt użata bħala post ta’ villeġġatura, jistgħu jixtru jew jifdu ċ-ċens ta l-istess proprjeta’ skond l-Iskema li kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002. Ngħarraf pero’ lill-Onorevoli Interpellant li sa ma joħroġ avviż ieħor, l-imsemmija skema hija temporanjament sospiża.

Proprjetà tal-Joint Office — bini ta' sulari

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li joqogħdu fi proprjetà tal-Joint Office b'kera, jew ċens li iżda telgħu numru ta' sulari fuq l-istess proprjetà a spejjeż tagħhom hux se jintalbu jħallsu lil Joint office għal dawk is-sulari li huma stess bnew a spejjez tagħhom, meta jifdu ċ-ċens, jew jixtru taħt skema tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif kien tħabbar fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002, il-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt diment li dawn huma użati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet tal-villeġġatura. Għalhekk mhux in-numru ta’ sulari jgħodd iżda għal liema skop huma wżati.
Leg 11 PQ #5985 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għabex — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża kuljum ta' kull residenta li qegħda fl-Għabex li huwa shelter għall-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ispiża kuljum ta' kull persuna li tirrisjedi f'Għabex li tinkludi l-adulti u t-tfal tagħhom hija ta' €22.39 (Tifel/Tifla ta' klijent huwa meqjus bħala resident ukoll).
Leg 11 PQ #5987 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — Tneħħija ta' ħajt

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa ħajt mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jidher li huwa illegali u li jinsab fi Triq il-Ħerba kantuniera ma' Triq Santa Monika fiż-Żejtun, fejn qed jinżamm ukoll trakk mimli ċilindri tal-gass fl-abitat u dan b'periklu ċar għar-residenti kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni mill-uffiċjali tal-Infurzar fuq is-sit indikat u jirriżulta kif ġej: Il-ħajt imsemmi huwa wieħed ferm antik u li huwa l-kontinwazzjoni tal-linja tal-bini l-antik li hemm fit-triq. Għaldaqstant m’hemmx lok t’infurzar sabiex dan jitwaqqa’. Pero jirriżulta wkoll li fuq l-art il-ġewwa minn dan il-ħajt qed isir żvilupp li jinvolvi l-użu bil-poteri mogħtija taħt l-Att Nru 1 dwar l-Ippjanar ta’ ta’ l-Iżvilupp permezz ta’ ECF 214/09. L-ilment ġie mgħoddi lill-Awtoritajiet kompetenti sabiex jinvestigaw dwar kwalunkwe possibilta’ ta’ periklu li tali vettura mgħobbija biċ-ċilindri tal-gass tista’ tikkawża f’ambjent magħluq ta’ bini, bħalma hija l- area ndikata.

Ċilindri tal-gass maħżuna fuq trakk

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn suppost jiġu maħżuna ċ-ċilindri tal-gass meta jkunu fuq it-trakk? Huwa permess li dawn jinżammu f'postijiet li huma abitati min-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Inċineratur tal-Marsa — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi fuel qed jintuża biex jitħaddem l-inċineratur tal-Marsa? Kemm gie kkunsmat minnu u kemm sewa minn kemm ilu li beda jopera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li biex jitħaddem l-inċineratur jintuża diesel. Sa issa ġew ikkunsmati 1,215,900 litri, u swew € 1,332,404.53 Ta’ min ifakkar li l-inċineratur għadu fil-fażi ta’ commissioning.

Inċineratur tal-Marsa — Waste

Question

Rigward l-inċineratur tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid kemm inħaraq waste f’termini ta’ tunnellati u jagħti breakdown ta’ kemm inħarqu tipi differenti ta' waste?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li matul is-sena 2008 inħarqu madwar 5600 tunnellata skart. It-tipi differenti ta’ skart li nħaraq kien: · Fdal ta’ laħam mill-biċċerija · Skart kliniku · Animali mejta · Injam · Siġar tal-palm · Farmaċewtiċi · Affarijiet ta’ l-ikel skaduti · Żebgħa · Ħut mejjet mill-fish farms · Karti u kartun Irid jingħad illi l-inċineratur għadu fil-fażi ta’ commissioning.

Fliexken tal-plastik minflok tal-ħġieġ

Question

Billi fi programm fuq stazzjon privat il-bieraħ is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tar-Riżorsi qal li jagħmel aktar sens li wieħed imur għall-fliexken tal-plastik, minflok dawk tal-ħġieġ, anke fejn jidħol il-konsum tal-enerġija u l-impatt fuq l-ambjent, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji tekniċi li wasslu lill-ogħla uffiċjal fil-Ministeru tiegħu biex jasal għal din il-konklużjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-pożizzjoni tal-Gvern waqt it-trattat tas-sħubija minn dejjem kienet li jżomm is-sistema tad-‘deposit return’ li kellu fuq il-fliexken tal-ħġieġ. Minkejja kollox, ħadd ma jista’ jinnega li hemm diskussjoni sħiħa, u din ilha għaddejja, fil-kamp ambjentali (b’mod partikulari fil-kamp tal-Life Cycle Impact Assessment ta’ prodotti) dwar l-impatt ta’ flixkun tal-ħġieġ ‘returnable’ versu flixkun tal-plastik ‘one way’. Is-segretarju permanenti, waqt il-programm imsemmi, kien qed jagħmel riferenza għal studji varji ppublikati li qara hu u li dawn jinstabu ppubblikati f’journals relatati.
Leg 11 PQ #5997 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — Crayo Surgery/Thearapy

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex fil-pjan tal-Gvern li jdaħħal is-servizz ta' Crayo Surgery/Therapy fl-Isptar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, meta hu ppjanat li jidħol dan is-servizz? Kemm huma l-istudenti tobba, professuri eċċ. li fil-mument qed jistudjaw jew jagħmlu riċerka prattika ta' dan il-Crayo Surgery/Therapy?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5998 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — Crayo Surgery Thearapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fid-Dipartiment tas-Saħħa fuq ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy? Jeżisti xi ftehim ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa ta' Malta u ta' xi stat ieħor tal-Unjoni Ewropea dwar ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ġibjuni madwar Malta — Tiswija

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5729, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jaħżnu ilma dawn il-ġibjuni li ġew imsewwija u kif qed jiġi wżat dan l-istess ilma? Liema huma l-ġibjuni li se jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuqhom matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hu stmat li dawn il-ġibjuni jaħżnu madwar 32,000 metru kubu ta’ ilma. Uħud minn dawn il-ġibjuni huma ta’ natura soak away jiġifieri li l-ilma tagħhom jinżel fl-aquifer, waqt li oħrajn jintużaw mill-bdiewa tal-viċin għat-tisqija. Jien infurmat matul is-sena 2009 hemm ppjanat xogħol ta’ tindif u tiswija fuq sitt ġibjuni li huma: Luqa - Ħal Farruġ, Mġarr, Zejtun - taċ-Ċawsli, u tal-Ħotba, Siġġiewi - tal-Provvidenza, Mqabba.

Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kompost il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija u dan skond kif indikat fl-AL 444 tal-2004 li huwa Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 4520)? Min huma l-membri jekk dan il-bord huwa kompost?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija fil-preżent huwa kompost. Il-membri huma: Chaiperson Dr Noel Vella Membri Ms. Daisy Decelis Mr Joe Farrugia Mr Tonio Farrugia Mr Vince Farrugia Mr Ray Muscat Mr Geitu Mercieca Mr Michael Parnis Mr William Portelli Mr Gaetan Tanti Dr Pamela Dingli Ms Sue Vella

Awtorità dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5243 u 5730 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuġġerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.