Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lill-Kunsilli Lokali Għawdxin, raħal b'raħal f'dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Tabella li turi l-allokazzjoni finanzjarja li ngħata lill-Kunsilli Lokali Għawdxin mill-1994 sallum (sena finanzjarja kurrenti 2008/09). Hemm ukoll mehmuża Sheets A, B u C li jagħtu spjegazzjonijiet għat-tnaqqis li sar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi hemm pulizija stazzjonati f'taqsimiet differenti jagħmlu l-istess xogħol, iżda ma jieħdux l-istess allowances?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress li hemm diversi tipi ta' allowances li jingħataw fil-Korp tal-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbidlu t-training shorts li ġew mogħtija lill-pulizija, speċjalment il-pulizija nisa, li qed ikunu ta' inkonvenjent kbir għalihom minħabba l-materjal trasparenti li huma magħmulin minnhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-training shorts li jintuża mill-membri tal-Korp tal-Pulizija waqt it-taħriġ li jingħata fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa wieħed standard ta’ ditta internazzjonali rinomata li tipprovdi lbies sportiv. Madankollu, hemm ukoll il-ħsieb li kull membru tal-Korp jingħata track suit sabiex meta jkun meħtieġ, ikun jista’ jintlibes fuq ix-shorts.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqa' il-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar imwaqqaf b'liġi, din is-sena, u kemm-il darba iltaqa' minn kemm ilu mwaqqaf sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar din is sena għadu ma ltaqax. Minn kemm ilu mwaqqaf dan il-Bord iltaqa’ tnax il-darba, f’dawn id-dati li jidhru hawn taħt:
11-10-2005
03-06-2005
15-07-2005
14-12-2005
17-02-2006
28-04-2006
13-06-2006
10-04-2007
29-05-2007
18-06-2007
30-07-2007
29-11-2007
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi rranġata s-sitwazzjoni tal-pensjoni tal-Pulizija, biex din ukoll tibda tiżdied skond l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jintroduċi mezzi ta' sigurtà ġewwa l-għasses bħal barra minn pajjiżna sabiex il-Pulizija jiġu protetti minn xi attakk jew mard?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istil ta’ policing addottat mill-Korp tal-Pulizija, magħruf ukoll bħala “community policing”, huwa dak li jkun qrib u f’kuntatt dirett mal-membri tal-kommunita`, kemm dawk residenti kif ukoll dawk li jkunu qed iżuru pajjiżna. Barra minnhekk, ma nħossx li s-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna tirrikjedi li jiġu introdotti dawk il-mezzi li qiegħed jipproponi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni għala pulizija fuq il-beat dejjem ikun waħdu anke bil-lejl u mhux armat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm hija l-prassi li membru tal-Korp tal-Pulizija jkun fuq il-beat waħdu, jekk u meta ċ-ċirkostanzi jkunu jirrikjedu mod ieħor, dan jiġi assistit minn membri oħra skont il-ħtieġa attwali. Ta’ min wieħed iżid illi matul dawn l-aħħar snin, il-Korp tal-Pulizija għamel investiment kbir li wassal biex kull membru tal-Korp li jaħdem fuq il-beat ikollu mezzi ta’ kommunikazzjoni tiegħu personali, biex b'hekk ikun jista' jagħmel kuntatt dirett u immedjat kemm ma’ l-Għassa ta’ fejn ikun stazzjonat kif ukoll mal-Kwartieri Ġenerali. Barra minn hekk, il-membri tal-Korp ġew ukoll ipprovduti b'mezzi sabiex ikunu jistgħu jiddefendu ruħhom aħjar, mingħajr l-użu ta' forza letali. Dawn il-mezzi jinkludu manetti, pepper spray u lembubi.
L-Att dwar il-Pulizija jipprovdi wkoll, fost l-oħrajn, għall-użu ta’ armi tan-nar jew ta’ armi oħra sabiex tiġi ppreservata l-ħajja ta’ l-uffiċjali tal-Pulizija jew ta’ oħrajn. Għaldaqstant, fejn huwa permessibbli bil-liġi u meta ċ-ċirkostanzi ikunu jirrikjedu, membru tal-Korp tal-Pulizija jista’ jġorr u anke’ juża arma tan-nar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5668 u jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-promenade ta' Marsaxlokk? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lix-xogħlijiet mistennija jibdew din il-ġimgħa. Dan ix-xogħol jinkludi tibdil tal-main tal-waste water u l-main tal-ilma. Hu ppjanat li sa l-aħħar ta’ Mejju titlesta l-bankina fuq in-naħa tal-bini. Hu mistenni li f’Ottubru jinbeda l-pavimentar tal-promenade.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġu aċċettati żjajjar fid-djar minn tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Kemm saru żjajjar, ċentru b'ċentru, jum b'jum f'Jannar 2009? Kemm hemm tobba f'kull shift f'kull ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-prostate gland matul l-2008? Kemm saru talbiet għat-test PSA minn tobba mhux speċjalisti fiċ-Ċentri tas-Saħħa matul Diċembru 2008? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għax-xiri tal-kits għal dan it-test matul l-2008?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-informazzjoni dwar każijiet ġodda ta’ kanċer fil-prostata matul is-sena 2008 għadha qed tinġabar. Matul is-sena 2007 kien hemm 124 każijiet ġodda ta’ kanċer fil-prostata. Matul Dicembru 2008 kien hemm 57 talba għat-test PSA minn tobba mhux specjalisti fic-Centri tas-Saħħa. In-nefqa tal-kits li ntużaw għat-testijiet li saru matul l-2008 kienet US$34,076. Dan ma jfissirx li dawn il-kits inxtraw kollha matul l-2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati:
a) tobba?
b) infermiera?
ċ) paramediċi?
Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tindif ta' siti differenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' kemm saru nterventi s'issa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jitnaddfu siti differenti madwar Malta, minn ħadid u affarijiet oħra li kienu abbandunati? Kemm u fejn twaħħlu avviżi oħra biex is-sidien inaddfu huma nfushom, jew jekk le, tkun l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li tnaddaf dawn is-siti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ġew identifikati 552 siti fejn l-Awtorità interveniet jew bit-twaħħil ta 'Call Letter' jew inkella bi ħruġ t'Avviż t'Infurzar minħabba depożitu illegali t'oġġetti tal-metal abbandunati u/jew skart ieħor goff li kien qed jagħmel ġerħa u ħsara fis-sura u d-dehra tal-ambjent Malti.
Jirriżulta wkoll li sal-lum ġew maħruġa 123 Avviżi tat-Twettieq bħala parti minn dan l-eżerċizzju. Huwa ta' sodisfazzjon kbir tinnota li s'issa 191 sid, jew 34.6% mis-siti identifikati, naddfu l-iskart huma nfushom wara li jew ġiet imwaħħla il-'call letter' jew inkella inħareġ l-Avviż tat-Twettieq. Dan l-ammont qiegħed kulma jmur jiżdied.
S'issa il-MEPA interveniet u qegħda fi proċess t'investigazzjoni tista' tgħid f'Malta u Għawdex kollha, ċioe` f'dawn il-lokalitajiet:
Malta - Mellieħa, Mġarr, San Pawl, Mosta, Rabat, Swieqi, Sliema Area, San Ġwann, Birkirkara, Iklin, Attard, Żurrieq, Safi, Kirkop, Qrendi, Siġġiewi, Mqabba, Birżebbuga, M'Xlokk, Żabbar, M'Skala, Xgħajra, Cottonera, Qormi, Għaxaq, Gudja
Għawdex - Xagħra, Xewkija, Għajnsielem, Nadur, Qala, Sannat
S'issa l-MEPA interveniet b'azzjoni diretta fil-
area
barra mill-iskema ta' żvilupp (ODZ) tal-lokalità tal-Mellieħa. Hawnekk ġew identifikati 40 sit, fejn fi 29 każ is-sidien ikkoperew volontarjalment fiż-żmien stipulat. F'disa’ (9) każi oħra il-MEPA, daħlet fuq is-siti hija stess u neħħiet madwar 90 tunnellata metal minbarra ammont ieħor ta' skart goff.
Il-MEPA ser tkompli b'dan l-eżerċizzju. Huwa ttamat li dawk l-individwi li huma responsabbli minn dawn l-isfreġji fl-ambjent, jifhmu li hu ħafna fl-interess tagħhom li jneħħuhom huma stess.