Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-policy tal-ġbir tal-iskart? Tista' tgħid hux kull skola se jkollha l-kuntrattur tagħha jew inkella hux se jkun hemm ġbir tal-iskart fuq bażi distrettwali, fid-dawl li l-prezz tal-ġbir tal-iskart se jogħla fiż-żmien li ġej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-preżent kull skola qed tirċievi servizz ta’ ġbir ta’ skart fuq bażi ta’ lokalita’. Kull skola għandha l-mod kif l-iskart tagħha jittieħed mill-operatur imqabbad mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ partikolari, u ma tinħassx il-ħtieġa li tiġi mfassla policy biex l-iskola, il-Kulleġġ jew id-Direttorat jagħmel tajjeb hu biex l-iskart jitneħħa mill-iskejjel.
Teżisti kultura f’ħafna mill-iskejjel, bħala riżultat ta’ edukazzjoni ħolistika kontinwa, li jagħmlu separazzjoni ta’ ċertu skart li jiġi ġġenerat fihom. Dan jirrigwarda s-separazzjoni tal-karti, tal-
plastic
u tal-metall. S’issa l-WasteServ qed tagħti servizz ta’ ġbir ta’ dan l-iskart b’xejn. Qed isiru pjani biex din il-kultura ta’ ħafna mill-iskejjel tibda ssir fuq bażi nazzjonali mill-iskejjel kollha.
Għadha mhix tinħass il-ħtieġa ta’
policy
tax-xorta li qed isir referenza għaliha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm kordinazzjoni ta’ twettiq ta’ proġetti bejn l-istituti tal- MCAST sabiex jipproduċu proġett li hu tant bżonnjuż fil-qasam tal-ortikoltura fl-isterilizzazzjoni tal-ħamrija bl-isteam permezz ta’ solar water heaters? Jekk għad m’hemmx, huwa l-lok li jkun hemm din il-kordinazzjoni bejn l-istitut tal-biedja ma’ dak tal-inġinerija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-aktar sistema ta’ sterilizazzjoni tal-ħamrija li l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ qiegħed jgħallem lill-istudenti hija dik imsejħa “solarizazzjoni” li ma tirrikjedi l-ebda teknoloġija kumplikata.Il-metodu ta’ l-isterilizazzjoni permezz tal-fwar mhix kuntemplata bħalissa iżda qed tiġi studjata għall-ġejjieni.
Esaġerazzjonijiet fis-sillabu — Ħames u sitt sena fl-iskejjel primarji
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sentejn li ġejjin xi pjanijiet hemm biex jitnaqqsu l-esaġerazzjonijiet mis-sillabu tas-suġġetti fil-ħames u s-sitt sena tal-iskejjel primarji u jekk se jsir dan it-tnaqqis kif se jkun rifless f’kotba ġodda u materjal edukattiv ġdid u fit-tfassil tal-eżamijiet tal-Junior Lyceum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa għaddej il-proċess tal-konsultazzjoni tar-riforma fl-edukazzjoni li tinvolvi l-eżamijiet tal-Junior Lyceum għal dawn is-sentejn li ġejjin. Meta dan il-proċess jingħalaq f’nofs Frar jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-eżamijiet.
Sistemi ta' telefonija ċellulari — periklu tar-raġġi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiċċertifika li l-antenni/repeaters li qed jitwaħħlu għal sistemi ta' telefonija ċellulari fuq il-bjut humiex bla periklu jew ħsara fiżika lir-residenti tal-viċin minħabba r-raġġi li jkunu qed joħorġu minnhom? Kif wasal għall-konkluzjonijiet tiegħu u liema studji qed jikkwota?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li-liċenzja li l-MCA toħroġ lill-operaturi tirrikjiedi li l-operaturi jiddisinjaw u jħaddmu in-network tagħhom b’mod li l-livelli ta’ radjazzjoni ma’ jeċċedux il-levelli tal-ICNIRP (International Commission for Non-Ionising Radiation Protection). Għaldaqstant l-MCA tagħmel audits fuq installazzjonijiet ta’ mobile phone base station antennae biex tkejjel il-livelli ta’ radjazzjoni emessi minn dawn l-installazzjonijiet biex jiġi kkonfermat li r-radjazzjoni hija konformi ma l’obbligi tal-liċenzja. Ir-riżultati ta dawn l-audits huma pubbliċi.
Peress li l-MCA m’għandha l-ebda kompetenza li tirrigwarda is-saħħa pubblika, il-levelli msemmija huwa ikkonfermat mid-Dipartiment tas-Saħħa, u huma wkoll konformi mar-Rakomandazzjoni tal- World Health Organisation kif wkoll tal-EU 1999/519/EC.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-pilloli u l-mediċini li kienu out of stock fl-ispiżeriji pubbliċi matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 2008? X'kienet l-lista ta' mediċini out of stock matul is-sena 2008 kollha? Kemm damet out of stock kull mediċina? Għaliex dawn il-mediċini kienu out of stock?
Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-konsulenti legali tal-WasteServ Malta? Meta rebħu l-offerta? Kemm hu twil f'ammont ta' żmien il-kuntratt li sar magħhom? Kemm hi r-rata li jitħallsu biha? Il-Gvern huwa marbut magħhom b'xi mod? Huma kif inhuma marbutin mal-Gvern? Xi jsir jekk jinkiser dan il-ftehim? Hemm penali min-naħa tal-Gvern jew tagħhom li jridu jħallsu jew jitħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-fatt li fil-qasam tas-saħħa ma jeżistu l-ebda waiting lists għajr fl-oftalmoloġija u fil-kardjoloġija? Jista' jgħid kif is-sistema attwali se tiġi mtejba sabiex inkunu nafu eżatt kemm hemm stennija ta' operazzjonijiet f'kull qasam? Din l-istennija tiġi ġġudikata fuq il-mertu ta' kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li ma nafx kif l-Onorevoli Interpellant wasal għall-konkluzjoni li ma jeżistux waiting lists għajr fl-oftalmoloġija u fil-kardjoloġija. Nirreferih għall-Mistoqsijiet Parlamentari kollha precedenti dwar dan is-suġġett fejn ingħataw dettalji dwar waiting lists f’diversi oqsma.
Informat ukoll li bħalissa għaddej eżercizzju ta’ tindif ta’
waiting lists
ta’ xi konsulenti permezz ta’ telefonati lil pazjenti li isimhom jidher fuq dawn il-listi. Dan l-eżercizzju huwa mmirat biex jiġu identifikati dawk il-pazjenti li jkun diġa sarilhom l-intervent u / jew li jkunu imniżżlin fuq il-lista ta’ aktar minn konsulent wieħed. Qed jiġu wkoll skrutinizzati diversi
waiting lists
biex jiġu prijoritizzati il-każijiet l-aktar urġenti.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li huma intitolati għall-għajnuna ta' ross/għaġin/gallettini/ħalib u affarijiet oħrajn tal-ikel li tagħti l-Unjoni Ewropea u li qed jitqassmu mill-kappillani f'kull parroċċa? Kif trid tagħmel biex tapplika għal din l-għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iskema ta’ tqassim ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Ħażniet ta’ Intervent Ewropej hija mmirata sabiex tgħin li dawk il-persuni l-aktar fil-bżonn skond kriterji stabbiliti. Il-kriterji huma kif ġej:
§ Persuni li m’għandhomx il-possibilta li jmantnu lilhom infushom u/jew jaqgħu taħt il-livell ta’ għixien bażiku;
§ Persuni li joqgħodu f’istituzzjonijiet mhux governattivi bla ħlas bħal orfanotrofji,
shelters
, etc
§ Persuni li jirċievu assistenza mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali li jinkludu, assistenza għall-qagħad, diżabilità u benefiċċji mediċi.
Dawn il-persuni għandhom jippreżentaw ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment responsabbli mis-Servizzi Soċjali lill-Kappillan jew lill-Organizzazzjoni responsabbli mit-tqassim ta’ dan l-ikel sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jiġi jiswa kull pazjent/kull sodda kuljum fl-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Id-drittijiet li jistgħu jintalbu lil inpatient sabiex ikopru l-ispejjż huma stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 201 tal-2004 - Ordinanza Dwar id-Drittijiet (Kap.35) (Regolamenti ta’ l-2004 dwar Drittijiet għal Kura tas-Saħħa). Id-dritt li jista’ jintalab għall-kura u fejqan ta’ pazjenti huwa:
(a) għal sodda f’
ward
ġenerali - 256 Ewro kuljum
(b) għal sodda
high dependency -
489 Ewro kuljum
(ċ) għal sodda fil-kura intensiva - 932 Ewro kuljum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5654 u jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li detallji tagħha qed jintbagħtu separatament, li illha li tilfet il-karta anzjana erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu azzjoni immedjatament sabiex il-linja tad-dawl li tinsab fi Triq Bartolomew, Tarxien tinbidel peress li dik eżistenti hija antika u r-residenti qed ikollhom problema minħabba li d-dawl qiegħed dejjem jilgħab?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Enemalta.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' xogħol fi Triq Sant Anna, Tarxien peress li qiegħed jiżbokka drenaġġ bl-ilma f'kantina fi Triq San Bartolomew, Tarxien peress li s-sistema tad-drenaġġ hija antika u t-tarmak huwa fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku ħalli nkun nista' nwieġbu aħjar, dejjem jekk ikollu l-kunsens bil-miktub tal-individwu/i konċernat/i.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir kunsill lokali għal Marsalforn, Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-twaqqif ta’ kunsilli ġodda kien fost uħud mill-proposti li daħlu fil-perjodu ta’ konsultazzjoni. Inkun f’pożizzjoni li ngħati risposta meta dan il-proċess ikun konkluż.