Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6069 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4430, jista' l-Prim Ministru issa jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrita u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija, u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta' kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta' ishma? Jista' jagħtini tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi dwar dawn il-ħaddiema wkoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 5188.
Leg 11 PQ #6072 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Smart City — carbon emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-istudji li għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-proġett Smart City, ġiex ikkwantifikat fl-EAI? X'effett dan se jkollu fuq il-carbon emissions tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jikkwantifikahom imqar fuq livell approssimattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6087 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hazardous Waste — database u reġistru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Agricultural waste management plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5540 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5603 u jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-awtorità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fl-Awtorità Dwar ir-Riżorsi hemm 30 impjegat full time, 1 part time u 1 b’siegħat imnaqqsa. It-total tal-pagi hu ta’ € 816,257.00 fis-sena. Minnbarra hekk l-Awtorità ta’ Malta tuża studenti u ħaddiema part-time fuq contract basis bi spiża ta’ €124,000 fis-sena. Jien infurmat ukoll li l-kirja għall-uffiċini tagħha hija ta’ € 112,229 fis-sena li parti minnha qed titħallas bħala loan financing għat-tagħmir tal-binja nnifisha.

Numru ta' karozzi, muturi u trakkijiet ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5824 u jgħid kemm kien in-numru: a) ta' karozzi ġodda b) ta' muturi ġodda ċ) ta' trakkijiet u heavy plants ġodda oħra reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2008? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6132 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema mal-gvern — dixxiplina kontra tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Gvern li kellhom proċeduri ta' dixxiplina kontra tagħhom fis-sena 2008? Mill-liema dipartiment ġejjien? Jekk fl-affermativ, dan il-każ tela' quddiem bord? Jekk il-każ ġie deċiż, x'kienet il-piena inflitta għal kull każ? (Dan kemm jekk il-każ ġiex deċiż mill-bord jew mid-direttur skond il-każ)

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Għawdex — terminal - manutenzjoni ħabba xita

Question

Peress li kull meta tagħmel ix-xita, it-terminal tal-passiġġieri f'Għawdex jimtela' bl-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kaġun ta' dan u x'qed isir biex dan jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din ix-xitwa żviluppaw problemi lokalizzati ta’ dħul ta’ ilma fit-terminal ta’ l-Imġarr. Kawżi huma relatati ma’ xi problemi ta’ waterproofing u expansion joints . It-terminal mhux qed “jimtela bl-ilma” u l-ilma li qed jidħol qed jiġi kkontrollat mill-operatur tat-terminal, il-Gozo Channel Co. Ltd. Xi xogħolijiet ta’ manutenzjoni diġa saru biex twaqqfu xi wħud mill-problemi ta’ l-ilma. Hemm ukoll xi xogħolijiet li għalihom ħarġet offerta pubblika.

Mġarr — Parkeġġ - illuminazzjoni mhux adegwata u senjaletika mhux ċara

Question

Peress li qed ikun hemm ilmenti li s-senjaletika fil-parkeġġ tal-Imġarr mhux ċara biżejjed u hemm ukoll problema ta' illuminazzjoni mhux adegwata u in konsegwenza ta' dan ħafna qed ilaqtu ċitazzjonijiet appuntu għax mhux qed jaraw is-sinjal, jista' l-Ministru ġentilment jindirizza din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil-ADT.
Leg 11 PQ #6135 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6166 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — EIA Consultants

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru ta' EIA consultants ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk le, x'qed iżomm lill-awtorità milli tieħu dan il-pass?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistru għadu pendenti, peress li t-tħaddim effettiv tat-Taqsima VI tar-regolamenti ta' l-EIA, li tirregola dan ir-reġistru, kien marbut mal-ħatra tal-Bord tar-Reġistrazzjoni u Reviżjoni. It-Taqsima VI nġiebet fis-seħħ bl-Avviż Legali 248/08 u l-Bord innifsu issa nħatar ukoll, f'Jannar 2009. L-Awtorità se tiltaqa' mal-Bord bil-għan li jitħejjew il-mekkaniżmi kollha meħtieġa sabiex ir-reġistru jiġi fis-seħħ mill-aktar fis u kif dovut.
Leg 11 PQ #6167 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Istituzzjonijiet edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett biex istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali jiżviluppaw campus tagħhom f'Għawdex? X'sar s'issa fuq dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parelamentari Numru 2079.
Leg 11 PQ #6168 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjoni MPO Reference No 185/2005 għal Administrative Assistants and Monitoring Officers mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kenitx sejħa interna jew esterna? Jista' jgħid jekk din is-sejħa kenitx għal postijiet permanenti jew għal pożizzjonijiet b'kuntratt għal żmien definit? Jekk kienu għal pożizzjonijiet b'kuntratt, kemm hu ż-żmien definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-sejħiet għall-applikazzjoni għal Administrative Assistants u għal Monitoring Officers mal-ETC kienu sejħiet miftuħa għall-pubbliku wara li nħarġu l-work permits bin-numri 216/2008 u 196/2008. Dawn is-sejħiet huma marbuta ma’ proġett ta’ Employment Aid Programme għas-snin 2008-2014 li jifforma parti mill-Fondi Strutturali Ewropej u għaldaqstant huma pożizzjonijiet b’kuntratt għall żmien definit. Skond Art 7(4)(c) ta’ Avviż Legali 51/2007 intitolat “Regolamenti ta’ l-2007 dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Terminu ta’ Żmien Fiss” kif emendat b’Art 3(b)(4) ta’ Avviż Legali 239/2008, teżisti raġuni oġġettiva għalfejn il-kuntratt ta’ xogħol għandu jibqa’ fuq bażi definit minħabba li l-impjegati huma ngaġġati sat-tlestija tal-proġett.
Leg 11 PQ #6169 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali Għawdex — Child care facilities

Question

Tista' l-Ministru tara li jkun hemm child care facilities fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal dawk il-ġenituri bi tfal żgħar li jkollhom appuntament fl-Outpatients Department jew li jżuru lil qrabathom, eċċ rikoverati l-isptar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lli l-Ministeru qed jistħarreġ jekk jistgħux jiġu ntrodotti dawn it-tipi ta' servizzi.
Leg 11 PQ #6170 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assistants and Monitoring Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjoni Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants and Monitoring Officers mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kenitx sejħa interna jew esterna? Jista' jgħid jekk din is-sejħa kenitx għal postijiet permanenti jew għal pożizzjonijiet b'kuntratt għal żmien definit? Jekk kienu għal pożizzjonijiet b'kuntratt kemm hu ż-żmien definit?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni ETC Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants u Monitoring Officers mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet sejħa esterna, li għaliha seta’ japplika kull min kellu l-kwalifiki rekwiżiti. Is-sejħa esterna saret wara li ma’ nstab ħadd fuq il-partijiet 1, 2 u 3 tar-reġistru. Din is-sejħa kienet għal pożizzjoni b’kuntratt għal żmien definit. Informat li ż-żmien definit huwa ta’ bejn Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Leg 11 PQ #6171 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employability Programme Operational Programme II

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-azzjonijiet li jridu jwettqu, taħt l-Employability Programme Operational Programme II Project Ref No 2.4, sabiex joffru opportunitajiet ta' taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu x-xogħol jew li jeħtieġu li jiġu mħarrġa mill-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-persuna partikolari li se tkun tieħu ħsieb dan il-proġett f'Għawdex intgħażlitx? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura saret biex intgħażlet u x'kienu l-kriterji tal-għażla? Fuq liema bażi ġeit ingaġġata eż permanenti, kuntrattwali, każwali, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5764, l-Employability Programme jikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet intiżi sabiex joffru opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu xogħol jew jeħtieġu li jiġu imħarrġa mill-ġdid. Dawn l-azzjonijiet huma mmirati kemm għall-Maltin kif ukoll għall-Għawdxin. Fost l-azzjonijiet hemm il- Job Search Assistance, t-taħriġ f’ħiliet bażiċi, u fil-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi differenti ( Work Orientation Training Initiatives) , Traineeship Scheme , Training Subsidy Scheme, u sistema ta’ skills assessment. Il-persuna li ser tkun responsabbli minn dan il-Proġett f’Għawdex intgħażlet. Fil-proċess tal-għażla ġiet segwita il-proċedura stabbilita tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Il-kriterju tal-għażla kien li l-persuna konċernata ried ikolla diploma jew baċellerat fix-Xjenzi Soċjali. Din il- persuna ġiet ingaġġata fuq bażi kuntratwali għall-perjodu definit.

Majjistral Nature and History Park

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru f’ġurnal lokali (Malta Today Midweek) nhar l-Erbgha 11 ta' Frar, 2009 li membri tal-management board tal-Majjistral Nature and History Park huma tal-fehma u anke ilmentaw bil-pass kajman li bih miexi l-izvilupp tal-park, aktar u aktar billi ħafna karozzi privati għadhom jitħallew jidhlu fil-heritage area li hija ekoloġikament rikka? Skond l-istess ġurnal din hija wkoll il-fehma tas-Sur Martin Galea, President ta’ Din l-Art Ħelwa, waħda mill-managing Non-Government Organisations tal-park?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

MCAST — taħriġ f'Agrikoltura

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk bl-għeluq tal-agricultural extension services mill-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali, hemmx il-ħsieb li l-MCAST toffri opportunitajiet ta’ taħriġ vokazzjonali f’setturi tat-trobbija tal-bhejjem, bħal taħriġ fuq użu tal-parlour tal-ħalib, trobbija tal-majjali , trobbija tal-fniek, trobbija tat-tiġieġ kemm tal-bajd u kemm tas-simna, trobbija tad-dundjani kif ukoll taħriġ fuq prattiċi tal-ortikoltura fuq sterilizzazzjoni tal-ħamrija, kontroll bijoloġiku u produzzjoni ta’ ħxejjex u frott b’mod organiku ? Għaliex wara ħames snin l-Agribusiness Institute m'għandhomx is-sezzjoni tat-trobbija tal-bhejjem? Tista' tgħid kif u meta dan l-istitut se jkollu s-sezzjonijiet fejn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-prattika u jekk hux qed ikun ikkunsidrat li jkun hemm kordinazzjoni mad-dipartiment tal-biedja biex ikun hemm użu ta’ dawn is-sezzjonijiet tal-Għammieri għal għanijiet ta’ taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ fl-MCAST joffri taħriġ vokazzjonali f’kull settur imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dawn ma jiġux offruti individwalment iżda huma koperti f’diversi korsijiet ta’ l-MCAST u L-BTEC. Kordinazzjoni u koperazzjoni mad-Dipartiment tal-Biedja diġa teżisti, infatti xi wħud mill-prattiċi u site visits isiru l-Għammieri. Madankollu, nħasset il-ħtieġa li l-Istitut ikollu sezzjonijiet għat-trobbija tal-bhejjem fuq skala żgħira, biex l-istudenti tiegħu ikollhom esperjenza diretta.Bħalissa, l-Istitut qed jaħdem biex itella’ sezzjoni għat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd u tas-simna-free range,kif ukoll ikollu sezzjoni tat-trobbija tal-fniek. Minkejja li għalissa l-Istitut m’għandux is-sezzjonijiet tat-trobbija, l-istudenti jieħdu l-prattika neċessarja billi jmorru fuq site visits ma’ l-għalliema tagħhom, kif ukoll jagħmlu perjodu ta’ esperjenza fis-settur relatat ma’ l-istudji tagħhom. Dan qed isir kemm ma’ l-Għammieri kif ukoll mas-settur privat.