Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6019 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Globalizzazzjoni — problema tal-insularità

Question

Peress li gżejjer bħal Malta u b'mod aktar qawwi Għawdex, iridu jilqgħu l-isfida tal-globalizzazzjoni b'politika kuraġġjuża li tagħraf li teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjoni u tal-informatika huma l-għodda li bihom tista' tingħeleb il-problema tal-insularità, tista' l-Ministru tgħid x'qed jiġi mwettaq biex f'Għawdex jintlaħaq dan il-għan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex minn dejjem ħadem biex jinvesti u jaġġorna l-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tal-informatika kemm permezz ta' networks fil-gzira Għawdxija kif ukoll fil-link ta' komunikazzjoni bejn iż-żewġ gżejjer. Din ta' l-aħħar ġiet upgraded billi ġiet irdoppjata l-bandwidth. Dan it-tisħiħ fl-infrastruttura qed jgħin biex tingħeleb il-problema ta' l-insularita' tal-gżira Għawdxija. Minħabba f'hekk sar possibbli li xogħol ta' natura back office jitla' minn Malta għal Għawdex barra li diversi ħaddiema qegħdin jibbenefikaw mill-faċilita' tat-telework.
Leg 11 PQ #6020 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Child Care Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li f'Għawdex jitwaqqaf Regional Pre-kinder Centre jew kif inhu magħruf aħjar, child care centre speċjalment għal dawk l-ommijiet li jaħdmu matul il-ġurnata u m'għandhomx fejn iħallu lit-tfal tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru qiegħed iħejji l-pjanijiet neċessarji għall-post ċentrali biex jintuża bħla Child Care Centre. Il-ħsieb hu li dan iċ-Child Care Centre l-ewwel jilqa' fih t-tfal tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u wara jista' jinfetaħ ukoll għall-ħaddiema tal-privat. Ninsab infurmata illi l-applikazzjoni lill-MEPA ser tiġi sottomessa fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #6021 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra — park preistoriku

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra fiex jikkonsisti l-park preistoriku li hu ppjanat isir fix-Xagħra? Kemm hu stmat li hi l-ispiża biex jiġi mwettaq dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — terminal - manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-passaġġ li hemm fiċ-Ċirkewwa li jieħu mit-terminal sa ħdejn il-vapur, issirlu manutenzjoni u tibjijda xierqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita Marittima ser tikkordina mal-Gozo Channel, bħala l-operatur tat-Terminal ġewwa iċ-Ċirkewwa sabiex ssir manutenzjoni neċessarja. Dan ser isir fl-ambitu u f’ko-ordinament max-xogħolijiet relatati mal-bini tat-terminal il-ġdid sabiex ma jsirux xogħolijiet fuq strutturi li ser jitwaqqgħu fil-futur.
Leg 11 PQ #6025 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control Commission — Permessi approvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' permessi li ilhom hemm aktar minn xahrejn li ġew approvati mill-bordijiet tad-Development Control Commission ( qabel il-15 ta' Diċembru 2008) u li s'issa għadhom ma ntbagħtux lis-sidien tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni tal-Kontroll ta' l-Iżvilupp, għandha quddiema 286-il applikazzjoni approvata fl-ewwel deċiżjoni u 59 applikazzjoni approvata f'talba ta' rikonsiderazzjoni, fejn il-permess għandu ma nħariġx u fejn id-deċiżjoni ttieħdet sal-15 ta' Diċembru 2008. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi l-analiżi tal-permessi mhux mibgħuta.

San Pawl il-Baħar — Limbordin - bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fl-inħawi ta' Limbordin (San Pawl il-Baħar) tinbena substation ġdida mill-Korporazzjoni Enemalta? Meta hu mistenni li tinbena din is-substation u x'se jkun l-użu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — Triq Sant' Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5928 u 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preċa

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Ħamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5927 u jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5833, 5618 u 5275 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar u Iklin — cats eyes fit-toroq

Question

Billi numru sostenzjali mill-cats eyes li kien hemm fit-triq bejn is-Salina u n-Naxxar u mis-Salina sa l-Iklin, fil-fatt jew inqalgħu jew m'għadhomx jidhru, u billi d-dawl f'din l-istess triq qatt ma ġie stallat, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din it-triq issir iktar tajba għas-sewqan bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6034 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' anzjan li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule u li dan iddaħal l-isptar, minkejja li għamel l-applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule aktar min ħames snin ilu, bil-mara li għandha 'l fuq minn 80 sena u hija marida tant li l-anqas tiflaħ tqandlu, dawn xorta bagħtuh l-isptar? Jista' jara x'jista' jsir sabiex dan jiddaħal fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien applika biex jidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule fit-3 ta' Lulju 2003. Il-każ konċernat ġie diskuss mill-Admissions Board ta' San Vincenz de Paul fil-15 ta' Ġunju 2006 u l-Bord kien talab li jsir medical u social update tal-applikazzjoni. Għalhekk intbagħtet applikazzjoni oħra lill-applikant fejn ġie mitlub biex jagħmel medical update. Informat ukoll li l-Bord ma rċieva l-ebda risposta mingħand l-applikant.
Leg 11 PQ #6037 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Miżura tal-aħħar baġit — taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura tal-aħħar baġit li min ikollu t-tfal mill-2007 s'issa mhux se jħallas taxxa għal sena, bdietx tiġi attwata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6038 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas ta' ċens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5363, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jiswa iċ-ċens tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat illi kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 5363 iċ-ċens preżenti ta’ Lm 19 (€ 44.26) ser jiżdied bi 15% fil-15 ta’ Jannar 2010 għal Lm 21.85 (€ 50.90). Dan iċ-ċens ta’ € 50.90 ikun jista’ jinfeda’ bir-rata ta’ ħamsa fil-mija (i.e.) għall-prezz ta’ € 1,018 bejn il-perjodu tal-15 ta’ Jannar 2010 sa’ l-14 ta’ Jnnar 2011.
Leg 11 PQ #6042 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju fuq karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilità barra li taqta' d-dazju u l-VAT meta tixtri karozza, hemm xi skema oħra ta' sussidju li persuna b'diżabilità tista' tieħu? Id-dettalji tal-persuna qed jintbagħtu separatament.

Response (DALLI, JOHN)

Il-kategoriji differenti ta' persuni b'diżabilita jistgħu jibbenefikaw minn żewg skemi relatati mal-trasport personali tagħhom. L-ewwel skema hi eżenzjoni, ħafna drabi parzjali mid-dazju u l-VAT meta jiġu biex jixtru vettura li fuqha ma jkunux tħallsu dawn it-taxxi. It-tieni skema hi l-eżenzjoni parzjali mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq. Ninsab informat li l-persuna konċernata applikat biss għat-tieni skema u kkwalifikat.

Produzzjoni ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5837 u jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-enerġija kull xahar għal dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dan l-elettriku ġie prodott mill-power station tal-Marsa u kemm minn ta' Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2008.

Offerta għat-tneħħija — maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-iskop wara s-sejħa għall-offerta għat-tneħħija u ġarr għal maħżen tal-Monument tas-Sette Giugno il-Belt? (Adut. No 16/09)

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 6012.

Ta' Qali Crafts Village — fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5828 u 5562 u jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5562.
Leg 11 PQ #6051 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — Bejgħ ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5829, 5563, 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġiet sottomessa l-ebda offerta għall-bejgħ tal-bini ta’ l-ex-Sea Malta.

Inkjesta fuq ħruq ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5669 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li ħarqulu l-karozza fis-6 ta' Ġunju 2007 u qiegħed jistenna li tintemm l-inkjesta għax minħabba dan il-preċedent l-insurance ma tistax tħallas lil dan is-Sinjur?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-proċess verbal in kwistjoni daħal l-uffiċċju ta' L-Avukat Ġenerali fit-23 ta' Jannar 2009. Fuq talba tad-ditta assikuatriċi konċernata ser tintbagħat lilha kopja tal-proċess verbal in kwistjoni wara l-ħlas tad-dritt dovut.