Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fixed points duties li l-Pulizija jagħmlu ta' kuljum bħala parti mis-servizz ta' sigurtà li jagħtu? Ma' min qed isiru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma ġieli għid f'okkażjoni oħra, mhix il-prassi li jingħata tagħrif dwar miżuri ta' sigurta' li jittieħdu mill-Awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta beħsiebu jgħaddi l-flus lil Korp tal-Pulizija sabiex il-membri tal-istess Korp jitħallsu tax-xogħol li għamlu waqt l-elezzjoni ġenerali?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ftit pagamenti dovuti lill-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija, li għamlu xoghol in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni Ġenerali, li kien baqa' jitħallsu, ġew proċessati u mħallsa xahrejn ilu, jiġifieri, f'Diċembru li għadda.
Korp tal-Pulizija — Memebri li jattendu l-Università ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija, illi qegħdin jattendu korsijiet ġewwa l-Università ta' Malta waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom, esklużi dawk li qed jagħmlu l-kors għal spettur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm membru wieħed li qed jattendi kors fl-Universita' ta' Malta darbtejn fil-ġimgħa waqt il-ħin tax-xogħol, u dan wara li kienet saret sejħa permezz ta' Ċirkolari Numru OPM 17/08.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni il-għala il-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar, imwaqqaf skond il-liġi għadu qatt ma' ltaqa matul din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar kien ilu xi ftit ma jiltaqa’ peress li diversi materji li kienu qed jiġu diskussi mill-Bord ġew imressqa quddiem il-Bord tal-Arbitri, kif hemm previst fil-liġi.
Madankollu, nista' ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se ssir laqgħa tal-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar proprju llum, 17 ta’ Frar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa flus ir-rinovament tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif naħseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, ix-xogħol ta’ manutenzjoni u rinovament f’bini tant kbir u qadim, bħal ma huwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, huwa wieħed kontinwu. Matul dawn l-aħħar snin saru diversi xogħolijiet, oħrajn għadhom għaddejjin, filwaqt li xogħol ieħor għad irid isir. Dan ix-xogħol isir kollu mit-Taqsima tas-Snajja fi ħdan l-istess Korp. Ħafna mill-materjal użat huwa dak ġeneriku li jinxtara sabiex jintuża għall-ħtiġijiet kemm tal-Kwartieri Ġenerali, kif ukoll ta’ l-Għases u d-diversi Taqsimiet u bini ieħor għad-dispożizzjoni tal-Korp. Ninsab infurmat illi ma jinżammux dettalji separati dwar kemm tiġi tiswa kull biċċa xogħol .
Jista' l-Ministru jgħid meta l-għasses tal-Pulizija ta' Malta se jkun attrezzati kollha b'tagħmir u computers sabiex il-membri tal-korp ikunu jistgħu iwettqu dmirhom u l-pubbliku jinqeda aħjar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħalissa l-Għases prinċipali u oħrajn, 26 b'kollox, huma mgħammra b'sistemi kompjuterizzati, kif ukoll imqabbda mas-sistema ċentrali. Matul din is-sena huwa mistenni li 16 il-Għassa oħra jkunu wkoll imqabbda mas-sistema ċentrali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dipartiment u aġenzija tal-Gvern iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa flus il-pavimentar fi Pjazza San Gwann kif wkoll dak li sar quddiem il-Kon Katidral ta' San Gwann?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-pavimentar li sar fl-2007 quddiem il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann sewa madwar 257,000Euros filwaqt li l-pavimentar tal-pjazza sewa madwar 54,000Euros.
Dipartiment tas-Saħħa u tal-Anzjani — infermiera Maltin u barranin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5632 u jgħid kemm hemm infermiera Maltin u barranin f'kull taqsima tad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Anzjani? Kemm hu numru ta' infermiera meħtieġa f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għt-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5596, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif jista' bniedem li jixtieq iżur dawn it-tempji, fil-fatt jagħmel hekk? Filwaqt li napprezza d-diffikulta biex persuna tmur f'postijiet bħal dawn, minħabba l-importanza sħiħa tagħhom, kif jista' tiżdied il-possibiltà ta' żjarat f'dawn il-tempji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li kull min jixtieq iżur it-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat jista’ jagħmel dan kull nhar ta’ Tlieta (Ta’ Ħaġrat mid-9.30 sal-11am u Skorba mill-11.30am sas-1pm). L-uffiċjal li jkun preżenti fis-sit joffri vista ggwidata lill-viżitaturi kollha. Jekk wieħed ikun jixtieq iżur xi ġurnata oħra, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq numru 21 23 95 45.
Infurmata li wara
Carrying Capacity Assessment
tas-siti li sar fl-2007, ġie stabbilit li, bl-infrastruttura li teżisti fil-preżent fuq is-sit, jistgħu jidħlu sa 90 ruħ fil-ġimgħa f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ siti, sakemm ma jidħlux aktar minn 15 il-ruħ f’salt, u ma’ jidħlux aktar minn 45 f’ġurnata waħda, għall-massimu ta’ 4680 fis-sena. Wieħed għandu josserva li dawn il-limiti rarament jiġri li qegħdin jintlaħqu, għalhekk l-arranġamenti preżenti jidhru adegwati ħafna.
Minn meta is-sit beda jinfetaħ regolarment għall-pubbliku f’Mejju tal-2005, in-numru ta’ viżitaturi żdied hekk:
Ta’ Ħaġrat Skorba
2004 89 89
2005 216 161
2006 603 507
2007 522 429
2008 423 330
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk tkomplewx id-diskussjonijiet ma' xi għaqda ambjentali biex is-Simar (fl-inħawi tax-Xemxija) jgħaddi taħt l-amministrazzjoni ta' din l-għaqda? Jekk iva, fiex waslu d-diskussjonijiet u meta hu mistenni li fil-fatt jiġu konklużi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-importaturi tal-karozzi second hand ma setgħux jistabilixxu il-prezzijiet li bihom kellhom ibiegħu l-vetturi impurtati, u dan minkejja li għaddew diversi ġimgħat matul l-2009? X'wassal għal dan id-dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b'eċċezzjoni ta' vetturi wżati impurtati minn barra l-Unjoni Ewropeja, il-valuri tal-karozzi second-hand ilhom jistgħu jkunu jiġu aċċessati mill-portal www.vehicleregistration.gov.mt sa mill 14 ta' Jannar 2009. Kif kien tħabbar kien hemm waqfa fir-reġistrazzjoni ta' vetturi second-hand impurtati qabel din id-data sakemm saret verifika ta' l-informazzjoni. Ukoll, fejn jirriżulta li jkun hemm bżonn xi tibdiliet tekniċi għal xi mudelli partikolari dan qed isir. Ta' min isemmi li fis-sistema' hemm madwar 40,000 kombinazzjonijiet ta' vetturi.
F'dak li għandu x'jaqsam ma' vetturi wżati li huma impurtati minn barra s-suq Ewropej, il-Gvern ukoll stabilixxa l-valuri ta' dawn il-vetturi. Dan billi l-Vehicle Certification Agency (VCA) ipprovdiet informazzjoni li biha kienu identifikati mudelli ekwivalenti jew simili fis-suq Ewropej. Ukoll, peress li l-carbon dioxide emissions ta' dawn il-vetturi huma mkejla b'mod differenti mis-sistema' Ewropeja qegħdin nistennew riżultati mingħand il-VCA ta' testijiet fuq kampjun ta' vetturi, li bihom ser ikun stabilit ir-ratio ekwivalenti għal standards Ewropej.
Ta' min jgħid li l-bidla f'din is-sistema kienet waħda komplessa, u għalhekk bħal kull bidla radikali jkun jinħtieġ perjodu ta' tranżizzjoni.
Fil-frattemp nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern laħaq ftehim ma' l-importaturi tal-karozzi second hand, illi mill-11 ta' Frar 2009, jistgħu jirreġistraw karozzi li m'humiex immanifatturati għas-suq Ewropew la darba jkunu ċertifikati l-emmissjonijiet tal-karozza, jiġifieri l-livell tas-CO 2 ikun konformi ma dawk immanifatturati għas-suq Ewropew.
Din iċ-ċertifikazzjoni tinħareġ biss minn aġenziji speċjaliżżati u awtoriżżati għal dan il-għan fl-Ewropa bħal per eżempju il-Vehicle Certification Agency (VCA).
Għalhekk dawk l-importaturi li għandhom karozzi importati minn swieq mhux Ewropej fl-imħażen tagħhom għandhom jinfurmaw lid-Direttorat tal-Liċenzji fi ħdan l-ADT.Għal dawn il-karozzi li jinsabu f'Malta diġa, l-importaturi għandhom jippreżentaw ċertifikat temporanju ta' ekwivalenza ma' mudelli simili fl-Ewropa li għandu wkoll jinħareġ minn l-istess aġenziji speċjaliżżati u awtoriżżati għal dan il-għan fl-Ewropa. Id-data ta' l-għeluq għal din il-miżura temporanja hija t-Tlieta, 3 ta' Marzu 2009.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5608, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Avukat Ġenerali m'appellax meta kien hemm ċertu każi li pubblikament kien intqal li ser isir appell?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Illi f’materja kriminali l-Avukat Ġenerali skont il-Kostituzzjoni jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u ma hux soġġett għad-direzzjoni ta’ ebda persuna oħra u għalhekk ma inhix f’pożizzjoni li ngħid x’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom huwa ddeċieda li ma jappellax. Ir-raġunijiet ivarjaw minn każ ghal każ u għalhekk kont inkun f’pożizzjoni biex nirregola ruħi aħjar kieku l-Onor Interpellant jagħtini informazzjoni aktar preċiża dwar il-każ jew każijiet li jidher għandu f’moħħu b’mod partikolari u ċioe` il-każi li l-Onor Interpellant jgħid li dwarhom pubblikament kien intqal li ser isir appell. Jidher li jista’ jkun li l-allużjoni hi għall-istess każ li għalih saret riferenza riċentement f’gazzetta lokali li kien jirrigwarda żewġt aħwa Rumeni. Jekk hu hekk jirriżulta li l-fatti f’dak il-każ ġraw fl-1998 u għalhekk il-każ ma jidħolx fil-parametri tad-domanda parlamentari 5608 li kienet tirreferi għal rapporti li saru fis-sena 2007 u 2008 u għalhekk għal fatti li ġraw ferm wara l-1998. Jista’ jiżdied li fil-każ imsemmi, il-Qorti tal-Maġistrati kienet imponiet sentenza ta’ sitt snin priġunerija. L-Avukat Ġenerali fil-fatt appella dik is-sentenza u l-Qorti ta’ l-Appell Kriminali bidlet is-sentenza billi żiedet il-piena ta’ priġunerija minn sitt snin għal għaxar snin.
B’riferenza għall-mistoqsijiet 5338, 4813, 3052, 3465 u 5721, il-fatt li l-Ministru mhux qed jagħti t-tweġiba mitluba jfisser li għad mhux deċiż ix-xogħol li ser isir matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, ir-raġuni hi li l-file għadu ma ġiex lura mill-enti konċernata.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5724, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-diffikultà biex iwieġeb il-mistoqsijiet imsemmija f’diversi mistoqsijiet parlamentari li saru?
Tista’ l-Ministru twieġeb l-aħħar żewġ mistoqsijiet ta’ mistoqsija parlamentari 5333 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuti lilha u tgħid kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw il-fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li tidher hawn taħt.
Din it-tabella turi t-total ta’ nies li jaħdmu fiż-żona industrijali ta’ Għawdex kif ukoll it-tip ta’ manifattura li ssir mill-fabbriki. Matul il-perjodu mitlub fil-mistoqsija jirriżulta li kien hemm seba` (7) fabbriki li naqqsu xi ħaddiema.
Total ta’ nies jaħdmu
Jannar 2008 2009
529 504
Fabbriki jimmanifatturaw
MARBLE WORKS
STONE DECORATORS
FURNITURE
FURNITURE
WEAVING
WROUGHT IRON PROD.
FURNITURE
FOODSTUFFS MANUF.
ALUMINIUM
LAUNDRY & DRY CLEANING
FURNITURE
SOFTWARE
SERVICE CENTRE
FOODSTUFFS MANUF.
TOOLS
BONDED SEALS
BAKERY
METAL PRODUCTS
FURNITURE
ICE CREAM MANUF.
DOUBLE-GLAZING GLASS
FASHION ACCESSORIES
PRINTING
FURNITURE
FURNITURE
FURNITURE
Peress li Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw teknoloġiji ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew riħ, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?
Peress li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn it-targets jirrigwardaw is-setturi bħat-trasport, agrikoltura u skart, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?