Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rationalisation exercise
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn intlaħaq ftehim bejn is-sidien ta' l-art li ġiet inkorporata fi skema tal-bini permezz tar-rationalisation exercise u li ssottomettew il-proposti maqbula tagħhom lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġu approvati? Kemm fadal lokalitajiet fejn dan l-eżerċizzju ma ġiex konkluż? Kemm mit-talbiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġew approvati u għalhekk is-sidien jistgħu jibdew bl-applikazzjoni għall-iżvilupp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti rendikont dettaljat fuq kull sit li jikkwalifika bħala Rationalisation Site. Fil-każi kollha fejn ġiet approvata PC application li ma sarx mil-MEPA, dan sar permezz ta' ftehim bejn il-partijiet skond kif kontemplat permezz tal-avviż legali 71 ta' 2007. Apparti il-każi indikati fit-tabella, hemm numru ta' każijiet oħra fejn l-indikazzjonijiet juru illi l-ftehim bejn il-partijiet huwa fil-qrib iżda l-istatistika fuq dawk il-każi tiġi konfermata fi stadju futur.
Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, tista' l-Ministru tgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura tista' tagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li issa n-numru ta' ħaddiema fuq il-kotba tal-Malta Shipyards niżlu għan-numru li xtaq il-gvern jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li l-kanċell li jdawwar l-istatwa ta' Malta fil-pjazza tal-Birgu, sofra xi ħsarat, tista' l-Ministru tgħid meta se jsir ix-xogħol ta' tiswija fuq dan il-monument storiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol ta’ restawr fuq propjeta’ pubblika kulturali fil-Birgu hija r-responsabbilta’tal-Cottonera Rehabilitation Project u taqa’ taħt il-kompetenza tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — full development permit għal-akwarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex il-full development permit għal bini ta' akkwarju pubbliku u attrazzjoni marittima fil-Qawra? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u tal-pjanti approvati?
Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?
Jaf il-Prim Ministru li n-nies li jagħmlu l-għassa mal-immigranti illegali fil-Compound ta' Ħal Safi ilhom bla kitla għal dawn l-aħħar ġimgħat? X'inhi r-raġuni li s-shifts tas-suldati li jaħdmu fid-Detention Centre inbidlu minn erba' shifts għal tlieta? Min ħareġ l-ordni li s-suldati jidħlu ma' l-immigranti illegali kull nofs siegħa meta ħafna mill-immigranti illegali għandhom mard bħal Tubercolosi, HIV, Hepatitis eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kull min huwa impjegat mas-Servizz ta' Detenzjoni fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi għandu aċċess għal kitla ta’ l-elettriku. Barra minn hekk, numru oħra ta' ktieli jinsabu miżmuma fl-istore għal meta jkun bżonn li tinbidel xi waħda minnhom.
Ir-raġuni li s-
shifts
tal-impjegati kollha li jaħdmu fid-
Detention Centres
ta' Ħal Safi u Ħal Far inbidlu minn erba'
shifts
għal tlieta hi minħabba x-xogħol li żdied f'daqqa bil-mewġa mhux mistennija ta' immigranti rregolari mill-bidu tas-sena. Fost dawn l-aħħar immigranti kien hemm il-fuq minn mitejn Nord Afrikani li huma magħrufa għad-dispożizzjoni tagħhom li jaħarbu minn fejn ikunu miżmuma ma’ l-ewwel opportunità li jkollhom. Barra minnhekk, numru ta' impjegati tas-Servizz tad-Detenzjoni ġew trasferiti għaċ-ċentru l-ġdid li nfetah f' Ta' Kandja biex jakkomoda l-aħħar immigranti li waslu.
Relatat ma’ dan kien hemm l-implimentazzjoni ta' dmirijiet ta' sorveljanza fuq ġewwa tal-akkommodazzjoni tal-immigranti li minħabba nuqqas ta' impjegati ma setgħawx isiru qabel. L-għan ta' dawn id-dmirijiet huma li jipprevenu vandaliżmu, ġlied bejn l-immigranti u attenti ta' ħrib. Ma hemmx periklu minn mard fuq is-saħħa tal-impjegati għaliex l-immigranti huma
screened
mal-wasla tagħhom u kull min jinsab ibati b'mard infettiv jiġi miżmum f'post apposta għalih sakemm jiġi deċiż li m'humiex ta' periklu għal ħaddieħor mill-awtoritajiet tas-Saħħa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni żari l-mużewijiet u postijiet arkeoligiċi ta' Għawdex matul is-sena 2008 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2008, in-numru ta' viżitaturi li żaru l-mużewijiet u s-siti arkeoloġiċi f'Għawdex kienu dawn li ġejjin:
1. Mużewijiet : 49,843
2. Siti arkeoloġiċi: 197,152
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5612 u jara t-talba li saret minn xi impjegati ma' kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jinvestiga dan il-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg qed jagħmel investigazzjoni tal-allegazzjonijiet magħmula minn xi mpjegati ta’ kumpanija konċernata.
Informat ukoll li fadal punt wieħed li għadu qed jiġi segwit mid-Dipartiment.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — main ta' anzjana
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jinbena terminal ġdid fiċ-Ċirkewwa bħal dak li sar fl-Imġarr Għawdex?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jinbeda x-xogħol fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.6067.
Jista' l-Ministru jgħid separatament meta saru l-aħħar reviżjonjiet tal-pensjonjiet skont il-collective agreement tal-entitajiet Governattivi u Privati?
Jista' jgħid meta se jsiru r-reviżjonjiet li għadhom pendenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reviżjonijiet tal-pensjonijiet skont il-collective agreement tal-entitajiet Governattivi u privati huwa proċess on going u għalhekk dawk li għadhom pendenti jinħadmu meta jmisshom.
Informat ukoll li r-reviżjonijiet tal-entitajiet Governattivi huma maħduma sas-sena 2008 u tas-sena kurrenti qegħdin fil-proċess li jinħadmu.
Applikazzjonijiet biex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, minn Għawdex taħt l-iskema biex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-Gvern u dan biex kull applikant li għandu dritt skond l-istess skema ikun jista' jiġi rrikonoxxut? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew ipproċessati u finalizzati? Jista' jinforma lill-Kamra meta se jkomplu jiġu ipproċessati l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’Għawdex biss kien hemm 3001 applikazzjoni taħt l-iSkema tal-Qbiela u li minnhom 34 applikazzjoni ġew ipproċessati u finalizzati. Huwa mistenni li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet pendenti ġewwa Għawdex jitkompla fil-futur qarib. Madanakollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2006, kull applikant li kien eleġibbli taħt l-iskema tal-Qbiela, nħariġlu ċertifikat li bih ġie rikonoxxut b’titolu prekarju fuq l-art li applika għaliha u dan sakemm jiġi rikonoxxut uffiċjalment bħala l-kerrej tal-art.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li, wara intervent tas-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet mal-Ministeru għal Għawdex il-ġimgħa l-oħra, huwa mistenni li l-Ministeru għal Għawdex jipprovdi post idoneu sabiex minn nofs Marzu li ġej uffiċjali tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet jibdew jitilgħu Għawdex kull ħmistax sabiex jiltaqgħu mal-applikanti u jsiru l-kuntratti relattivi. Appena l-Ministeru għal Għawdex jipprovdi dan is-sit, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet jibda l-finalizzar ta’ l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-ftuq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li sal-ewwel ġimgħa ta’ Frar 2009 in-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-ftuq huwa ta’ 729. Dawn jinkludu inguinal, umbilical, femoral hernias, ecc. Wieħed għandu jikkjarifika li dan in-numru jirreferi għal dawk il-pazjenti li għad m’għandhomx data meta ser issirilhom l-operazzjoni.
Huwa importanti li wieħed jkun jaf li ż-żmien ta’ stennija biex issir l-operazzjoni jiddipendi fuq meta wieħed ġie inkluż fil-
waiting list
u skond l-urġenza tal-każ kif jiġi evalwat mill-konsulent.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jibda jaħdem il-lift ta' Block 1, Triq Kelinu Cachia, Tarxien għax kien hemm xi problemi? Wieħed irid jifhem ukoll li ġo fih hemm jgħix persuna b'diżabilita' li qed issibha diffiċli biex tinżel isfel u qed ikun ta' piż fuq il-familja.
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-policy ta’ l-Awtorita’ hija li l-Inkwilini tal-blokk jiffurmaw assoċċjazzjoni ta’ residenzi ħalli jiftehmu jiġbru flus u jaraw li ssir il-manutenzjoni, tiswijiet u ħlas tal-elettriku neċessarji in konnessjoni mal-lift. Qed jirriżulta f’dan il-każ li r-residenti ma ftehmux dwar il-ħlas neċessarju, u għaldaqstant jidher li l-manutenzjoni meħtiega ma saritx bil-konsegwenza li l-lift ġarrab ħsarat. Irriżulta ukoll li minħabba nuqqas ta’ pagamenti għall konsum tal-elettriku dovuti lill-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma s-servizz kien ġie sospiż mill-istess Korporazzjoni fl-20 ta Jannar 2006. Din tidher li hi l-istess sitwazzjoni sal-ġurnata tal-lum. Ir-responsabbilta’ li l-lift jitranġa u li l-pagamenti dovuti lill-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma hija unikament ta’ l-Inkwilini. Pero’ l- Awtorita’ ser tavviċina dawn l-Inkwilini ħalli jsir ftehim bejniethom fuq dawn il-pagamenti u il-lift ikun jista’ jerġa jaħdem.
Jista' l-Ministru jara li fi triq arterja, Għajn Dwieli Road, Paola quddiem id-dar no: 122, issir crash barrier u issir speed camera minħabba l-ammont ta' inċidenti li qegħdin iseħħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.