Legislature:
Category:
Reset
Active:

persuni autistic

Question

Jista` l-Ministru jghid jekk tinżammx statistika dwar in-numri ta' persuni autistic f'pajjiżna u jekk fl-affermattiv iforni l-informazzjoni dwar dan? Jista` jgħid x'għajnuniet u benefiċċji huma intitolati għalihom persuni autistic?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għandha reġistru ta' persuni li volontarjament jirreġistraw magħha. Dan ir-reġistru jinkludi din l-informazzjoni; a) isem u kunjom b) lokalita' (skond il-kunsilli lokali) ċ) eta' d) is-sess e) tip ta' nuqqas (diżabilita- jekk hix: nuqqas fiżiku, intellettwali, psikoloġiku, tas-smigħ jew tal-vista) Għalhekk il-Kummissjoni ma għandhiex statistika separata għall-persuni li għandhom l-awtizmu. Persuni li għandhom l-awtiżmu jibbenefikaw mis-servizzi li huma miftuha għall-persuni b'diżabilita skond il-kriterji ta' kull benefiċċju.u skond il-kundizzjoni tal-individwu. Eżempju persuna b'awtużmu sever li trid tkun akkumpanjata l-ħin kollu tista' tibbenefika mis-servizz tal-Blue Sticker.

Xlendi — Cruise liners - bagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar kemm cruise liners li joperaw fil-Mediterran ikun jistgħu jużaw il-baga tax-Xlendi minħabba t-tunnellaġġ u t-tul tagħhom? Jekk sar, kemm hemm cruise liners li jistgħu jagħmlu użu minn din il-faċilita’? Kemm minnhom normalment jużaw lil Malta bħala cruise port?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn analiżi li saret mill-Awtorita’ Marittima jirriżulta li hemm 32 cruise liner li joperaw fil-Mediterran u li jistgħu jirmiġġaw mal-baga li ser issir barra x-Xlendi. 21 minn dawn il-cruise liners żaru lill-Malta f’dawn l-aħħar snin.
Leg 11 PQ #6425 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6168, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fost dawn il-pożizzjonijiet kienx hemm xi pożizzjoni/pożizzjonijiet minnhom għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, għal liema pożizzjoni kienet/kienu? Kienet/kienu indikata/i fis-sejħa għall-applikazzjoni? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sabiex il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tħaddem din l-iskema, imsejħa Employment Aid Programme, kien jinħtieġ ir-riklutaġġ ta’ żewġ Administrative Assistants ukoll ta’ tliet Monitoring Officers, b’wieħed mill-Administrative Assistants ikun ibbażat f’Għawdex. Dan skond l-approvazzjoni tal-Managing Authority – PPCD. Fis-sejħa li saret ma kienx hemm indikat li wieħed mill- Administrative Assistants ikun ibbażat Għawdex, iżda l-applikanti kienu nfurmati b’dan mill-Bord tal-Għażla waqt l-intervista.
Leg 11 PQ #6426 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex? F’liema skejjel qegħdin? X’apparat hemm f’kull wieħed minnhom? X’apparat hemm bżonn f’kull laboratorju? X’apparat hu maħsub li jinxtara matul din is-sena u fl-2010? Kemm hija stmata l-ispiża għax-xiri ta’ dan l-apparat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6441 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — immigranti irregolari - infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti irregolari sena b'sena mill-2003 sal-2008 u kif nefaqhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Bħal ma diġa' kelli l-opportunita' li nispjega f'okkazzjonijiet preċedenti, minħabba n-natura tax-xogħol u l-esiġenzi varji li jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibbli li wieħed jikkwantifika bi preċiżjoni kemm kienet l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti irregolari. Madankollu, ninsab infurmat illi, apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, l-ispiża approssimattiva kienet kif ġej:- Ikel Spejjeż għar-ripatrijazzjoni Spejjeż oħra Total 2003 Lm107,891 Lm112,520 Lm187,523 Lm407,934 2004 Lm118,574 Lm50,534 Lm21,342 Lm190,450 2005 Lm199,302 Lm96,471 Lm44,981 Lm340,750 2006 Lm248,538 Lm98,598 Lm42,124 Lm389,260 2007 Lm71,845 Lm9,622 Lm23,211 Lm104,678 2008 €18,298 €86,033 €70,007 €174,338
Leg 11 PQ #6442 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armata — infiq fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata fuq immigranti irregolari sena b'sena mill-2003 sa l-2008 u kif nefqithom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti ta’ flus li nefqet l-armata fuq l-immigranti rregolari bejn l-2003 u l-2008.
Leg 11 PQ #6443 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — refund fuq appliances energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi għadha ma ħallsitx refunds lil min xtara appliances energy saving taħt l-iskema li għalqet f'Ġunju, 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Agricultural waste management plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6089 u 5540 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-Agricultural Waste Management Plan? Meta tlesta? Meta inkiteb l-ewwel abbozz tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ir-rapport finali diġà huwa pubbliku.

Oil Division — website

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5782 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Oil Division li sa ftit ilu kien jidher fuq il-website tal-ministeru tiegħu m'għadux jidher fuq dan is-site?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma jirriżultax li l-Oil Division m’għadiex tidher fuq il-website tal-Ministeru. Kull ma jrid jagħmel l-Onor Membru hu li jidħol f’www.mrra.gov.mt u wara jidħol fil-Works and Services. Hemm isib is-sezzjoni ddedikata lill-Oil Division. Tajjeb wieħed ikun jaf li din is-sezzjoni effettivament għandha tiġi nkorporata fl-MRA.

Kon-Katidral ta' San Ġwann — International Committee of Museums - fondazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport imħejji mill-International Committee of Museums fuq il-proġett propost mill-fondazzjoni għall-Katidral ta' San Ġwann li jirrigwardja l-istess kon-katidral?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni għall-Katidral ta’ San Ġwann ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi.

Proġett ta' Sant Iermu — ftehim mal-perit

Question

B'referenza għall-proġett ta' Sant Iermu u l-madwar li għadu kif tħabbar, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażel il-Perit Demicoli? X'inhu r-rwol ta' dan il-perit? Kemm ser jitħallas għas-servizzi tiegħu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar ma dan il-perit għax-xogħol tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Allowances u salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas f'salarju u f'allowances il-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ko-ordinament bejn Pulizija u l-Qrati

Question

Jaf il-Ministru bin-nuqqas kbir ta' kordinament li jeżisti bejn il-Pulizija u l-Qrati partikolarment fejn għandu x'jaqsam it-tqassim tal-mandati ta' arrest? Jaf li f'ċerti każi l-uniku surġent illi jkun hemm xogħol l-għassa ikun irid jitla' wkoll jagħmel ir-riferti dwar dawn il-mandati l-Qorti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-proċedura stabbilita' hija li l-mandati ta’ arrest li joħorġu mill-Qrati tal-Maġistrati jiġu eżegwiti mill-Pulizija tad-Distrett, li fih il-persuna jkollha ir-residenza tagħha. Ovvjament, jekk il-persuna li tkun is-suġġett ta’ l-istess mandat ma tinstabx, dak il-membru tal-Korp u mhux neċessarjament is-surġent li jkun ipprova jeżegwixxi l-mandat, ikun irid jitla' jixhed quddiem il-Qorti sabiex jagħti r-raġunijiet għaliex il-mandat ma jkunx ġie eżegwit.

Taser guns

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma eżatt il-proċeduri segwiti mill-Pulizija f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tat-Taser Guns speċjalment wara li jidher li dawn qed jinbidlu minn żmien għall-ieħor?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri segwiti mill-Pulizija għal dak li għandu x’jaqsam mal-użu tat-taser guns huma dawk li hemm stipulati fiċ-ċirkolarijiet interni maħruġa fit-23 ta’ Settembru 2008 u fit-22 ta’ Jannar, 2009. Dawn iċ-ċirkolarijiet li tqassmu lil kull membru tal-Korp, ma jindikaw l-ebda tibdil fil-proċedura. Jekk hemm xi membri tal-Korp li għandhom xi dubju dwar l-użu, ikun għaqli li dawn jikkonsultaw lis-superjuri tagħhom.

Korp tal-Pulizija — counseling unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija għandux xi forma ta' counseling unit? Jekk għandu dan il-unit, minn min hu kompost? Tiġi offruta xi forma ta' għajnuna psikjatrika lill-membri tal-korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s’issa l-Korp tal-Pulizija m’għandux counselling unit fi ħdanu. Iżda, b’riżultat ta’ rappreżentazzjonijiet li kienu saru mal-‘Caritas (Malta)’, kien sar ftehim biex din l-organizzazzjoni tibda toffri servizz ta’ counselling lill–membri tal-Korp tal-Pulizija mingħajr ħlas u fuq bażi individwali. Dan is-servizz beda jitħaddem mis-26 ta’ Diċembru, 2006.

Breathalyser test equipment il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bi ħsiebhom il-Pulizija jibdew jagħmlu użu mill-breathalyser test equipment il-ġdid? Jaf il-Ministru li dan l-appaart ilu mixtri għal madwar sena u s'issa għadu qatt ma' ntuża?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mobile breathalyser test ser jibda jopera wara li jkunu saru u għaddew mill-Parlament l-emendi meħtieġa kemm fl-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap 65 tal-Liġijiet ta’ Malta, kif ukoll fir-Regolamenti dwar Strumenti u Laboratorji għat-Testijiet tan-Nifs, skont l-Avviż Legali 418 tal-2004 kif sussegwentament emendat.