Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — proġetti ta' żvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hemmx unit apposta li tevalwa u tiddeċiedi b'mod ta' fast track proġetti ta' żvilupp sottomessi mill-Gvern jew privat, speċjalment dawk li jkunu ser joħolqu opportunitajiet ta'xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet għal żvilupp sottomessi mill-Gvern jew applikazzjonijiet għal żvilupp kbir mis-settur privat, speċjalment dawk li jkunu ser joħolqu opportunitajiet ta' xogħol, jiġu evalwati mill-Major Projects Unit. Id-deċiżjonijiet fuq dawn il-proġetti jiġu meħuda skond il-liġi mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' Żvilupp "A" jew mill-Bord ta' l-Awtorità.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra kemm qed jintlaħaq l-għan li l-Uffiċċju tal-Kultura f'Għawdex ikun verament xprun u ko-ordinatru għal livell ogħla ta' ammont dejjem jikber ta' inzjattivi kulturali f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex flimkien mal-Kunsill tal-Kultura u l-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jaħdem kontinwament fuq program annwali ta’ attivitajiet kulturali, uħud minnhom bħal Karnival, il-Festi Nazzjonali, l-Milied u Lejlet Lapsi li huma fissi u oħrajn li jsiru matul il-bqija tas-sena. Barra minn hekk l-Uffiċċju tal-Kultura joffri assistenza kontinwa lill-Kunsilli Lokali u entitajiet kulturali u soċjali oħra fl-ippjanar u fil-loġistika ta’ l-attivitajiet li jorganiżżaw fil-belt u l-irħula ta’ Għawdex. Mis-sena l-oħra l’hawn, l-uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex qiegħed ukoll joffri opportunita’ unika għall-koordinazzjoni ta’ kultura ta’ livell għoli permezz taċ-Ċentru għal Kultura u Arti fiċ-Ċittadella. Dan mhux biss qed iservi bħala post għall-wirjiet varji jew kontinwi ta’ l-arti bħas-Sala tal-Ministeru għal Għawdex u l-Banca Giuratale imma qed ikun ukoll il-post fejn ser jiġi offrut program varju ta’ kultura krejattiva u nnovattiva. L-uffiċċju tal-Kultura, b’mod regolari wkoll joffri għajnuna varja lil diversi artisti Għawdxin, ta’ kull ġeneru biex jistabilixxu ruħhom fir-rejalta’ kulturali Għawdxija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5930, 5626 u 5418 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 74, jista' jgħid kemm hi l-waiting list bħalissa f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li sa l-ewwel ġimgħa ta' Frar 2009, in-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list għall-interventi msemmija huwa hekk :-
i) strument fil-marrara : 410 (Laparoscopic Cholecystectomy)
ii) strument fl-irkoppa : 3,692 (Arthroscopy Knee)
iii) kataretti : 5,951 (Cataract Surgery)
Informat ukoll li l-appuntament li jmiss jiddependi mill-urġenza tal-każ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5932, 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5936 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5631,jista' l-Ministru jgħid liema ġinekologi minn A sa G u liema kirurgi minn A sa K irtiraw jew ġew ingaġġati matul is-sena 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li l-informazzjoni kif mitluba tippermetti li jiġu identifikati l-kirurġi nvoluti, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
(Risposta kkoreġuta permezz ta’ dokument nru 1798 mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru 88 tal-4 ta’ Marzu 2009)
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5937 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, jista' l-Ministru jgħid minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħux jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6124 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġgħu joħorġu boroż ta' studju għal studenti li jridu jagħmlu PhD?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa hi miftuħa skema ta’ boroż ta’ studju bl-isem ta’ Strategic Educational Pathways Scholarships (STEPS) li qegħda tilqa’ applikazzjonijiet ta’ boroż ta’ studju fi grad ta’ PhD. Din is-sejħa tagħlaq il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu, 2009.
L-iskema
Malta Government Scholarship Scheme
, għal dawn l-aħħar tlett snin kienet miftuħa lejn April/Mejju. Għal din is-sena, id-data tal-ftuħ ta’ din l-iskema se titħabbar aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija isir tindifa sew fl-inħawi taċ-Chadwic Lakes iżjed u iżjed meta jidher li hemm diversi rapporti li t-tniġġiż minħabba d-drenaġġ u l-ammont ta' żibel li hemm żdied b'mod esaġerat? X'esperti għandu l-Gvern biex jgħinuh f'tindifa ta' din ix-xorta li tirrikjedi approach professjonali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li flimkien mad-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-MEPA, li huma esperti professjonali fuq dan ix-xogħol, tfassal program għal tindif estensiv, rijabilitazzjoni u ħolqien ta’ management plan għall-inħawi imsemmija. Xi tindif ser jibda fil-ġranet li ġejjin.
Hu maħsub li dan il-program jieħu spinta aktar qawwija matul ix-xhur tas-sajf li ġej.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788 u cioè: billi jien nifhem li l-ebda unjoni tal-ħaddiema u tal-pensjonanti ma tagħti l-approvazzjoni tagħha biex min ikun ilu jistenna fil-kju ma jinqediex,u billi l-impjegati tal-ispiżerija jispiċċaw wara is-2 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u f`nofsinhar nhar ta` Sibt, tista' l-Ministru tgħid min ħareġ l-ordni biex il-membri tal-pubbliku li kien ikunu ilhom jistennew fil-kju jintbagħtu lura f`nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt fil-ħdax x`ħin tagħlaq l-ispiżerija ?
Konxja l-Ministru li f`dipartimenti u sezzjonijet oħra tal-Gvern, f`Malta ma jsirx hekk ?
Billi l-Għawdxin li jużaw dan is-servizz m'għandhomx jkunu meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi x`passi se tieħu kontra min ħareġ dawn l-istruzzjonijiet jew abbuża u kien qed ikeċċi lil iktar nies vunerabli fil-ħin li kienet tagħlaq l-ispiżerija, u meta l-istaff ta` l-ispizerija kien qed jibqagħlu sagħtejn u nofs xogħol qabel jispiċċa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u siegħa xogħol nhar ta` Sibt ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minn xi nofs siegħa qabel, jiġifieri madwar il-11.30a.m., in-nies fil-kju kienu qed jiġu avżati mis-security staff ta' l-Isptar li kienu se jinqdew biss sa nofs in-nhar. Din is-sitwazzjoni ġrat biss għal għal ftit jiem għax id-Dipartiment ħareġ ordni biex jerġa' jitwal il-ħin tal-ftuħ tal-ispiżerija hekk kif ġiet innutata il-problema.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiżerija - Quality Service Charter
Question
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 5783,tista` l-Ministru tgħid meta se tiġi introdota l-Quality Service Charter għall-ispiżerija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li għal issa l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex għad m'għandha l-ebda ħsieb li jiġi introdott il-Quality Service Charter għall-ispiżerija ta' l-isptar.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Spiżerija - ftehim bejn il-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u d-Direttur tal-Customers Services
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5288 qalet li kien intlaħaq ftehim bejn il-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u d-Direttur tal-Customers Services filwaqt li issa qed tikontradixxi lilha innfisha billi tgħid li ma hemmx ftehim bil-miktub “per se” ?
Tista` l-Ministru tagħti definizzjoni ta' ftehim?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ftehim li rreferiet għalih fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5288 huwa spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5788. Dan kien parti bil-miktub u parti verbali kif spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5788.
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, tista` l-Ministru tgħid jekk fejn se jibda jonqos l-istaff fid-Dipartiment tal-Customers Services hux sa jibdew jonqsu l-ħinijiet bħalma ġara fil-każ tal-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta` Għawdex?
X`se tagħmel il-Ministru fejn hemm
staff
iktar milli hemm bżonn,se jiżdiedu l-ħinijiet tal-ħaddiema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qatt ma tnaqqsu l-ħinijiet tax-xogħol ta' xi kategorija ta' ħaddiema.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-email li bagħtet l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin fit-12 ta' Ottubru 2008 ?
Tista' l-Ministru titlob statement mingħand l-uffiċjal/uffiċjali fil-Ministeru tagħha li ħadu sehem f`dawn it-trattivi li saru mal-Unjoni Ħaddiema Magħqudin u tpoġġihom fuq il-Medja tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma nħossx li għandi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' korrispondenza li għaddiet bejn dipartimenti tal-gvern u xi unjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5788, l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin ġiet infurmata li l-pubbliku li kien qed ikun jistenna fil-kju għal siegħat twal fl-ispiżerija tal-gvern, kien qed jintbagħat d-dar u li kien ikollu jerġa' jmur darba oħra, u forsi anki iktar minn darba waħda jerġa' jistenna biex forsi jinqeda. Tista' l-Ministru tara li din il-kwestjoni tiġi solvuta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-ispiżerija ġewwa l-isptar t'Għawdex ġew mtawla mill-bidu ta' din is-sena. Ma jidhirx li baqa' xi problemi u kull min qed ikun fil-kju qed jinqeda.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjoni għal żvilupp
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija f'seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009, fejn irriżulta li fit-22 ta' Settembru, 2008 ġie nvokat is-subartiklu 36(6) fir-rigward tal-applikazzjoni PA 2734/08 u li, minflok ma' l-awtorità ħarġet il-permezz minnufih, kif jimponi paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, din poġġiet l-applikazzjoni fuq l-agenda tat-30 ta' Settembru 2008 tal-Kummissjoni kompetenti wara li kien diġà skada t-terminu taż-żmien impost mil-liġi biex l-awtorità tkun tista' tagħmel dan, kif jidher ċar mill-istess risposta u mid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega dan l-aġir tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'deċiżjoni ħadet dwar din l-applikazzjoni l-Kummissjoni kompetenti fis-seduta tagħha tat-30 ta' Settembru 2008?