Tista’ l-Ministru tgħid meta jiskadi l-kuntratt tas-Segretarju Permanenti attwali? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi mġedded? Jekk fin-negattiv, min ser jinħatar minfloku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, is-Sur Francis Borg, kellu l-kuntratt imġedded fis-26 ta’ Lulju 2008.
Minn-nhar is-27 ta’ Frar 2009, is–Sur Francis Borg sar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, filwaqt li Dr.Christopher Bezzina nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-investigazzjoni tal-Pulizija fil-każ ta’ġlied wara l-logħba Sliema u Qormi ta’ Diċembru li għadda qed tieħu tant fit-tul? Il-Pulizija talbet biex tara xi filmati li dehru fuq xi stazzjon tat-televiżjoni biex tara tidentifikax lil xi persuni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5238, kont għidt illi li l-Pulizija kienet qed tinvestiga l-inċidenti imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Issa, ninsab infurmat illi b’riżultat ta’ din l-investigazzjoni nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra l-persuna b’konnessjoni ma' dawn l-istess inċidenti.
Tikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar kien hemm xi direttur li rriżenja jew inkella qal li se jagħmel dan minħabba raġunijiet diversi? Jekk fl-affermattiv, min huwa dan id-direttur u x’inhuma r-raġunijiet mogħtija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’għandi l-ebda informazzjoni li kien hemm Direttur li rriżenja jew li kien hemm Direttur li għandu l-intenzjoni li jirriżenja mill-kariga tiegħu minħabba xi raġuni jew oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'terms of reference ngħataw min-naħa tal-Gvern lill-Perit Renzo Piano dwar il-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta u t-Teatru Rjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-fondi ta' l-Urban Improvement Fund, EIPP u CPPS?
Fil-fondi tal-UIF, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-bilanċ ta' proġetti li ġew approvati u se jingħataw il-fondi inklużi dawk li diġa' ngħataw il-fondi?
Fl-EIPP jista' l-Prim Ministru jgħid min ibbenefika jew se jibbenefika minn dan il-fond? X'kienu l-ammonti?
Mis-CPPS hemm xi entita' li bbenefikat minn dan il-fond? Jekk iva, liema entita' kienet u kemm kien l-ammont?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex aktar fondi u min ibbenefika minnhom s'issa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiswa l-proġett ta' underground car park fi Pjazza San Gorġ, il-Belt Valletta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-eventwalità li jsir il-proġett ta’ underground car park u t-tisbiħ tal-Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, huwa stmat li jiġi jiswa madwar 2.2 miljun ewro.
Sadanittant, wara li l-ġimgħa l-oħra nstabu xi
tunnels
, il-pożizzjoni qed tiġi ri-eżaminata flimkien mal-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta se jsir il-proġett tal-footway bridge jew underpass fi Triq is-Sebħ, Hal Qormi minħabba l-periklu li diversi residenti qed jgħaddu minnu kontinwament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol ta' rikostruzzjoni ta' Triq il-Marsa, fil-Marsa minħabba l-istat urġenti tagħha u kemm hija stmata l-ispiża għal din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5313 u jgħid jekk jistax ħanut jopera mingħajr trade licence oriġinali?
Jista' ħanut li ma jkollux trade licenece oriġinali jopera jew saħansitra tinħareġ il-liċenzja to operate mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Skond challenge li ġie ppreżentat il-qorti datat 05/10/06, li d-dettalji qed jinbagħtu separatament, irriżulta mid-dokumenti li tpoġġew, li l-ħanut msemmi m'għandu l-ebda dokument/permessi oriġinali sabiex ikun jista' jopera kif espress mill-liġi sabiex wieħed ikun jista jopera. Jista' jgħid kif dan il-ħanut għadu jopera sal-lum mingħajr il-permessi oriġinali, u allura f'dan l-isfond x'passi jmiss li jittieħdu fuq dan l-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fir-rigward taċ-challenge imsemmi, fl-20 ta' Frar tal-2007 il-Qorti kienet iddegretat hekk: "Tordna lill-Kummissarju tal-Pulizija li jinvestiga l-ilment tar-rikorrenti u jikkomunika l-eżitu ta' tali investigazzjoni lir-rikorrenti". Infurmat ukoll illi l-Pulizija kienet aderrixiet ma' din l-ordni billi kienet investigat u anke ikkomunikat l-eżitu tal-investigazzjoni tagħha lill-avukat li dak iż-żmien kien jirrappreżenta lir-rikorrent. Għar-rigward il-partijiet l-oħra tad-domanda, peress illi l-liċenzji għan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5998 u jgħid min huwa responsabbli fid-Dipartiment tas-Saħħa fuq ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy? Jeżisti xi ftehim ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa ta' Malta u ta' xi stat ieħor tal-Unjoni Ewropea dwar ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li Crayo Surgery/Therapy ma teżistix. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal Cryo Surgery/Therapy, ninfurmah li dan it-tip ta’ trattament diġa jintuża fl-oqsma tad-Dermatoloġija u tal-Oftalmoloġija. Ma jirriżultax li qegħda ssir xi ricerka jew li hemm xi involviment / ftehim ma’ pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar din-terapija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5997 u jinformani jekk huwiex fil-pjan tal-Gvern li jdaħħal is-servizz ta' Crayo Surgery/Therapy fl-Isptar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, meta hu ppjanat li jidħol dan is-servizz? Kemm huma l-istudenti tobba, professuri eċċ. li fil-mument qed jistudjaw jew jagħmlu riċerka prattika ta' dan il-Crayo Surgery/Therapy?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6210.
Jista' l-Ministru jara li barra ċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn jarmaw tal-fjuri jsiru xi tip ta' gabbani għalihom għax dawn in-nies li jagħtu servizz lil kull min iżur iċ-ċimiterju qedgħin ibatu mill-elementi għax m'għandhomx faċilità sew fejn jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-area fejn jarmaw tal-fjuri barra ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata hija art pubblika u b'hekk taqa' taħt responsabilita' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet u mhux taħt ir-responabilita' tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Informat ukoll li tali bejjiegħa mhumiex ikkontrollati b'ebda liċenzja mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Commuted Parking Payment Scheme
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Liema huma dawk il-lokalitajiet li għalihom l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tapplika il-
Commuted Parking Payment Scheme
(CPPS)?
b) Kemm inġabru flus mill-Awtorità taħt din l-iskema minn meta bdiet titħaddem?
ċ) Kif dawn il-fondi miġbura b'din l-iskema, ġew użati mill-Awtorità?
Qasam tat-Tekonoloġija tal-informatika u komunikazzjoni
Question
Peress li sa ftit snin ilu, l-ambizzjoni tagħna fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni kienet li nkunu fost l-aħjar fil-Mediterran u peress li dan l-għan intlaħaq, jista' l-Ministru jgħid xi sfidi rridu nirbħu biex inkomplu nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.