Legislature:
Category:
Reset
Active:

Antenni ta' telekomuniazzjoni — istallar

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm hemm istallati antenni ta' telekomunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament u jindika fejn qegħdin u jekk huwa possbli jingħata l-indirizz ta' fejn jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Helicopter f'Għawdex

Question

Peress li f'dan l-aħħar ġranet ġie osservat helicopter li niżel fil-heliport ta' Għawdex, jista` l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u min kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-titjira saret minn kumpanija privata biex iġġib minn Għawdex għall-ajruport ta' Malta disa' ġurnalisti ta' gażżetti ngliżi .
Leg 11 PQ #6585 Sitting 87 2009-03-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali f'Għawdex — skart akkumulat

Question

Peress li qed isiru ħafna ilmenti minħabba skart li qed jakkumula fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għaliex tnassqu l-iskips u dan qed joħloq inkonvenjenti ta' rwejjaħ u mikrobi li ċertament mhumiex aċċettabli imkien tanto meno fi sptar, tista' l-Ministru tara li dan jiġi indirizzat minnufih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex l-iskart ta' l-Isptar jiġi mmaniġjat bl-aħjar mod.

Timber carriers

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kwistjoni tal-Vapuri Russi hija kwistjoni li l-Gvern Nazzjonalista WIRET mingħand il-Gvern Laburista ta’ qabel l-1987. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt għal dan ix-xogħol kien ingħata taħt il-Gvern Laburista ta’ qabel l-1987, li messu kien jaf x’kapaċita kellha l-Malta Drydocks dak iż-żmien biex tonorha f’tali kuntratt! Dokumenti illi rnexxielna nsibu minn sorsi oħra oltre dawk li suppost kellhom fil-METCO, (għaliex dawn bejn l-1996 u l-1998 misterjożament ma nstabux jew intilfu mal-waqa tal-Gvern Laburista bħalma ġara wkoll lil dokumenti tal- Malta Drydocks u tal- Malta Shipbuilding ) hemm dokumentat illi l-figuri proposti mill-Gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-1996, u cioe US$32M, lanqas biss kellhom it-tama illi jinġabru! Dan qed nissostanzjah b’dokument illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fejn f’ meeting li sar fl-uffiċju tal-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iż-żmien, l-Onorevoli Leo Brincat, kien diġa ntwera d-dubju li dawn il-flejjes għad qatt jinġabru (kemm il- loan repayments fuq il-vapuri kif ukoll dawk tal- Countertrade ). Dan kollu kien kurrenti tiegħu l-ex-Prim Ministru Alfred Sant. Ir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, u cioe’ dik imwieġba minn Ministru ieħor, ingħatat fl-2004. Sa dak iż-żmien, b’mod matematikament reali, l-figuri mogħtija kienu figuri li l- Malta Drydocks kienet qed titlob. Dawn l-ammonti ma kinux qed jieħdu inkonsiderazzjoni l-bejgħ tas-sitt vapuri illi sar mill-amministrazzjoni Laburista fl-1997, liema ammont xorta f’termini reali kien għadu dovut. Minn dakinhar sa Frar 2007, saru diversi tentattivi u negozjati twal (kif diġa ġie spjegat lilu fir-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1299) sabiex il-Gvern Malti jirkupra xi flejjes. Sabiex jintlaħaq xi ftehim, il-kumpanija Russa talbet illi jitnaqqsu mis-somma dovuta l-ammont ta’ US$34.725M (liema ammont jirriżulta li kien dħul nett mill-bejgħ ta’ sitta mill-vapuri lil kumpaniji terzi). Fuq il-bilanċ, f’dan l-istadju, saru aktar negozjati bejn iż-żewġ partijiet, kif ukoll id- Deutsche Bank għal- factoring tal-ammont dovut. Kif ġa spjegajt, id-Deutsche Bank għadda lil Gvern Malti s-somma ta’ US$9M bħala full and final settlement . Is-somma ta’ interessi msemmija kienet ġiet innegozjata ma’ flus mitluba mill-kumpanija Russa f’penali ta’ late deliveries ta’ żewġ vapuri, kif ukoll non-deliveries tas-sitt vapuri l-oħra. Il-Protokolli msemmija mill-Onorevoli Interpellant huma ftehim ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi u mhux xi għotja ta’ flus. Mill-Protokoll iffirmat fl-1992, li huwa kontinwazzjoni u binja fuq dawk ta’ qablu, jirriżulta illi l-kummerċ miftiehem li kellu jsir u li kien qed isir bejn Malta u l-Unjoni Sovjetika, ġie fi stadju illi max-xoljiment ta’ l-istess Unjoni Sovjetika, kien hemm xogħol maħdum jew meqjus li qed jinħadem mill-kumpaniji Maltin illi spiċċa fil-Port Ħieles u f’Port fi Vienna (xogħol li kien telaq minn Malta fl-era ta’ l-Unjoni Sovjetika, u wasal fir-Russja wara li xoljiet l-Unjoni). Għaldaqstant dan irriżulta f’bilanċ li Malta kellha tieħu fuq il-merkanzija kif ukoll fi ħlasijiet li kellhom isiru lill-port fi Vienna. Saru negozjati twal bejn il-Ministeri Maltin u dawk Russi (li kienu marbuta wkoll ma dawk tal-Vapuri Russi). Peress li l-Gvern Russu qatt ma ried jirrikonoxxi dawn id-djun, ġie deċiż li d- Deutsche Bank jassisti lill-Gvern Malti, billi daħal ukoll għad-dejn tal-Kumpanija Russa. Riżultat ta’ dan, Malta rkuprat mid- Deutsche Bank is-somma ta’ US$6M oħra. Ninsab infurmat li sal-lum, id- Deutsche Bank għadu lanqas ġabar sold mingħand il-Gvern Russu, la fuq il-vapuri u lanqas fuq il-Protokoll mar-Russja.

Kumpanniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati f'Malta u Għawdex separatament li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti għall-bolla tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra f'somma ta' flus involuta? Fil-fatt kemm huwa n-numru globali ta' ħaddiema involuti abbażi ta' din iċ-ċifra rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti għall-bolla tal-NI f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 1,894 u 57 rispettivament. Iċ-ċifra ta’ flus involuti hija ta’ €13,457,759 f’Malta u €259,728 f’Għawdex. In-numru ta’ impjegati mhux relevanti peress li meta jiġu mogħtija l-FS3 fl-aħħar ta’ kull sena, l-ammonti li jkunu nqatgħu mis-salarju jiġu kkreditati lil kull ħaddiem min- naħa tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Kumpanniji privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3977 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati f'Malta u Għawdex separatament li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti għall-bolla tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra f'somma ta' flus involuta? Fil-fatt kemm huwa n-numru globali ta' ħaddiema involuti abbażi ta' din iċ-ċifra rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3977.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — koperazzjoni mall-industrija tat-turiżmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'koperazzjoni u appoġġ qed isib l-Istitut għall-Istudji Turistiċi mill-industrija tat-turiżmu u vjaġġar f'pajjiżna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-industrija tat-turiżmu u vjaġġar tipprovdi l-opportunita’ għall-istudenti kollha ta’ l-Institute for Tourism Studies (ITS) li jagħmlu 14-il ġimgħa taħriġ imsejjaħ Local Industrial Trade Practice fl-industrija lokali fi tmiem l-ewwel sena tal-kors ta’ l-istudji tagħhom biex dak li jkunu jistgħu jwettquh fil-prattika. Barra minn hekk l-ITS u l-Industrija tat-turiżmu u vjaġġar jaħdmu wkoll fil-qrib billi studenti li jkunu qed jitħarrġu fil-front of house u back of house jagħmlu l-prattika tagħhom matul is-sena akkademika dil-lukandi. L-istudenti tal-Management jagħmlu semestru sħiħ matul l-aħħar sena ta’ shadowing ta’ managers fl-industrija. Minn żmien għal żmien uħud mill-managers fl-industrija jkunu mistiedna jagħtu lectures fl-ITS. Isiru wkoll laqgħat minn żmien għal żmien ma’ uffiċjali tal-Malta Hotels and Restaurants Assocition.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — programm edukattiv vokazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid hemmx ħsieb li jerġa' jiġi organizzat programm edukattiv vokazzjonali mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi fuq il-linji ESF80 li kien suċċess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) flimkien ma’ l-Eden Foundation ippreżenta proposta ta’ proġett li jixbaħ l-ESF 80 li jaħseb biex jingħata taħriġ bażiku lil persuni bi bżonnijiet speċjali fi snajja relatati ma’ l-industrija ta’ l-ospitalita’. Dan il-proġett għadu qed ikun evalwat.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — proġett bi sħab edukattivi mal-fondazzjoni Eden u Razzet tal-Ħbieberija

Question

Tista' l-Ministru tgħid hemmx xi proġetti bi sħab, edukattivi, bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Fondazzjoni Eden u r-Razzett tal-Ħbieberija għall-persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Institute for Tourism Studies (ITS) għadu kemm mexxa proġett ESF 80-Provision of basic training in Hospitality Trades to disadvantaged persons and persons with learning difficulties li permezz tiegħu ingħata taħriġ fid-diversi snajja konnessi ma’ l-industrija ta’ l-ospitalita’ lill-34 persuna fi tlett gruppi. Barra minn dan l-ITS ippreżenta proposta ta’ proġett simili flimkien ma’ Eden Foundation li għadu mhux aġġudikat.
Leg 11 PQ #4598 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Istitut għall-Istudji Turistiċi — studenti f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-korsijiet tal-Istitut għal-Istudji Turistiċi f'Għawdex? X'korsijiet qed isiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din is-sena skolastika in-numru ta' studenti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex hu ta' tletin (30). Sittax (16) il-student fl-ewwel sena u erbgħatax (14) il-student fit-tieni sena. Dawn l-istudenti huma tal-iskema ESTS (Extended Skill Training Scheme)
Leg 11 PQ #4599 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Għawdex - ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? X'kariga jokkupaw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawded hemm disa' impjegati. Dawn huma kif ġej: 1 A/Head of School 1 Full Time Lecturer 2 Part Time Lecturers 2 Administration Staff 3 General Hands.

Għawdex — Istitut għall-Istudji Turisitiċi - relazzjoni mal-industrija turistika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'relazzjonijiet jeżistu bejn l-industrija turistika u tal-ivvjaġġar f'Għawdex u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3541.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3541.

Kummissjoni tat-Tfal — diffikultajiet elenkati fir-rapport

Question

Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissarju tat-Tfal, speċjalment fir-rigward tal-problemi u d-diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal qed iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil dan l-uffiċċju fil-ħidma tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Il-ħtiġijiet ta' riżorsi ta' kull entita' fil-Gvern ikunu analizzati regolarment u jinqdew skond prioritajiet dettati minn limitazzjonijiet ta' riżorsi umani u budgetarji.

Malta Enterprise — Ftehim mal-inkwilini tal-fabbriki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ftehim għandha l-Malta Enterprise mal-inkwilini tal-fabbriki fl-industrial estates kollha? Jista’ jgħid kemm hemm kirjiet, ċnus u xi forom oħra ta’ ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise ma tallokax fabbriki fl-Oqsma Industrjali. Din il-funzjoni hi eżerċitata mill-Malta Industrial Parks Limited. Hemm diversi tipi ta’ ftehim, l-iktar komuni huma kirjiet, ċnus u konċessjonijiet enfitewtiċi. Sal-lum hemm: Kuntratti ta’ Kera: 98 Konċessjonijiet Enfitewtiċi: 200 Permessi ( Encroachment ): 29 Hemm 348 letter of intent jew ittra ta’ allokazzjoni li għad iridu jimmaterjalizzaw f'kuntratti ta’ kera jew ċens. Hemm ukoll żewġ kuntratti li jagħtu l-possibilita li jsir ftehim ta’ kera.

Siringi li jitqassmu lid-drug addicts

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kif staqsa il-ġurnalist tal-Orizzont, x'qed jiġri mis-siringi li jitqassmu lid-drug addicts? Jekk dawn iridux jippreżentaw is-siringi użati sabiex jingħataw oħra ġdida jew jekk humiex jingħataw ordnijiet biex jeħduhom u jiddisponu minnhom f'xi post partikolari wara li jużawhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li d-Dipartiment tas-Saħħa Primarja, flimkien mas-Sedqa, kienu għamlu sistema ta' ġbir ta' sistema wżati mid-drug addicts fejn kull min jiġi biex jiġbor siringa miċ-ċentru tas-saħħa, jingħata kontenitur apposta biex jiddisponi s-siringi fih. Meta l-kontenitur jintela, dan kellu jiġi mitfuħ ġewwa kontenitur ieħor kbir barra iċ-ċentru tas-saħħa. Madankollu ma kien hemm ebda koperazzjoni mid-drug addicts u s-sistema ma kinitx effettiva.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 5340, 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3541.

Twaqqiegħ ta' bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi ta' twaqqiegħ ta' bini fuq art tal-gvern fid-diversi nħawi ta' Malta? Fejn saru dawn l-interventi? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn u kemm kien hemm okkazjonijiet fejn minkejja l-fatt li kien hemm permessi għall-bini min-naħa tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xorta waħda twaqqa' dan il-bini?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-interventi għat-twaqqiegħ ta’ bini fuq art tal-Gvern f’diversi nħawi f’Malta u Għawdex, f’dawn l-aħħar snin, kienu dawn li ġejjin: Sena Deskrizzjoni u Lokalita’ 2009 Magic Kiosk, Sliema Il-Cibo Restaurant, Qui Si Sana (demoliti mis-sid) Diversi strutturi illegali f’Selmun (dan l-intervent sar flimkien mal-MEPA) Ħajt ta’ Għalqa fis-Siġġiewi 2008 Diversi strutturi (iktar minn għoxrin) f’ caravan site Baħar Iċ-Ċagħaq Binja f’Bengħajsa Ftuħ ta’ sqaq f’Għajnsielem Strutturi f’Wied il-Qlejja, Mosta Ftuħ ta’ Sqaq f’San Pawl tat-Tarġa, Naxxar Struttura fi Jews Sally Port, Valletta 2007 Erba’ strutturi wara iċ-Ċentru Islamiku, Raħal Ġdid Ħamsin struttura fil-Kalkara (proġett ta’ Smart City) Għoxrin Struttura f’Bengħajsa (proġett ta’ l-Enemalta) 2006 Tmintax-il struttura u ammont sostanzjali ta’ mansab fil-Kalkara (proġett ta’ Smart City) Tlett huts u kamra f’Crown Work ditch, Floriana Dar fi Triq il-Fatati, Ħamrun Kamra wara l- Carnival huts fil-Floriana Fil-każi kollha msemmija, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet waqqa’ l-bini wara li għamel żgumbrament skond il-Kapitlu 228 (Att dwar Żgumbrament minn Artijiet). Għaldaqstant id-Dipartiment ta’ l-Artijiet ma jidħolx fil-kwistjoni jekk il-bini sarx bil-permess ta’ l-Awtorita’ Maltija tal-Ippjanar u Ambjent jew le. Huwa utli li jiġi mtenni li anki fejn il-MEPA toħroġ permess dan il-permess dejjem joħroġ mingħajr priġudizzju għad-drittijiet ta’ terzi. Dan ifisser li d-drittijiet ta’ sid l-art qatt ma jistgħu jiġu ppriġudikati għax ikun inħareġ permess. Dan jgħodd ukoll għal meta s-sid ta’ l-art ikun il-Gvern.

Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme — Kumpanniji - trasferiment minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme tapplikax għal kumpanniji li jittrasferixxu l-operat tagħhom minn Malta għal Għawdex? Jista’ jgħid kemm kumpanniji bbenefikaw minn din l-iskema mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’jagħti l-valur tal-benefiċċju li rċevew, in-numru ta’ ħaddiema li dwarhom ingħata l-benfiċċju u kemm minn dawn il-ħaddiema kienu impjegati ġodda? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u skond in-natura tan-negozju tal-kumpanniji, eż. manifattura, ICT, call centres, farmaċewtika, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-‘Gozo Regeneration – Investment Scheme’ kienet immirata għas-settur tal-manifattura li joħolqu mpjiegi ġodda. Matul is-sena 2008 ġiet introdotta skema oħra amministrata bejn l-ETC u l-Malta Enterprise, il-‘Gozo Employment Aid Scheme’, illi effettivament ħadet post il-‘Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme’ għaliex it-tieni skema tingħata anki fuq impjegat wieħed u tista tingħata lis-setturi kollha. Għad-dettalji dwar il-‘Gozo Employment Aid Scheme’ nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 5789. Taħt il-‘Gozo Regeneration – Investment Aid Scheme’, fil-perjodu imsemmi laħqet ibbenefikat kumpanija waħda fil-manifattura. L-ammont tal-benefiċċju approvat kien ta’ €108,292, u kien jirrigwarda 14-il impjegat ġdid.