Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35506 u jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35506.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35499 u jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartment tal Kummerċ ma jilliċenzjax ticket booths.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistpqsija parlamentari 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, dwar il-każ tal-mewt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi ma saret ebda inkjesta interna mill-Assistent Kummissarju Michael Cassar, la waħdu u lanqas mgħejun mill-espert tal-Qorti Dr Cutajar.
Peress li l-inkjesta ndikata mill-Onorevoli Interpellant tinsab rinvjata quddiem il-Maġistrat inkwirenti għal indaġini ulterjuri wara li kienu saru diversi allegazzjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq l-eżitu ta’ l-inkjesta, f’dan l-istadju, huwa impossibbli li ssir kopja tad-dokumenti mitluba qabel peress illi l-atti ta’ l-inkjesta m’humiex qegħdin fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali.
L-Onorevoli Interpellant huwa wkoll imfakkar għal kull
buon fini
illi l-atti ta’ din l-inkjesta kienu magħmula aċċessibbli għall-familjari u anke għall-ġurnalisti meta ingħalqet l-ewwel darba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għal construction site management regulations imposta mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices fuq siti li ma kenux konformi ma' dawn ir-regolamenti matul is-snin 2010, 2011 u 2012 sal-lum kull sena separatament? Kemm minn dawn l-enforcement notices inħarġu għax siti ta' kostruzzjoni ma kenux magħluqa bl-iscaffolding u ma pprovdux safe passage għal terzi?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — deċiżjonijiet appellati quddiem il-bord tal-Appelli dwar ir-Riżorsi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il deċiżjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ġiet appellata quddiem il-Bord tal-Appelli dwar ir-Riżorsi minn April 2008 sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-appelli ġew deċiżi u kemm għad hemm pendenti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord għall-perjodu msemmi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35408, peress li l-Ministru qed jassigura li mhemmx records separati, jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari iżda għall-perjodu bejn 1991 sa 2005 separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat minn Transport Malta li dħul u spejjeż ta' l-ex MMA berths f'Tigne' kienu jiġu nklużi ma' dawk tal-Imsida u Ta' Xbiex Marinas mill-bidu u għalhekk lanqas hemm records separati għall-perjodu bejn l-1991 u l-2005.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diversi awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu rċevewx xi ilment jew ilmenti dwar ammont ta' nemus li qed ikun hemm ġewwa Bormla? Jekk fl-affermattiv, saru xi investigazzjonijiet dwar għaliex hemm dan in-nemus kollu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali mill-bidu tax-xahar ta’ Ġunju ta’ din is-sena rċieva erba` ilmenti dwar ammont ta’ nemus minn residenti li joqgħodu fil-viċinanzi tal-Baċir Nru. 1. Mill-ispezzjoni li saret minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali dan l-ilment ġie kkonfermat u mill-investigazzjoni li saret instabet ħofra kbira bl-ilma fl-istess baċir li tista` tkun wieħed mis-sorsi għal din l-infestazzjoni tan-nemus u nsetti oħra. Għaldaqstant sar immedjatament kuntatt ma’ uffiċċjali fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonijiet fejn ġew infurmati bil-problema u minn hemm sar kuntatt mall-Project Leader tal-Grand Harbour Regeneration Corporation plc, liema korporazzjoni hija responsabbli għall-proġett ta’ żvilupp tal-Baċir Nru. 1.
Fil-5 ta’ Ġunju, 2012 bdiet tittieħed azzjoni sabiex jitbattal l-ilma qiegħed, u sabiex tiġi ndirizzata l-problema tan-nemus u insetti oħra. Sadanittant instab li qed inixxi ilma minn taħt it-triq għal ġol-Baċir, liema problema qed tiġi nvestigata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Saret spezzjoni oħra fuq il-post minn uffiċjali ta’ dan id-Direttorat fl-14 ta’ Ġunju 2012 fejn il-problema tan-nemus u nsetti oħra ġiet innotata li naqset ħafna permezz tal-ippumpjar frekwenti ta’ ilma baħar frisk u riċirkolazzjoni tal-ilma biex ma jiġix qiegħed u ghalhekk jkun lok ta’ fejn ibejtu aktar insetti. Fi żmien qasir parti kbira mill-ħofra se tiġi mirduma iżda parti oħra se tibqa għaliex hija parti mill-proġett bħala ‘
water feature’
, iżda l-ilma se jibqa jiġi ċċirkolat. Is-sitwazzjoni se tibqa tiġi mmonitorjata kontinwament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun l-prezz tal-kirjiet għal dawk il-familji li qed ifittxu akkomodazzjoni alternattiva li se titlob l-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali jibqgħu jħallsu kera b’sussidju sa massimu ta’ 85% fuq il-kera kummerċjali.
Jista' l-Pim Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kien hemm rapporti dwar trabi tat-twelid misjuba abbandunati f'Malta u f'Għawdex, jum b'jum tul is-sena 2009 u f'kull każ fejn instabu? Kif jiġu reġistrati trabi tat-twelid misjuba abbandunati? Min jirreġistrahom? Meta titwieled tarbija l-Isptar Mater Dei x'inhuma l-obbligi biex jiġi reġistrat it-twelid tagħha? Min hu obbligat jirreġistraha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi ma saru ebda rapporti lill-Pulizija dwar trabi tat-twelid misjuba abbandunati f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2009.
Infurmat ukoll illi reġistrazzjoni ta’ trabi tat-twelid misjuba abbandunati ssir fir-Reġistru Pubbliku skont l-Artikli 287 u 288 tal-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta. Għalhekk, meta tinsab tarbija, l-uffiċjal inkarigat mill-kitba tal-atti ta’ twelid, għandu, bil-għajnuna tat-tabib/tobba Distrettwali tal-Gvern, jagħmel att ta’ repert.
F’dan l-att tat-twelid jew ta’ repert għandu jdaħħal l-età (fid-deher) u s-sess tat-tarbija, l-isem mogħti lilha mill-uffiċjal, il-lok fejn it-tarbija nstabet, il-persuna li f’idejha tingħata jew l-istitut li fih tiġi mqiegħda, jekk it-tarbija għandhiex xi marka li tidher, ix-xorta ta’ lbies u kull ħaġa oħra li tkun instabet fuq il-persuna tat-tarbija. Dan l-att għandu jiġi wkoll ippreżentat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għar-reġistrazzjoni, bħal fil-każ ta’ att ta’ twelid.
Skont l-Artiklu 272 tal-Kodiċi Ċivili, meta titwieled tarbija fl-Isptar Mater Dei, hu dmir tal-missier u tal-omm, u fin-nuqqas tat-tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla, jew persuna oħra li tkun tat l-għajnuna tagħha fil-ħlas, jew li f’darha jkun sar il-ħlas, li tagħti, fi żmien ħamest ijiem mit-twelid, avviż tiegħu lill-uffiċjal li għandu d-dmir li jikteb l-att ta’ twelid. Dan l-att għandu jiġi ppreżentat għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku.
Il-partikolaritajiet li jkun fih l-att tat-twelid meta titwieled tarbija l-Isptar Mater Dei huma d-data tal-att stess; il-ħin, il-jum, ix-xahar, is-sena u l-lok tat-twelid; is-sess tat-tarbija; l-isem mogħti lit-tarbija. Iridu jitniżżlu wkoll l-isem, il-kunjom, numru ta’ dokument tal-identità, l-età, il-lok fejn twieldu u fejn joqogħdu missier it-tarbija, ommha, u l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni. Informazzjoni dwar l-status ta’ omm it-tarbija titniżżel skont il-provvedimenti tal-Artiklu 278.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-part time cleaners mal-gvern ma ħadux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-salarji mħallsa lill-uffiċjali pubbliċi fis-sena 2012 huma hekk kif indikati fl-Iskeda ta’ Gradi (Appendiċi I) fl-Estimi Finanzjarji ta’ l-istess sena, liema salarji jinkludu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — BOV LA Vallette Multi Manager Property Fund
Question
B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jista’ l-Ministru javza lill-Kamra għaliex l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta:
a) wara li diġa fit-23 ta’ Awwissu 2011 kienet stqarret f’Media Release tagħhom li “
it has arrived at its conclusions on this matter
”;
b) wara li fit-3 ta’ Novembru 2011 f’Media Release oħra, l-istess Awtorità stqarret li “
the investigations on misselling of the Fund to inexperienced investors it also at an advanced stage and the MFSA shall be communication its final position on this matter to Bank of Valletta by the end of the year
”
bla spjegazzjoni u bl-ebda sens ta’ kontabilità bħala awtorità pubblika, għadha tkarkar saqajha u ttawal biex wara dawn ix-xhur kollha r-Rapport għadu ma ħariġtx waqt li l-investituri mġarrba jkomplu jbatu emozzjonalment u materjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — Investment protection lill-min kellu La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li statutorjament l-Awtorità twaqqfet bl-iskop, espressament msemmi taħt Artiklu 4 – Funzjonijiet tal-Awtorità - li tipprovdi investment protection liċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż u li tissodifa l-aspettativi leġittimi ta’ konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji, iżda minflok qiegħda taqdi dan id-dmir, qiegħda minflok, għaliex trid jew inkella għaliex toqgħod għall-pressjonijiet esterni, sservi ta’ tarka minn deċiżjonijiet oħra kontra l-istess Bank of Valletta u l-kapijiet protetti tiegħu wara li dawn diġà instabu mill-istess MFSA ħatja ta’ nuqqasijiet l-aktar serji f’Ġunju 2011 u Jannar 2012 dwar it-tmexxija tal-La Valette Multi Manager Property Fund u bejgħ ta’ prodotti preferred perpetual bħal ta’ Lehman u oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 35458, jista' l-Minsitru jagħti l-informazzjoni mitluba għat-terminus tal-Qawra/Bugibba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernati fi ħdan dan il-Ministeru ma kienx avviċinat rigward il-ħruġ ta’ permessi għal qtugħ ta' siġar mit-terminus tal-karozzi tal-linja tal-Qawra/Bugibba jew minn art li tmiss mal-istess terminus.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-persuni li għandhom liċenzja biex isuqu l-karozzini hux qed jingħataw xi forma ta' taħriġ għal dawk li jikkonċernaw il-monumenti storiċi li hawn fil-bliet tagħna, b'mod partikulari fil-Belt Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuċċiera tal-karozzini ma' jingħatawx taħriġ speċifiku dwar il-monumenti storiċi li hawn fl-ibliet tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-każ ta' housing soċjali bir-riferenza li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ilu pendenti aktar minn ħmistax-il sena għadu sal-lum ma ġiex solvut, billi l-persuna involuta tingħata akkommodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar?