Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp — Konsultazzjonijiet
Question
B'referenza għall-applikazzjonijiet msemmija fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 u b'mod partikolari l-applikazzjoni PA 0560/06 li kienet ġiet aċċettata bħala valida mill-awtorità fit-30 ta' Marzu, 2006, jista' l-Prim Miistru jgħid meta l-awtorità għamlet l-ewwel konsultazzjoni meħtieġa ma' dipartimenti jew aġenziji governattiv, u sa meta kellhom isiru dawn il-konsultazzjonijiet ħalli l-perijodu meħud biex tingħata risposta minn dawn id-dipartimenti jew l-aġenziji ma jkunx meqjus bħala parti miż-żmien oriġinali jew estiż, skont is-subartikoli 36 (1) jew 36 (7), li fih l-awtorità kellha tieħu deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009 fejn jirriżulta li t-talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skont kif tipprovdi l-liġi, u b'mod partikolari b'riferenza għall-applikazzjoni PA 2734/08, li kienet sempliċiment talba biex jiġi mġedded t-terminu ta' permess għal iżvilupp b'referenza PA 1235/03 maħruġ mill-awtorità fl-2003, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega għaliex ma nħariġx l-permess relattiv għall-applikazzjoni PA 2734/08 skont il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) peress li din l-applikazzjoni ma kenitx barra miż-żona taż-żvilupp u kienet mibgħuta skont kif tipprovdi l-liġi, tant li ġiet approvata mill-awtorità fil-21 ta' Ottubru, 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6121 u 5824 u jgħid kemm kien in-numru:
a) ta' karozzi ġodda
b) ta' muturi ġodda
ċ) ta' trakkijiet u heavy plants ġodda oħra
reġistrati f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2008? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5824.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema art, skont il-media lokali, ġiet reġistrata bħala tal-Gvern fl-inħawi tal-Ġnejna, Fomm ir-Riħ u l-Imġarr? X'jista' jagħmel bniedem li jaħseb li għandu art li tinsab fl-inħawi hekk reġistrati? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li ġew reġistrati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-art li ġiet irreġistrata f’isem il-Gvern fl-inħawi tal-Ġnejna, Fomm ir-Riħ u l-Imġarr. Jekk xi individwu jaħseb li għandu art li tinsab fl-inħawi hekk reġistrati, għandu l-ewwel jikkonferma mar-Reġistru tal-Artijiet u jekk jirriżulta li l-art tiegħu ġiet irreġistrata f’isem il-Gvern, dan għandu jibgħat id-dokumentazzjoni kollha li jippruvaw li l-art in kwistjoni hija fil-fatt tiegħu, lid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjetà.
Bugibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar — toroq b'wiċċ ġdid
Question
Filwaqt li wieħed japprezza l-investiment li mistenni jsir fl-inħawi ta' Bugibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar biex dawn l-inħawi jingħataw dehra isbaħ, jista' l-Prim Ministru jaċċerta li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tingħaqad mal-kunsill lokali biex numru ta' toroq, inkluż dawk li żgur ma jistgħux isiru mill-fondi tal-kunsill lokali, fil-fatt jingħataw wiċċ ġdid sa qabel is-sajf li ġej?
Billi t-toroq ta' madwar Ta' Qali għandhom bżonn ta' manutenzjoni qawwija, u billi dawn jiffurmaw parti minn Ta' Qali li jaqa' taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu passi neċessarji biex dawn it-toroq jiġu msewwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT qed tagħmel xogħol ta' patcing bil- cold asphalt f'inħawi ta' Ta' Qali sabiex jitneħħa l-periklu.
Sadanittant qed jitħejjew stejjem sabiex ikun ikkunsidrat għandux isir xogħol ta' titjib fit-toroq ta' din iż-żona, liema titjieb ikun jista' jsir meta jiġu allokati l-fondi neċessarji.
Tista’ l-Ministru tgħid x’faċilitajiet ġodda mistennija jitwaqqfu fl-MCAST f’Għawdex matul din is-sena? Kemm hija stmata l-ispiża għat-twaqqif ta’ dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ ser iwaqqaf proġett ġdid fiċ-ċentru ta’ l-MCAST fix-Xewkija li jikkonsisti f’ Contact Centre Training b’għaxar Computer Stations li jistgħu jservu wkoll għall-Language Lab.
L-ispiża għat-twaqqif ta’ dawn il-faċilitajiet hija ta’ €119,417.00 (b’varjanza ta’ 3%) u tinkludi l-VAT.
Proġett ieħor huwa l-bini ta’
sub-station
b’valur tal-kuntratt ta’ €45,849.23 li jinkludi l-VAT.
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assistants and Monitoring Officers
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6170 dwar pożizzjonijiet ta’ administrative assistants u monitoring officers, jista’ l-Ministru jgħid jekk fost dawn il-pożizzjonijiet kienx hemm xi pożizzjoni/pożizzjonijiet minnhom għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, għal liema pożizzjoni kienet/kienu? Kienet/kienu indikata/i fis-sejħa għall-applikazzjoni? Jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-applikazzjoni ETC Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants u Monitoring Officers mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet sejħa esterna, li għaliha seta’ japplika kull min kellu l-kwalifiki rekwiżiti. Is-sejħa esterna saret wara li ma’ nstab ħadd fuq il-partijiet 1, 2 u 3 tar-reġistru.
Din is-sejħa kienet għal pożizzjoni b’kuntratt għal żmien definit.
Informat ukoll li ż-żmien definit huwa ta’ bejn Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5530 tista’ l-Ministru tagħti t-tagħrif li tlabtha u tgħid:
Meta kellu jitlesta l-proġett kollu ta’
training hotel
fil-Qala? Jekk tlesta, meta? Jekk ma tlestiex kollu, x’jonqos isir?
Xi spejjeż tħalllsu sal-lum,? Kemm hemm kontijiet approvati li għadhom ma tħallsux? Kemm hi l-istima ta’ dak kollu li jonqos isir?
Jekk humiex qed jiġu aċċettati
bookings
għall-irqad fiha mingħajr ħlas? Jekk fl-affermattiv, wieħed x’irid jagħmel biex jibbukkja?
Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f’din it-
training hotel?
X’inhu l-grad tagħhom u x’xogħol qed jagħmlu attwalment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5530, inżid ngħarfu li, l-proġett tat-training hotel, kif kien ippjanat, tlesta lejn l-aħħar tal-2008. Sal-aħħar tat-2008 l-ispejjez li tħallsu kienu jammaontaw għal €1,822,481.92 (vat inkluz). Kontijiet pendenti approvati m'hemm xejn. Peress li kien hemm xi tifdil fuq il-misura 4.1, il-Ministeru applika biex ikun jista' juza dawn il-fondi biex jagħmel xi xogħol addizzjonali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5527, tista’ l-Ministru tgħid:
issa ġewx assenjati xi
workshops
f’dan iċ-Ċentru? Jekk iva, ta’ liema snajja? Jekk le, x’qed iżomm milli jiġu assenjati?
meta ħarġet l-aħħar sejħa għal applikazzjoni għal dawn l-imħażen?
xi spejjeż tħalllsu sal-lum fuq dan il-proġett? Kemm hemm kontijiet approvati li għadhom ma tħallsux? Kemm hi l-istima ta’ dak kollu li jonqos isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġew assenjati imħażen biex isir xogħol ta' pyrography u artwork ieħor. Is-sejħa għal-applikazzjoni kienet ħarġet fis-26 ta' Mejju 2008. L-ispejjeż li tħallsu sal-lum jammontaw għal €870,694.66 (vat inkkluż). Kontijiet pendenti approvati m'hemm xejn.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 5528, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5692, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi? Jista’ jivverifika li t-tagħrif li tawh għat-tieni parti tal-mistoqsija huwa korrett peress li l-ammonti li tani jidher li huwa baxx wisq ħdejn in-numru ta’ anzjani li għandhom is-servizz id-dar? (ara mistoqsija parlamentari 5688)
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Lista ta' Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Ministeru tal-Affarjiet Barranin — lista ta' konsulenti
Question
Heading:
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Sub Heading:
lista ta konsulenti
PQ Text:
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitlluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport — lista ta' konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali ta' safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?
Peress li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Ministru għal Politika Soċjali naqsu li jwieġbu mistoqsija parlamentari 5935, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ser isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-child care centre jifforma parti mill-bini amministrattiva għaż-żona industrijali ta' Ħal-Far.
Dan il-bini ser jitlesta skond il-pjani oriġinali u l-użu tiegħu ser ikun l-istess, jiġifieri ser jinkludi ċ-
child care centre
.
Il-proġett ser jitħallas mill-MIP.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — proċess tal-għażla ta' siti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tal-għażla tas-siti li kien qed isir bejn l-Awtorità Marittima ta' Malta u l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Meta hu mistenni li jiġi konkluż dan l-istess rapport? X'inhuma l-pjani tal-Gvern għal dan is-settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għall-liema “proċess tal-għażla tas-siti” u għall-liema settur qed jirreferri.