Jista' l-Prim Ministru jgħid: -
i) X'inhi r-raguni li l-Gvern waqqaf l-insib għall-gamiema, pluviera, summiena u mlievez meta dawn huma permessi li jiġu kkaċċjati u meta l-Kumitat Ornis qabel li l-insib ta' dawn l-ispeċi ma jikser l-ebda regolament Ewropew u l-Gvern jista' japplika deroga biex dan isir?
ii) Skont il-ftehim mal-Unjoni Ewropeja, il-Gvern kellu jagħmel studju biex sal-aħħar tal-2008 jistabbillixi n-numru ta' għasafar tal-għana li jistgħu jiġu maqbuda mis-selvaġġ. Sar dan l-istudju? Jekk iva, ġie stabbilit kif u min jista' jaqbad dawn l-għasafar?
iii) Jista' jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir dwar il-migrazzjoni tal-gamiema u s-summiena? Kemm hemm nies /osservaturi li qed jieħdu sehem?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi li għadhom personalised number plates ? Veru hemm vetturi li għandhom number platesli inxtraw bl-irkant u x'kien id-dħul tal-Gvern minn dawn in-number plates?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li ssir iż-żebgħa fit-toroq fejn sar major patching f'dawn l-aħħar jiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir iż-żebgħa fit-toroq fejn sar major patching. Postijiet fejn il-kuntarttur irid jerġa' jaqla' xi xogħol li ġie ħazin, iż-żebgħa ġie pospost.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' proġetti infrastrutturali li l-finanzjament tagħhom ġie approvat mill-Unjoni Ewropea mill-baġit sas-sena 2013?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar proġetti magħżula tinsab fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt. Dan is-sit elettroniku jiġi aġġornat kull meta jsir għażla ta’ proġetti ġodda.
Kumpannija sussidjara tal-Freeport — Investiment fil-port ta' Brindisi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpannija sussidjara tal-Freeport investiet fil-port ta' Brindisi? Kemm kien l-ammont investit? Meta sar l-aħħar pagament fuq dan l-investiment? X'sar minn dawn l-investiment?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-istqarrija li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta' Novembru 2004.
Peress li l-potenzjal kulturali tal-Gżira Għawdxija qed joħloq niċċa oħra li tattira turiżmu intern u barrani partikolarment fix-xhur tal-Ħarifta, ix-Xitwa u r-Rebbiegħa, tista' l-Ministru tgħid kif il-Gvern qed jgħin biex ikompli jsaħħaħ dan il-potenzjal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bħalma diġa kelli l-okkazzjoni nelenka f’ iktar dettall f’ mistoqsijiet proċedenti mill-Onor. interpellant, il-Ministeru għal Għawdex permezz ta’ l-Uffiċċju u l-Kunsill tal-Kultura matul dawn l-aħħar snin ħadem fuq program ta’ attivitajiet kulturali li jservu minnhom innifishom bħala attrazzjoni għal turiżmu intern u barrani.
L-għan tat-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, f’ kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali Għawdxin u ma’ entitajiet volontarji oħra huwa li sa minn xhur qabel, Għawdex ikollu kalendarju annwali ta’ attivitajiet kulturali li jkun jista’ jintuża għal skopijiet ta’ promozzjoni turistika.
Kif semma l-Onor. Interpellant, l-emfasi tal-Ministeru għal Għawdex hija fuq it-tliet staġuni tas-sena indikati peress li s-sajf huwa diga kulturalment mimli b’ attivitajiet konnessi mal-festi fil-lokalijtajiet rispettivi tal-gżira.
Peress li d-domanda għal aktar żoni ta' rmiġġ għall-jottijiet f'Għawdex kulma tmur qegħdha dejjem tikber u li f'Għawdex il-yacht marina tal-Imġarr saret żgħira wisq biex taqdi dawn it-talbiet, tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li jiġu identifikati siti oħra li jistgħu jiġu żviluppati għal dan il-għan permezz ta' investiment mis-settur privat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' Marittima ta' Malta qegħda tħejji rapport biex tidentikika siti potenzjali għal yacht marinas permanenti u staġonali kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.
Peress li l-ftit bajjiet li għandna f'Għawdex għandhom jingħataw l-attenzjoni meħtieġa sabiex mhux biss ikunu attrazzjoni għat-turisti iżda anke għalina stess l-Għawdxin u l-Maltin li niffrekwentawhom, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'investiment se jsir biex ċerti bajjiet bħar-Ramla l-Ħamra, jiġu rranġanti u mmaniġjati biex jingħataw l-istatus ta' Blue Flag Beaches li allura jkunu ċertifikati ta' eċċellenza sabiex wieħed jagħmel użu mill-faċilitajiet tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Bajja tar-Ramla l-Ħamra ġiet identifikata bħala bajja li għandha l-potenzjal li tilħaq l-istandards ta' Blue Flag. Il-proċess li wasal għal dan il-għan aħħari fil-fatt diġa inbeda u hu rakkomandat li jibda proġett pilota. Mhux mistenni li l-proċess kollu tal-Blue Flag jiġi konkluż din is-sena.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra xi twettaq sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex biex il-viżjoni li Għawdex isir gżira ekoloġika tkun tista ssir realtà?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3495 fis-seduta Numru 48. Jiena nfurmata wkoll li bħalissa qed jitħejja d-dokument tal-istrateġija għat-twettiq tal-Viżjoni Eko-Għawdex, u qed jitwettaq xogħol fuq numru ta' inizjattivi f'dan ir-rigward.
Għawdex — kampanji intensivi ta' edukazzjoni u formazzjoni rigward l-enerġija
Question
Peress li bħalissa teżisti sitwazzjoni f'Għawdex fejn ħafna enerġija tinħela fi sforz individwali, fejn jekk din tiġi amalgamata ma' ta' intrapriżi oħra fl-istess qasam, tista' tibbenefika ferm iktar minn riżultati aħjar, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat li ssir kampanja intensiva ta' edukazzjoni u formazzjoni għal ħolqien ta' iktar koperattivi fost l-industriji ż-żgħar ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li filwaqt li kull tip ta' kollaborazzjoni u networking huma ta' benefiċċju, hemm limiti sa fejn il-Gvern jista' jintervjeni f'suq ħieles. Fir-rigward tal-użu effiċjenti tal-enerġija u t-tnaqqis tal-ħela, jiena nfurmata li s-sitwazzjoni mhux neċessarjament titjieb bil-proposta tal-Onorevoli Interpellant, iżda billi kulħadd janalizza is-sitwazzjoni tal-operat tiegħu u jieħu dawk il-miżuri applikabbli. Id-dokument ta' l-istrateġija għat-twettieq tal-Viżjoni Eko-Għawdex se jinkludi, fost l-oħrajn, kampanja ta' edukazzjoni fuq l-użu ta' l-enerġija.
Peress li f'dawn l-aħħar snin qed issir aktar enfażi fuq l-idea li settur turistiku Malti jkun orjentat lejn l-avvenimenti, tista' l-Ministru tgħid x'attivitajiet hemm maħsuba li jsiru f'Għawdex matul l-2009 biex ikompli jintlaħaq dan l-għan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar xhur ħadem fuq abozz ta’ politika kulturali ġdida għal Għawdex ibbazata fuq tradizzjoni u innovazzjoni. F’ din il-politika kulturali l-Kunsill tal-Kultura jixtieq li minbarra li jkun organizattur ta’ diversi avvenimenti kulturali ta’ livell f’ Għawdex ikun wkoll promutur u ko-ordinatur tan-numru dejjem jikber ta’ avvenimenti kulturali organizzati minn Kunsilli Lokali u entitajiet oħra f’ Għawdex. Filwaqt li ftit tal-ġranet ilu ġie organizzat b’ suċċess il-Karnival Reġjonali f’ Għawdex, fl-aħħar ġimgħat bdiet ukoll ħidma intensiva oħra t’ preparazzjoni għall-avveniment “Lejlet Lapsi – Notte Gozitana” li din is-sena ser issir bejn it-22 u l-24 ta’ Mejju. Il-Ministeru għal Għawdex, permezz ta’ rappreżentant tiegħu, u ta’ għajnuna finanzjarja u logistika, qiegħed jieħu sehem attiv ukoll fl-iskema ta’ attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsilli Lokali Għawdxin fix-xhur tax-xitwa.
Ma’ dawn ta’ min isemmi wkoll l-istagun t’ l-opri f’ Għawdex fejn iż-żewg tejatri ewlenin tal-gżira isibu sostenn finanżjarju u logistiku mill-Ministeru tieghi sabiex dawn l-avvenimenti kulturali ta’ livell professjonali jittellgħu b’ suċċess f’ Għawdex.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta'
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b) Serenace 5mg
meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati:
a) tobba?
b) infermiera?
ċ) paramediċi?
Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5946 u jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsija parlamnetari 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' aneurysyms fis-sistema vaskulari matul 2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pażjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?