Jista' l-Ministru jgħid huwiex konxju tal-ilmenti li qed isiru fuq il-kwalità inferjuri ta' nappies li anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali qed jingħataw? Huwa konxju ta' kemm jgħaddu minn diffikultajiet dawn l-istess persuni meta jgħidulhom li l-istess nappies huma out of stock?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6163.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — każ ta' applikazzjoni
Question
B'riferenza għall-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li kienet ġiet aċċettata bħala applikazzjoni valida mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Marżu 2006, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra xi progress kien sar fl-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni fit-13-il xahar u nofs ta' bejn it-13 ta' April 2006 u d-29 ta' Mejju 2007?
Jista' jgħid liema sezzjonijiet jew units ta' l-awtorità kienu responsabbli mill-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni tul dan il-perijodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dan il-perjodu l-applikazzjoni kienet qed tiġi ipprocessata mill-Major Projects Unit fi ħdan id-Direttorat tal-Ippjanar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-istudji li għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-proġett Smart City, ġiex ikkwantifikat fl-EAI? X'effett dan se jkollu fuq il-carbon emissions tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jikkwantifikahom imqar fuq livell approssimattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju ta' l-impatt ambjentali li tħejja bħala parti mill-ipproċessar ta' l-applikazzjoni ta' Smart City indika stima ta' konsum ta' madwar 110,000 MWh fis-sena.
Dan ifisser madwar 5 fil-mija ta' l-elettriku ġenerat fil-gżejjer Maltin u huwa rifless fin-National Allocation Plan ta' Malta għas-snin 2008-2012.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2007 tniedha Twinning Light Project fejn l-għan tiegħu kien proprju dak li jiġi żviluppat inventarju dwar hazardous waste iġġenerat f’Malta u tingħata assistenza teknika fir-rigward tal-leġislazzjoni li tikongerna l-immaniġjar ta’ dan it-tip ta skart. Fl-inventraju wieħed isib l-ammont u t-tip ta' hazardous waste iġġenerat f’Malta. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżomm records ta’ kemm minnu jiġi esportat u lejn fejn qed jiġi esportat kif mitlub skond ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta' skart. Il-maġġor parti ta’ hazardous waste jiġi esportat fl-Ewropa, primarjament lejn il-Ġermanja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' immigranti illegali f'Malta f'Jannar 2009? Kemm hemm irġiel u nisa separatament? Kemm hemm minn dawn li ilhom hawn Malta għal iktar minn 6 xhur? Kemm kellhom tfal waqt li qed jinżammu f'Malta? Kemm ġew jiswew lill-Kaxxa ta' Malta l-ispiża biex iżommhom bid-dinjità kollha li jixraqilhom bejn Jannar 2008 u Diċembru 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-popolazzjoni tal-immigranti irregolari sa l-aħħar ta' Jannar 2009 kienet kif ġej:-
Closed Centres - 1804 irġiel
- 219 nisa
Minn dawn, 862 ilhom Malta aktar minn sitt xhur.
Open Centres -1299 irġiel
- 176 nisa
Bażikament, l-immigranti li jgħixu f'dawn iċ-ċentri jkunu qattgħu aktar minn sitt xhur f'pajjiżna.
Rigward tfal imwielda minn immigranti irregolari, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħha, maqsuma xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5704 u 5358 u jara jekk huwiex skond il-liġi li qed jintrema radam minn Smart City għal Wied Blandun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materjal li hemm fuq is-sit f'Wied Blandun m’huwiex ġenerat mill-iżvilupp ta' Smart City. Dan il-materjal li qed jiġi iddepożitat fuq dan is-sit huwa riżultat ta' żviluppi għaddejin mit-tqattiegħ ta' gallarija tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema żvilupp huma kopert b'permess PA 7410/06.
Jidher li għal xi raġuni l-kuntrattur mhux qed iżomm mal-kundizzjonijiet tal-permess fir-rigward ta' kif għandu jinżamm depożitat il-materjal skavat u għaldaqstant il-MEPA wissiet lill-applikant biex josserva dawn il-kundizzjonijiet tal-permess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5701 u 5396 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5396.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5700 u 5402 u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84 ħarqa, ingħatat biss 15.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li wara d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' rċieva numru ta' ilmenti kemm fuq il-kwalita' kif ukoll fuq il-proviżjoni ta' dawn il-ħrieqi, il-kutratt issa ġie terminat u mill-11 ta' Frar 2009 il-ħrieqi bdew jiġu pprovduti minn kuntrattur ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5699 u 5419 u jara li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Kaħwiela f'Ħaż-Żabbar min-naħa ta' Triq Santa Maria, biswit l-għalqa f'tarf it-triq, peress li din qed iżżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita, tant li tikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-imsemmija triq u ma jistax isir parking fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq triq il-Kaħwiela, Ħaż-Żabbar jkunu jistgħu jinbdew mete jkun hemm il-fondi neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5671 u jgħid kemm intnefqu mill-Lm60,000 allokati fil-budget tal-2006 sabiex isir ċentru għall-annimali? Fiex intnefqu dawn il-flus u f'liema stadju wasal dan iċ-ċentru? Meta hu stmat li dan iċ-ċentru se jkun fully operational? Kif se jkun qed jitħaddem u minn min?
Jista' jgħid kemm intnefqu mill-flus allokati fl-2007 għall-animal welfare u fiex intnefqu? Kemm ġew imsewwija klieb u qtates? Min kienu l-veterenarji li sewwew dawn l-annimali u x'kienet ir-rata li ġew imħallsin biha?
Jista' jgħid fejn ġew imsewwija dawn l-annimali u jagħti dettalji ta' kemm kien hemm klieb u qtates u minn liema post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li fil-Baġit tal-2006 ma jirriżultax li kien hemm fondi vvutati biex isir ċentru għall-annimali. Dan sar fil-baġit tal-2007 għall-2008.
Jien infurmat li l-ispiża fuq l-Animal Welfare Centre fl-2007 u fl-2008 kienet ta’ €62,515.86 li jinkludu fost l-oħrajn spejjeż professjonali, permessi u ħlas lill-kuntrattur.
Hu ttamat li dan iċ-Ċentru, li ser ikun amministrat mill-gvern, jibda jopera s-sena d-dieħla.
Fl-2008 intefqu €174,821.49 f’kampanja fejn ġew imsewwija 694-il qattus u 798-il kelb u ngħataw 10,301-il jum ta'
after care
. Il-klieb u l-qtates irġiel kienu ntitolati sa massimu ta' 5 ġranet
aftercare
filwaqt li
l-klieb u l-qtates nisa kienu ntitolati sa massimu ta' 10 ġranet
aftercare.
Dawn l-annimali kienu minn postijiet varji, u l-informazzjoni minn fejn jinqabdu ma tinżammx. Ir-rati li tħallsu huma skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-veterinarji li pparteċipaw f'din l-iskema kienu 12 pero minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni ta’
data
isimhom ma jistax jingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal għajnuna minn kumpanniji quddiem il-Malta Enterprise biex jiftħu f’Malta jew f'Għawdex? X’tip ta’għajnuna ntalbet? Liema xogħol qed jiġi proġettat li jsir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise għandha 48 applikazzjoni li qegħdin fil-proċess ta’ evalwazzjoni. L-għajnuna li qed tiġi mitluba tinkludi
- Fabbriki
- Art
Is-setturi huma varji u jinkludu: Riċiklaġġ, soluzzjonijiet ambjentali, ikel, farmaċewtika, għamara u tiswija ta’ karozzi.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' fabbriki
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta’ fabbriki ġodda u għall-estensjoni ta’ fabbriki f’Malta u Ghawdex? Kemm ilha pendenti kull applikazzjoni? Minn min saret?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha tmienja u erbgħin (48) applikazzjoni għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki f'Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem "fabbrika", "fabbriki", "factory", "factories", "manifattura", "manufacture".
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li saret fis-sena skolastika 2007 - 2008 ta' kull ġurnata għal kull student li attenda skola primarja jew sekondarja fl-iskejjel ta' l-istat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża ta’ kull ġurnata għal kull student li attenda skola primarja jew sekondarja fl-iskejjel ta’ l-istat kienet ta’ €17.93 u €19.90 għas-snin 2007 u 2008 rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tissewwa l-ħsara li saret bil-maltemp fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi speċjalment fil-parti t’isfel tagħha li tinsab faċċata tax-showroom il-ġdida ta’ Joinwell?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tiswija fejn ġie indikat sar nhar it-Tnejn 16 ta’ Frar.