Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat tat-Toroq — field Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bulebel — Sptar privat ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sorvelja għamlet u qed tagħmel is-Sovritendenza fis-sit fejn ser jinbena sptar privat ġdid f'Bulebel? X’instab meta s-Sovritendenza għamlu l-analiżi tagħhom fuq dan is-sit li għandu jew jista’ jkollu relevanza storika kbira?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ sptar privat f’Bulebel, limiti taż-Żejtun, kien sorveljat mill-bidu minn arkeologu ikkwalifikat u approvat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Din is-sorveljanza saret skond il-kundizzjonijiet tal-permess maħrug mill-MEPA għall-dan l-iżvilupp. Kien waqt din is-sorveljanza li ħarġu l-fdalijiet ta’ żewġ oqbra antiki. Is-Sovrintendenza intervejniet minnhufih u ssospendiet dan l-iżvilupp sabiex dawn il-fdalijiet setgħu jigu spezzjonati u evalwati. Minnhufih ordant li jisiru skavi aktar estensivi tas-sit kollu. Dan ix-xogħol għadu u ser ikompli għaddej u qed isir taħt is-sorveljanza tas-Sovrintendenza. Kien b’riżultat ta’ dawn l-iskavi tas-Sovrintendenza li s’issa nstabu b’kollox fdalijiet ta’ tlettax-il qabar maqtugħ fil-blat. Dawn l-oqbra huma tal-perjodu Puniku u dak Ruman. L-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn il-qobra ivarja minn wieħed għall-ieħor.

Attard — Triq fi stat diżastruż

Question

Jista' l-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun tiġi asfaltata t-triq li minn Ħ'Attard tagħti għal Pitkali peress li din hija fi stat diżastruż u tintuża minn bdiewa, xerrejja, nies li jattendu għall-football kif ukoll familji li meta jkun temp sabiħ imorru bil-familja f'Ta' Qali? Jista' jara wkoll li l-ħofor kbar li żviluppaw wara l-aħħar xita fid-dawra li hemm bejn fejn jittajjru l-ajruplani żgħar sal-Stadium Nazzjonali f'Ta' Qali, jimtlew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT għamlet spezzjoni tas-sit in kwistjoni u inkludiet ix-xogħol ta tiswijiet meħtieġa fil-programmi tagħha ta' xogħolijiet ta manutenzjoni ta' toroq li jiġi esegwit meta jkun hemm il-fondi neċessarji.

Rabat — Triq Santa Rita - Fdalijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi fdalijiet instabu fis-sit li qed isir xi xogħol fih li jinsab fi Triq Santa Rita, fir-Rabat Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-2008 instabu fdalijiet arkeoloġici fi Triq Santa Rita fir-Rabat waqt xogħol ta’ kostruzzjoni approvat mill-Awtorita Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar. Dawn ix-xogħolijiet kienu qed ikunu sorveljati minn arkeologu approvat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u skond il-kundizzjonijiet tal-permess tal-iżvilupp. Dawn ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni kienu mwaqqfa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sabiex issir spezzjoni u evalwazzjoni ta’ dawn il-fdalijiet. Mill-ispezzjoni ta’ dan is-sit ġie stabbilit li kienu nstabu fdalijiet ta’ qtugħ fond fil-blat. Dan il-qtugħ jista’ jkun parti minn foss tad-difiża ta’ mas-swar tal-belt antika ta’ Melita. Dawn il-fdalijiet ġew protetti skond il-liġi tal-Patrimonju Kulturali u skond il-liġi tal-Ippjanar għall-Izvilupp. L-iżviluppatur ġie mġiegħel ibiddel id-disinn tal-kostruzzjoni minn kif kien oriġinarjament approvat mill-MEPA, sabiex dawn il-fdalijiet ikunu ippreservati.

Karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jghid x’inhu n-numru ta’ karozzi tal-linja li qed joperaw bħalissa? Kemm minnhom ġew impurtati f’dawn l-aħħar ħames snin? Xi pjani hemm biex jigu mpurtati aktar karozzi tal-linja biex jieħdu post dawk qodma? X’għajnuna se jagħti l-Gvern lis-sidien li jridu jixtru karozzi ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni jaħdmu mas-Sovritendenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu mas-Sovritendenza u x’inhu x-xogħol tagħhom? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu aktar nies ma’ din l-entita`?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm 6 persuni jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Ix-xogħol tas-Sovrintendenza huwa deskritt f’KAP 445 tal-liġijiet ta’ Malta. Apparti dawn id-doveri, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija wkoll responsabbli biex tesegwixxi l-Poteri Speċjali tal-Istat fil-qasam tal-wirt kulturali. Bħalissa qed isir xogħol ta’ capacity building fis-Sovrintendenza, li fost diversi obbjettivi hemm ukoll l-impjieg ta’ uffiċjali ġodda.
Leg 11 PQ #6514 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamar ta' Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jghid jekk il-Gvern hux qed jieħu ħsieb li jirriklama lil Malta bħala post għal għanijiet speċifiċi bħal turiżmu sportiv, dak reliġjuz u anke għal dawk li huma nteressati fil-fortifikazzjonijiet? Japprezza l-Prim Ministru li dawn jistgħu jgħinu biex iżidu konsiderevolment in-numru ta’ turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istrateġija tal-marketing tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħraf il-ħtieġa li sabiex Malta tattira l-aktar interessi wiesgħa ta’ turisti lejn Malta, huwa meħtieġ li jintlaqtu l-interessi kollha li kapaċi jissodisfa l-prodott Malti. It-tliet oqsma msemmija mill-Onorevoli Interpellant huma ftit minn fost ħafna li jiġu promossi mill-MTA. Il-marketing tal-prodott Malti huwa wieħed sofistikat ħafna u ma jikkonsistix biss minn reklamar. Ir-reklamar fil-fatt huwa ħolqa waħda f’katina ta’ attivitajiet li tinkludi wkoll relazzjonijiet pubbliċi, l-użu ta’ midja elettroniċi, l-użu ta’ newsletters elettroniċi fi ħdan il-customer relationship management u mezzi diretti oħra li permezz tagħhom nilħqu l-klijenti prospettivi tagħna. Huwa bis-saħħa ta’ din l-istrateġija li jirnexxielna nifirxu l-istaġjonalita’ tagħna u niġbdu d-diversità ta’ turisti li jirnexxielna nġibu kull sena.
Leg 11 PQ #6551 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn il-Gvern Taljan u l-Gvern Franċiż

Question

Fid-dawl tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern Taljan u dak Franċiż għall-koperazzjoni nukleari bejn iż-żewġ pajjiżi permezz tal-ENEL u l-EDF f'forma ta' joint venture, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti dwar dan u jekk il-Gvern fi stadju ulterjuri huwiex beħsiebu jfittex li jikseb iktar tagħrif u assikurazzjonijiet relevanti għas-sigurta' tas-saħħa u ambjent ta' pajjiżna, inkluż dwar il-locations prospettivi li jista' jkollhom dawn l-impjanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Gvern Malti qed isegwi dawn l-iżviluppi.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — Feed-in tariffs

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1? Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu

Question

Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu: a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument strategiku i.e. breakdown dettaljat? b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Salina — Sukkurzju

Question

Billi fis-sit tas-Sukkurzju fis-Salina tpoġġew diversi blokki tal-konkrit, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'ser ikun l-użu ta' dawn il-blokki tal-konkrit? Jista' jagħti wkoll tagħrif jekk il-materjal li tqiegħed fil-kanal proprju hux se jibqa' hemm, jew hux ser jitneħħa iktar 'l quddiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-blokki li tpoġġew fis-Sukkorsju huma l-pedament għall- precast culvert li ser jitpoġġa fil-post biex terġa tiġi maħluqa ċ-ċirkulazzjoni ta’ l-ilma madwar is-Salini. Il-materjal kellu jitqiegħed biex ikun hemm aċċess għax-xoghol meħtieġ biex isir rinfurzar ta’ parti mill-ħitan li kienu ġarrbu ħsara bil-maltemp. Il-materjal li tqiegħed ser jerġa jitneħħa meta jispiċċa x-xogħol ta’ taħmil.

Road tax

Question

Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6574 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi allokati lill-kunsilli lokali — Bidla fil-formola

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tiġi implimentata l-bidla fil-formola applikata għall-fondi allokati lill-kunsilli lokali, b'mod li l-bidliet demografiċi fix-xhur tas-sajf u l-preżenza ta' eluf ta' viżitaturi oħra tkun meħuda in konsiderazzjoni fl-allokazzjoni tal-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar eżerċizzju mill-Mangement Efficiency Unit (MEU) dwar metodu ġdid ta’ kif għandha ssir l-allokazzjoni finanzjarja lill-Kunsilli Lokali. F’dan l-eżerċizzju ġew ikkunsidrati diversi miżuri ġodda sabiex it-tqassim tal-fondi ikun aktar ekwu fid-dawl tad-diversi ċirkostanzi partikolari tal-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li jistgħu jinkludu ukoll il-fattur imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Id-deċizjoni finali dwar il-metodu l-ġdid ta’ finanzjament għad trid tittieħed.

Bowsers rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bowsers li huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi biex iġorru diversi tipi ta' ilma, inkluż dak maħmuġ? F'liema lokalita' huma reġistrati dawn il-bowers li huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6581 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħanut li jbiegħ car stereos u alarms — Liċenzja

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 5714, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan l-istabbiliment huwiex jitmexxa skond it-termini tal-liċenzja tiegħu minħabba l-ilmenti għall-kuntrarju tar-residenti tal-inħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn verifiki li għamlet il-Pulizija mad-Direttur tat-Taqsima tal-Liċenzji tal-Kummerċ, jirriżulta illi l-ħanut li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru huwa liċenzjat kemm biex ibiegħ, kifukoll jinstalla stereos u alarms tal-vetturi.
Leg 11 PQ #6586 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Incubation Centre — konsenturi

Question

Peress li fl-incubation centre l-ġdid hemm ħafna konsenturi u qed jidħol ilma minn kullimken tant li l-ħitan l-ġodda ħdaru bil-moffa u l-ilma qiegħed jidħol ukoll mill-fili, tista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru biex tiġi rranġata l-ħsara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi qed jittieħdu il-miżuri neċessarji biex fejn hemm xi ħsarat jiġu rranġati.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — bord tal-gvernaturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar ħames snin kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta ltaqa' l-aħħar? Minn min hu kompost?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ltaqa’ 57 darba matul l-aħħar ħames snin. L-aħħar darba li ltaqa’ dan il-Bord kien fis-7 ta’ Novembru 2008. Il-Bord huwa kompost minn: Chairman: Is-Sur Reginald Abela-Chairman Membri: Is-Sur Joseph Tanti Is-Sur Edwin Borg Is-Sur Walter Cassar Dr. Nadia Theuma Is-Sinjura Mary Anne Cauchi Is-Sinjura Claire Xuereb Is-Sinjura Marie Louise Mangion Is-Sur Charles Caruana Carabez

Istitut għall-Istudji Turistiċi — post vakanti ta' direttur ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu vakanti l-post ta' direttur ġenerali tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta ser jimtela' dan il-post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kuntratt tal-persuna li kienet impjegata fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ntemm fl-aħħar tas-sena akkademika 2003/4. Huwa mahsub li fil-futur qarib l-ITS tingħata personalita’ ġuridika u meta dan iseħħ tkun tista’ tinħadem l-istruttura addattata.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — appoġġ biex tgħin persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi, strutturi ta' appoġġ u persuni kwalifikati għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex jiġu mgħejjuna persuni b'diżabilità u żgħażagħ li jaslu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi b'learning difficulties mill-edukazzjoni sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għandu persuna mpjegata bħala counsellor li għandha l-kwalifiċi meħtieġa. Barra minn hekk l-ITS ta taħriġ lill-persuni żvantaġġjati u persuni b’diffikultajiet fit-tagħlim fil-programm ESF 80 – proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li għalih l-ITS ingaġġa l-għalliema u l-facilitators li kienu meħtieġa.