Legislature:
Category:
Reset
Active:

Blata l-Bajda — Triq Dun Ġorġ Preca

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6029 u 5927 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Ħamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa saret.

Furjana — Triq Sant'Anna - Mini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6028, 5928 u 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT preparat pjanti u stejjem tax-xogħolijiet li hemm bżonn fis-subways. Ix-xogħol isir meta jiġu allokati l-fondi finanzjarji neċessarji.
Leg 11 PQ #6433 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li gradwaw u li qed iffitxu xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5941 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw? Jista’ jgħid fejn sabu x-xogħol, kemm minnhom f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 kien hemm 25 persuna li bdew jaħdmu f’Malta u Għawdex, 23 persuna sabu xogħol f’Malta u 2 persuni sabu xogħol f’Għawdex. Informat ukoll li kien hemm xi gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma gradwaw. Dawn mhumiex inklużi mal-25 persuna ta’ hawn fuq.
Leg 11 PQ #6434 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gradwati jaħdmu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5943 u jgħid kemm hemm gradwati jaħdmu f’Għawdex u f’liema qasam tal-impjieg qed jaħdmu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ETC ma żżommx informazzjoni fuq kwalifiki tal-ħaddiem.
Leg 11 PQ #6435 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Nefqa fuq Proġetti

Question

B’referenza għal mistoqsija parlamentari 5951, jista’ l-Prim Minstru jgħid: · kemm hi mistennija li tkun in-nefqa għal Għawdex fuq kull wieħed mill-20 proġett imsemmi? · Jekk għall-iskemi tal-Programm Operattiv II li huma miftuħa għall-Maltin u l-Għawdxin hux qed jassigura li Għawdex jieħu 10% tal-fondi allokati għal dawn l-iskemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni aġġornata dwar il-proġetti magħżula tinsab fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt. Fil-każ tal-proġetti: ERDF 022 Wied il-Mielaħ – towards ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism ERDF 024 Upgrading of Villa Rundle Gardens ERDF 047 Reconstruction of Part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road ERDF 068 Upgrading of Operating Theatre and Setting up of Radiology Unit u ERDF 078 Upgrading of Giordan Lighthouse Global Atmospheric Watch (GAW) Research Station l-allokazzjoni għal Għawdex hija ta’ 100%. Mill-proġett ERDF 001 Upgrading and Embellishment of Industrial Estates l-allokazzjoni indikattiva għal Għawdex hija 10%; mill-ERDF 032 Archaeological Heritage Conservation Project 35%; mill-ERDF 039 Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo 20% u mill-ERDF 056 Upgrading and Expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta / Gozo 10%. Mill-ERDF 058 Purchase of science and technology laboratory equipment for state schools u mill-ERDF 066 Computer Systems and Computer Labs at MCAST Malta and Gozo l-allokazzjoni indikattiva għal Għawdex hija ta’ 8% kull proġett. Fir-rigward tal-iskemi imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5951, inkluzi l-iskemi taħt il-Programm Operattiv II, m’hemm allokazzjoni fissa għall-ebda parti tat-territorju. Dan peress li dawn huma skemi u għalhekk is-sejħiet għal proġetti jew għad iridu jiġu mnedija mill-organiżżazzjonijiet li ser jimplimjew dawn l-iskemi jew infetħu pero’ għadhom m’għalqux. F’dan ir-regward nixtieq niċċara wkoll li l-impenn huwa li Għawdex jieħu 10% tal-ammont totali tal-Fondi ta’ Koeżjoni u mhux 10% ta’ kull skema jew proġett individwali.
Leg 11 PQ #6436 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Care Workers

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5955, tista’ l-Ministru tgħid kull wieħed/waħda mit-13-il care worker f’liema fergħa tad-dipartiment qiegħed/qiegħda u x-xogħol li jwettaq/twettaq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tlettax-il care worker huma assenjati fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, fiċ-Ċentru ta' Taħriġ għall Adulti, fl-uffiċċju għall-Kura ta' l-Anzjani, fil-Qorti t'Għawdex u fiċ-Ċentru Amministrattiv. Rigward ix-xogħol li dawn qegħdin iwettqu, nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5955.

Għawdex — Qasam Industrijali - Riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi xogħlijiet maħsuba li jsiru għar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex fl-2009-2010? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn ix-xogħlijet? Kemm hija stmata l-ispiża kull sena għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6438 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Business Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali — nefqa globali ta' safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #6456 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Nefqa globali ta' safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6457 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — nefqa globali ta' safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa globali ta' safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Tas-Sliema — Tower Road - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-parti mill-bankina li għandha kif saret f'Tower Road Tas-Sliema reġgħet inqalgħet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-proġett li qiegħed isir f’Tower Road jinkludi tisbiħ fil-parti t’isfel ta’ Tower Rd, liema xogħol ġie finalizzat fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, u tisbiħ fil-parti ta’ fuq, liema xogħol qiegħed għaddej bħalissa. Dan il-proġett jinkludi wkoll it-tisbiħ ta’ Pjazza Sant Anna u tal-Pjazza quddiem il-Bank ta’ HSBC. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Il-pavimentar qiegħed isir kollu bil-materjal naturali tal-‘porfido’ li se jagħti dehra sabiħa u ta’ uniformità lil inħawi kummerċjali ta’ tas-Sliema. Għalhekk fejn il-bankini li saru temporanjament tal-konkos jew pavimentati b’materjali mhux tal-‘porfido’ qegħdin jinqalgħu u jsiru bil-‘porfido’.

Mġarr — Triq il-Kbira - Sistema ta' traffiku One Way

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport approvatx sistema ta' traffiku one way fit-Triq il-Kbira, Mġarr, il-parti wara l-Knisja int u sejjer il-Ġnejna? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq li ġew affettwati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 kien inħareg permess temporanju għal sistema ta’ traffiku one-way fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan il-permess kien validu għal zmien ta’ tlett xhur biss u meta skada dan iz-zmien, it-toroq imsemmija reġgħu ġew lura għal sistema ta’ two-way .

Vetturi li ġew impurtati mill-Ingilterra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li ġew impurtati mill-Ingliterra, kull xahar, sal-lum bejn Lulju 2008 u Jannar 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6487 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ lokali — servizz ta' tobba

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bereġ lokali li minnhom jingħata servizz ta' tabib, jew tqassim ta' pilloli? F'liema lokalità jinsabu dawn il-bereġ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6059 u jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6059.