Legislature:
Category:
Reset
Active:

Good Causes Fund — fondi mqassma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Lil min ingħataw u l-ammont li ngħata f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport illi poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 2 ta’ Marzu 2009 fejn għandu jsib l-informazzjoni mitluba.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4926.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjoni għal-iżvilupp

Question

B'referenza għall-mistqosija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar 2008, u b'xi mod partikulari għall-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-applikazzjoni għall-iżvilupp li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jivverifika ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar id dettalji li qiegħdin ukoll jinbagħtu separatament? Jista' f'dawn iċ-ċirkustanzi l-Prim Ministru jivverifika jekk hux il-każ li l-awtorità tara għandhiex x'iżżid mal-informazzjoni li ngħatat fis-seduta 71 sabiex l-istess Awtorità tassigura li jinħareġ il-permess li issa ilu dovut skond il-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni PA 560/06 ġiet determinata mill-Awtorità u bħal issa qegħda pendenti fl-istadju ta' rikonsiderazzjoni. Oltre dan, l-Awtorità irrispondiet għall-ilmenti imressqa mill-applikant tramite risposta fl-Atti tal-Mandat ta' Inibizzjoni ta' l-istess applikant li jġib in-numru 1148/08 VDG. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-risposta.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’każ ta’ proprjetà kummerċjali t-trasferiment tat-titolu tal-kera irid isir wara sejħa għall-offerti skond il-provedimenti tal-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268). Pero’, jista’ isir ftehim bejn min attwalment ikollu t-titolu tal-kera u terzi persuni dwar l-avvjament skond proċedura stabbilità mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dawn it-terzi persuni jkollhom id-dritt għall-ewwel rifjut fl-għoti tal-offerta.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5643, 5209 u 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4926.

Kordin Business Incubation Centre — tkabbir

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi pjanijiet jeżistu għat-tkabbir tal-Kordin Business Incubation Centre? Meta hu meħtieġ li jsir dan it-tkabbir u f'liema oqsma hu mistenni li topera l-parti miżjuda tal-Kordin Business Incubation Centre? X'esperimentazzjoni qiegħda ssir bħalissa f'dan iċ-ċentru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-esperjenza pożittiva u b’suċċess li l-Malta Enterprise kellha bil-Business Incubation Centre (KBIC) serviet ta’ instigazzjoni biex il-Malta Enterprise tapplika għall-fondi Ewropej taħt il-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) sabiex titkabbar il-faċilita`. Bħalissa jinstabu 25 start-up ġewwa il-kumpless li minnhom, 12 daħlu fl-2008. L-iskop tal-BIC huwa li tiġi iffaċilitata il-krejazzjoni ta’ kumpaniji lokali innovattivi bl-intenzjoni li jikbru u jinternazzjonalizzaw il-prodotti taghħom. Il-KBIC jiffoka fuq dawn il-gruppi industrijali: · Engineering Design and Development of Equipment Systems; · Riżorsi ta’ Enerġija alternattiva; · Proġetti Bioteknoloġiċi; u · Proġetti oħra innovattivi. Oriġinarjament l-intenzjoni kienet li l-kumpless jitkabbar f’Kordin stess. Wara aktar analiżi u studji tas-sitwazzjoni ekonomika u tal-bżonnijiet ta’ l-industrija ġie deċiż li il-pjan ta’ tkabbir bi spazju ta’ 4500sqm ikun aħjar rilokat fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Il-ftuħ ta’ BIC ġdid ġewwa San Ġwann huwa intenzjonat li jkun qrib il-Life Sciences Centre li huwa ppjanat u li ukoll ser ikun ikkofinanzjat mill-FEŻR. Hekk, il-klijenti li jiggradwaw mill-BIC ta’ San Ġwann jistgħu jkunu ikkunsidrati biex jiġu lokati permanentement ġewwa il-Life Science Centre. Dan il-vantaġġ jista` jirriżulta kemm f’sinerġija bejn iż-żewġ proġetti kif ukoll jippermetti li ż-żewġ BICs jiffukaw fuq target sectors differenti. L-esperimentazzjoni li qed isseħħ ġewwa il-KBIC hija ta’ natura kummerċjali minn klijenti li jħallsu biex jużaw is-servizzi offruta; għalhekk din l-informazzjoni hija ta natura kunfidenzjali li ma tistax tiġi mogħtija kif inhu dikkjarat fil-liġi nazzjonali DPA.
Leg 11 PQ #6046 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — fieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ipparteċipat fieri l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu matul l-2000 u l-2009 sal-lum biex tħeġġeġ t-turiżmu lejn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu mill-2000 sa l-2009 ipparteċipat f’bejn 60 u 70 fiera u esibizzjonijiet turistika fis-sena, prinċipalment fl-Ewropa minn fejn nirċievu iżjed minn 90 fil-mija tat-turisti li jżuruna, kif ukoll fi swieq ġodda u iżjed imbegħda bħall-Istati Uniti, Ġappun, Ċina, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Korea t’Isfel fost oħrajn. Wara kull parteċipazzjoni ssir evalwazzjoni u abbażi tar-riżultati miksuba, l-informazzjoni li tiġi lura mill-aġenti Maltin u lukandiera kif ukoll minn żviluppi fis-swieq infushom, nippjanaw ’l quddiem. Barra minn dawn l-Awtorità pparteċipat f’numru ta’ fieri iżgħar.

Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif tħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Frar 2009 u kif tħabbar fid-dettal mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Artijiet fis-26 ta’ Frar 2009 f’konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Iskema li kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002 li biha l-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment li huma wżati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet ta’ villeġġatura u li fl-2004 kienet estiża wkoll għal proprjetajiet simili tal-Gvern li qabel ma kinux jappartjenu lil xi Entitajiet Ekkleżjastiċi, b’effett mid-29 ta’ Jannar 2009 ġiet temporanjament sospiża u sa ma joħroġ avviż ieħor mhux ser jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għal dan l-iskop. Dan qiegħed isir sabiex it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tkun tista’ tirriorganizza u tipproċessa dawk l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti. Fl-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet ser ikun hemm tibdil fil-kundizzjonijiet sabiex jiġi evitat li ssir spekulazzjoni mill-proprjeta’ msemmija. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Direttiva Ministerjali maħruġa għal dan il-għan. Bħalissa hemm madwar 3,000 applikazzjoni pendenti u t-tibdil fil-kundizzjonijiet huwa immedjat u għalhekk japplika għal kulħadd.

dikjarazzjoni li rridu nsaħħu l-kura fil-komunità — ċentri tas-saħħa

Question

Fid-dwal tad-dikjarazzjoni li rridu nsaħħu l-kura fil-komunità, x'rwol sejjer jkollhom iċ-ċentri tas-saħħa? Se jkun hemm servizzi li jonqsu/jiżdiedu f'dawn iċ-ċentri? Liema pjan sejrin nattwaw biex insaħħu l-kura fil-komunità? Jista' dan il-pjan jiġi ppubblikat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-eżerċizzju biex jiġi analizzat u evalwat l-operatur futur tal-Kura fil-Komunita' għadu m'huwiex konkluż. Għalhekk ikun prematur li wieħed jagħti dettalji f'dan l-istadju.

Rabat — Buqana - Linja tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li l-linja tad-dawl li tforni l-area ta' Buqana, limiti tar-Rabat, Malta tiġi mibdula għaliex qed tikkawża ħafna ħsara lill-aċċessorji tad-dawl li għandhom ir-residenti ta' din iz-zona, liema linja hija mġonġija diversi drabi? Ninforma lill-Ministru li s-substation hemm u taħdem ukoll, c-cable qiegħed hemm, l-arblu mwaħħal u kulma jridu jagħmlu huwa li jqabbdu kollox mal-cable l-ġdid.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma’ xogħolijiet oħra.

Nies boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li huma boarded out? Kemm hemm minnhom minn Għawdex u kemm hemm minnhom minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' nies li jirċievu pensjoni ta' l-invalidita' huwa ta' 5,372 ġewwa Malta u ta' 974 ġewwa Għawdex.

Liċenzja ta' negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tista' tbiegħ il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, skond il-liċenzja ta' negozju li għandha? Jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex qed tmexxi l-attività kummerċjali tagħha skond kif permessa li tagħmel b'din il-liċenzja? Jista' jgħid jekk din il-persuna meta qed tarma l-vann, hux qed iżżomm id-distanza skond il-liġi mill-istabbiliment l-iktar viċin tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tintalab tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

waiting lists — dipartimenti organizzati

Question

Wara d-dikjarazzjoni pubblika li dehret f'gazzetta lokali li waiting list, tal-operazzjonjiet ma teżistix għajr fl-oftamoloġija u l-cardiology, jista' l-Ministru jgħid x'qed jippjana l-gvern biex jara li d-dipartimenti l-oħra jiġu iktar organizzati? Huwa kuntent b'din is-sitwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Nies boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li huma boarded out matul is-sena 2008? Kemm hemm minnhom minn Għawdex u kemm hemm minnhom minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' nies li ngħataw pensjoni ta' l-invalidita' matul is-sena 2008, kien ta' 760 ġewwa Malta u ta' 240 ġewwa Għawdex. Minn dawn 400 f'Malta u 208 f'Għawdex, kellhom l-pensjoni ta' l-invalidita' imġedda matul is-sena msemmija.
Leg 11 PQ #6135 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq indikata mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-kunsill lokali Xewkija.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tagħha, maqsuma xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.

Reġistru Pubbliku — dħul ta' flus minn riċerki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus mir-riċerka li saru matul is-sena 2008 mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku? Jista' jgħid jekk kienx hemm riċerki li ma nġabrux u jekk fl-affermattiv kemm huwa l-ammont ta' flus dovuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dħul ta' flus mir-riċerki li saru matul l-2008 kien ta' €98,467.07. Iva, kien hemm riċerki li ma nġabrux u l-ammont ta' flus dovut għal dawn kien ta' €9,133.06.
Leg 11 PQ #6149 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li ngħataw is-sensja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minn Jannar sa Diċembru 2008, maqsuma xahar b'xahar u skont liema settur kienu ġejjin minnu?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ ħaddiema li ġew issensjati minn Jannar sa Diċembru 2008 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar u skond is-settur li kienu ġejjin minnu.
Leg 11 PQ #6150 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Triq Hanover u Triq l-Ajkla - Proġett ta' Slum Clearance

Question

Peress li numru ta' residenti fl-area ta' Triq Hanover u Triq l-Ajkla, Bormla, ingħataw akkomodazzjoni alternattiva u peress li qalulhom li hemm proġett ta slum clearnace, jista' l-Ministru jgħid fejn eżatt ser issir dan is-slum clearance u x'ser jinbena u x'time frames hemm għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoili Interpellant li dal-proġett ser isir flok il-bini eżistenti bejn Triq Santa Liena, Triq Hanover, Triq San Mark u Triq il-Mediterran. Hu ppjanat li s-sejħa għall-offerti toħrog iktar tard din is-sena biex ix-xogħol jinbeda għall-bidu ta’ l-2010 u jitlesta fl-2013.

Bormla — Sana Margerita - zebra crossing u ftuħ tal-gate l-antik

Question

Peress li l-iskola Santa Margerita Verdala hija lesta, tista' l-Ministru tikkunsidra li l-gate l-antik jerġa' jinfetaħ u ssir zebra crossing għan-naħa ta' Verdala Housing Estate u dan peress li hemm numru konsiderevoli ta' tfal minn Bormla li jitilgħu bil-mixi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-grada l-antika imsemmija diġa hija aċċessibli għall-pubbliku, u saret talba lid-dipartiment konċernat jekk tistax issir zebra crossing fil-post imsemmi.