Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6746 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6425, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex fl-applikazzjonijiet ma kienx indikat li wieħed mill-Assistenti Amministrattivikellu jkun ibbażat f’Għawdex kif inhuma l-proċedura u l-prassi stabbiliti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru stess, sabiex ma jitħallewx barra milli japplikaw u ssir diskriminazzjoni kontra dawk l-Għawdxin li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux imorru jaħdmu Malta? Jista' jgħid kemm kien hemm residenti f’Għawdex li applikaw għall-pożizzjoni ta’ Assistent Amministrattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ndikatx fl-avviż li deher fil-gazzetti li wieħed mill-Administrative Assistants ser ikun ibbażat ġewwa Għawdex, minħabba li jista’ jkun hemm perjodi li jsir xogħol ġewwa Malta. Kien hemm tliet persuni residenti f’Għawdex li ġew mitluba jattendu għall-intervista għall- Administrative Assistant fuq l-iskema Employment Aid Programme wara li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom.
Leg 11 PQ #6751 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pariri ta' dietician/nutritionist

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' warrant/liċenzja hemm bżonn li wieħed jikseb sabiex jagħti pariri ta' dietician/nutritionist jekk attwalment hemm bżonn? Jaf il-Ministru li kważi l-beauticians kollha ta' Malta u l-gym instructors kollha jagħtu pariri dwar x'inhi l-aħjar tip ta' dieta li wieħed isegwi? Jidhirlu għaldaqstant li attwalment m'hemm xejn ħażin li persuna li tkun taħdem ġo salon ma tkun qed tagħmel xejn ħażin u ma tkun qed tikser l-ebda liġi? Jista' jispjega jekk id-dieticians/nutritionists jaqgħux taħt il-Kunsill Mediku Malti u jekk fin-negattiv kif l-istess kunsill interferixxa fil-każ, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Qormi — kuntratti tad-djar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-Gvern min-naħa tal-Awtorita' tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema tal-HOS? Dawn jinsabu fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern. Jista' jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandhom fuq l-art?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar ma jkollhiex informazzjoni dwar meta jista’ jsir il-kuntratt fuq din l-art f’ Hal Qormi, għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Informat ukoll li dawk il-familji li għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern u jixtiequ li jifdu ċ-ċens li għandhom fuq l-art, jistgħu jagħmlu dan taħt Skema Q mħaddna mill-Awtorita’ tad-Djar.
Leg 11 PQ #6788 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — appointments fil-gradi professjonali u tekniċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-appointments fil-gradi professjonali u tekniċi li ngħataw mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Public Broadcasting Services — suq tar-reklami - riċessjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat tibdil fil-finanzjament tal-Public Broadcasting Services fid-dawl ta’ possibbiltà ta’ riċessjoni li taffetwa b’mod immedjat is-suq tar-reklami u li jista’ jagħmilha diffiċli ħafna għall-istazzjon pubbliku biex jopera b’mod li ma jitlifx mill-kwalità u l-livelli li għandu jkollu stazzjon pubbliku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-effetti tar-riċessjoni fuq l-operat u l-iskeda tiegħu, il-Public Broadcasting Services ressaq ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu li se jkunu kkonsidrati mill-Ministeru.

Public Broadcasting Services — appoġġ finanzjarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’appoġġ finanzjarju se jingħata l-Public Broadcasting Services fid-dawl tal-preparamenti li jridu jsiru biex l-istazzjon jaqleb għal sistema diġitali sas-sena d-dieħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar appoġġ finanzjarju il-Public Broadcasting Services fil-preżent qiegħdha fi trattativi mal-Gvern.

Applikazzjoni taħt skema Z — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, taħt skema Z qed iddum biex tiġi proċessata minħabba li ilha li applikat aktar minn sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Liċenzja ta' negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tista' tbigħ il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, skond il-liċenzja ta' negozju li għandha? Jista' jgħid jekk din il-persuna hijiex qed tmexxi l-attività kummerċjali tagħha skond kif permessa li tagħmel b'din il-liċenzja? Jista' jgħid jekk din il-persuna meta qed tarma l-vann, hux qed iżżomm id-distanza skond il-liġi mill-istabiliment l-iktar viċin tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Chiswick House School

Question

Tista' l-Ministru tgħid: F'liema sena ngħata l-permess biex tiftaħ ic-Chiswick House School fil-Kappara u x'kienu l-kondizzjonijiet marbuta ma' dan il-permess? Kemm kellhom permess għal school population dak iż-żmien? Kemm kienet l-ischool population għal kull sena skolastika minn dak iż-żmien sal-lum? Kemm kien in-numru ta' għalliema full time u part-time meta nħareġ il-permess biex tiftaħ ic-Chiswick House School u kemm huwa llum? Kemm-il darba nħarġu permessi ġodda u meta kienu dawn id-drabi, għal tkabbir strutturali f'din l-iskola u minn liema awtorita' nħarġu dawn il-permessi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-Chiswick House School (Liċenzja 51) ingħatalha l-permess biex tiftaħ fil-Kappara f’Ottubru 1991 biex topera bħala skola fis-settur pre-primarju, primarju u sekondarju. Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-istess permess kienu: (a) Li l-iskola msemmija tosserva li Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali u l-Kurrikulum Minimu Nazzjonali skond l-Att tal-1998 tal-Edukazzjoni. (b) Li ma jsirux alterazzjonijiet mingħajr l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa. (c) Li l-permess ikun konformi mal-liġijiet u r-regolamanti tas-saħħa u mal-pulizija. Dak iż-żmien il-permess kien għal popolazzjoni ta’ 512-il student. Bejn is-snin 1995 u 2002 Chiswick House School u St Martin’s College operaw mill-postijiet li ġejjin: Chiswick House School –Kappara 1991 (Liċenzja ġdida) – liċenzja oħra li tkopri is-Sekondarja –sal-llum. Svedala –Kappara 1995-2002 (liċenzja maħruġa minn Karmenu Mifsud Bonnici). Mrabat –Ex Devonshire House School (liċenzjata) 95/96 u 97/98. Gzira –Ex Language School (liċenzjata) 96/97 St Martin’s College Swatar (liċcenzjata) 1997 sal-llum. Il-management taċ-Chiswick House School kien kera postijiet ġodda tal-apposta sabiex jilqa’ għat-tkabbir fil-populazzjoni . Il-popolazzjoni għal kull sena skolastika mill-1991 sa l-2008 kienet hekk: Sena Popolazzjoni Sena Popolazzjoni 1991 512 2000 958 1992 440 2001 918 1993 477 2002 894 1994 888 2003 852 1995 920 2004 842 1996 974 2005 766 1997 925 2006 719 1998 977 2007 700 1999 929 2008 783 1 In-numru ta’ għalliema wara li nħareġ il-permess imsemmi kien: Full-Time Part-Time Għalliema 21 3 Kindergarten Assistants NIL 18 Total 21 21 In-numru ta’ għalliema fil-preżent, jiġifieri għas-sena skolastika 2008/2009 huwa hekk: Full-Time Part-Time Għalliema 32 2 Kindergarten Assistants NIL 12 Total 32 14 Dwar permess għal tkabbir strutturali, kien inħareġ wieħed fl-1995 (PA 0423/94) mill-MEPA bil-kundizzjoni li n-numru ta’ studenti ma jaqbizx in- numru ta’ tfal registrati fl-iskola f’Ottubru 1994, jigifieri 888 student.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Billi l-proġett tal-Crafts Village ta' Ta' Qali mhux ser jitwettaq, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jimxi 'l quddiem bil-konvenji li ffirma mal-operaturi tal-Ħadd fl-istess Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

MCAST : BTEC Higher National Diploma in Electrical/Electronic Engineering

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex unit 2 (analytical methods for engineers) beda tard f’Ottubru, (madwar tliet gimghat tard) u issa l-istudenti se jitilfu 20 siegħa mill-kors? Tista’ tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni biex l-istudenti jifhmu dan il-unit peress li qed isir bil-għaġġla biex ilaħħqu mal-materjal kollu u wasluli ħafna lmenti mingħand studenti differenti li ma fehmu kważi xejn minn dan il-unit, tant li qed isibu diffikultajiet kbar biex jagħmlu l-assignments mogħtija għax fil-klassi ma laħqux għamlu l-problemi li jridu jsolvu ta’ applied engineering u fuq dan il-unit se jinbnew units oħra u għalhekk jekk se jibqgħu ma jifhmux dan il-unit mhux se jkunu f'pożizzjoni tajba li jifhmu l-units li gejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Unit 2 (Analytical Methods for Engineers) huwa parti minn kors ta’ filgħaxija. Dan il-kors beda tlett ġimgħat tard peress li fil-bidu tas-sena ma kienx għad hemm in-numru minimu ta’ persuni biex jagħmel dan il-kors ekonomikament vijabbli. Għal dan il-Unit hemm allokat massimu ta’ sittin siegħa (kif speċifikat mill-istess BTEC) u dawn ser jiġu offruti kollha. Għaldaqstant ma jirriżultax li dan il-Unit qiegħed isir bil-għaġġla biex jiġi kopert il-materjal kollhu. Biex jgħin lil xi studenti li jista’ jkollhom xi diffikulta’, qed tingħatalhom l-opportunita’ li jiddiskutu bosta eżempji flimkien fil-klassi. Il-lecturer huwa dejjem disponibbli biex jirrispondi problemi li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fl-assignments li jingħatawlhom. L-istudenti għandhom saħansitra l-faċilita’ ta’ kuntatt bl-e-mail mal-lecturer.

Ditta ta' Konsulenza Ingliża

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-ditta ta’ konsulenza Ingliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ingħatatx xi kuntratt mill-Ministeru tal-Edukazzjoni f'dawn l-aħħar sitt snin? Jekk fl-affermattiv, meta ngħatat il-kuntratt, meta tlesta x-xogħol u kemm tħallset għal dan ix-xogħol? Ġie ppubblikat ir-rapport ta’ din il-konsulenza? Tista' tqiegħed dan ir-rapport/rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru m’għandu ebda rekord li sar xi ħlas lill-kumpanija msemmija tul dawn l-aħħar sitt snin.
Leg 11 PQ #4662 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta' l-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki — Membri Maħtura

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3595 u jgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq il-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni? Jista’ għid jekk il-bord huwiex iffurmat kif tistipula l-liġi? Jista’ jikkonferma li ħadd fuq dan il-bord m'għandu konflitt ta’ interess u impediment li jkun fuqu kif stipulat bil-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki, hekk kif l-aħħar kostitwit għal terminu ta' tliet snin b'effett mit-30 ta' April 2004, kien magħmul minn: Chairperson: Sur Paul A Attard Membri: Dott Deborah Chetcuti Dott Stephen Zammit M'hemmx remunerazzjoni marbuta ma' dawn il-ħatriet. Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3606, mogħtija fil-25 ta' Novembru 2008 mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Peress li r-revalwazzjoni msemmija għadha ma ntemmitx, għadhom ma nħarġux ħatriet b'konnessjoni mal-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki.

Malta Qualifications Council

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-Malta Professional and Vocational Qualifications Awards Council u tal-Malta Qualifications Council mis-sena 2002 sal-2008? Tista’ tgħid kemm-il standard vokazzjonali dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ifformulaw bejniethom fis-sitt snin li għaddew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ispiża globali tal-Malta Professional and Vocational Qualifications Awards Council u tal-Malta Qualifications Council mis-sena 2002 sal-2008 kienet ta’ €518,509. L-istandards vokazzjonali f’disgħa setturi vokazzjonali se jkunu żviluppati bejn l-2009 u l-2011 permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. Kemm l-MPVQAC kif ukoll l-MQC ma twaqfux biex jifformulaw biss l-istandards vokazzjonali. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3600.

Karozzi impressed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom karozzi u vetturi oħra impressed il-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha u tgħid fid-dettal f' liema sezzjonijiet huma mferrxin dawn il-vetturi, u tispjega xi rwol għandhom dawn il-vetturi impressed? Kemm kienet in-nefqa ta' dawn il-vetturi impressed matul dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid jekk kienx hemm min inqabad jabbuża fost is-sidien ta' dawn il-vetturi impressed u itteħdux xi passi legali kontrihom? Jekk kien hemm, min kienu dawn il-persuni u jekk kien hemm xi abbużi, il-kuntratt tagħhom ġie terminat? Jekk ma ġiex terminat, x'passi oħra ttieħdu minflok ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sistema tal-impressed ġiet xolta b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2000 skond iċ-ċirkolari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru MPO/74/1999/II. Mix-xufiera li għażlu li jikru l-vettura tagħhom lill-Gvern, fadal ħdax. Ħamsa minn dawn qegħdin it- Technical Services Branch , tlieta l- Gardening Section , wieħed fis-sezzjoni tat-trasport, ieħor l- Information Technology , u ieħor fid-Dipartiment ta’ l- iStudent Services . Dawn kollha jagħmlu xogħol ta’ trasport ta’ persuni u/jew ta’ materjal. In-nefqa ta’ dawn il-vetturi impressed matul dawn l-aħħar ħames snin kienet hekk: 2004 - €39,632.34 2005 - €38,531.36 2006 - €38,498.15 2007 - €34,322.80 2008 - €27,424.85 Rigward l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, ma’ kienx hemm min inqabad jabbuża.

Malta Qualifications Recogntion Information Centre

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għal evalwazzjoni ta’ kwalifiki lill-Malta Qualifications Recogntion Information Centre f'dawn l-aħħar tliet snin? Min huma l-membri preżenti tal-Academic Credentials Evaluation Board u tal-Vocational Credentials Evaluation Board fi ħdan il-Qualifications Recogntion Information Centre? X’inhuma t- terms of reference u r- remuneration ta’ dawn iż-żewġ bordijiet? Tista’ tgħid jekk il-mira tan- National Reform Programme 2005-2008 inlaħqitx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li f’dawn l-aħħar tlett snin saru 4578 talba għal evalwazzjoni ta’ kwalifiki lill-Malta Qualifications Recogntion Information Centre. Il-membri preżenti tal-Academic Credentials Evaluation Board (ACEB) u tal-Vocational Credentials Evaluation Board (VCEB) fi ħdan il-Qualifications Recogntion Information Centre huma: Għal ACEB: Dr James Calleja, Dr Stephen Zammit u s-sur Patrick Galea; għal VCEB: is-Sur Charles Mizzi, Dr Stephen Zammit u s-sur Patrick Galea. It-terms of reference ta’ dawn iż-żewġ Bordijiet huma dawk stabbiliti fl-AL 196 ta’ l-2004. Ma hemm l-ebda remunerazzjoni għal membri ta’ dawn il-Bordijiet. Ma hemm l-ebda referenza speċifika fin-National Reform Programme 2005-2008 li tikkonċerna l-operat tal-Malta Qualifications Recogntion Information Centre. Madankollu, il-proċess ta’ Rikonoxximent ta’ Kwalifiki qed jiffaċilita’ l-impjegabilita’ tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u jħajjar aktar nies ikomplu jew jibqgħu fil-proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Accounts Nazzjonali ilhom joħorġu u jiġu preżentati skond il-European System of Accounts (ESA 1995) mill-1995 kif rakkomandat mill-Eurosat. Dawn l-accounts huma ibbażati fuq l-accrual accounting.
Leg 11 PQ #5108 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Accrual Accounting

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4926 u jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? Jekk le, meta mistenni jsir dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4926.