Legislature:
Category:
Reset
Active:

Facilità Korrettiva ta' Kordin — ingaġġ ta' gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm ingaġġ ta' gwardjani għal Facilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm il-ħsieb li fil-futur qarib toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta' Uffiċċjali Korrettivi fil-Faċilita' Korrettiva.

Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea — produzzjoni ta' prodotti

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' dawn il-prodotti sena b' sena minn mindu Malta daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja, u cioè mis-2004 sas-sena 2008: a. il-produzzjoni tal-għasel b il-produzzjoni tal-ħalib c. il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal d. il-produzzjoni tal-laħam tal- broilers e. il-produzzjoni tal-bajd f. il-produzzjoni tal-frott irqiq g. il-produzzjoni tal-agrumi h. il-produzzjoni ta' ħxejjex li jdaħħlu fil-pitkalija i. il-produzzjoni ta' fjuri kemm dawk fis-serrer u dawk fil-beraħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-pożizzjoni legali fl-2007 meta persuna li tkun taħdem fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u tgħaddi boarded out, tistax terġa' tiġi reinstated fix-xogħol tagħha? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-leġislazzjoni li tapplika fil-każ in eżami?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2007 il-proċess biex Uffiċjali Pubbliċi li jkunu ġew boarded out kienu jistgħu jiġu reinstated kien japplika skont il-provvedimenti ta’ paragrafu 1.1.17 tal-Public Service Management Code. Fl-2008 kienu saru emendi fil- Public Service Management Code, li biddlu l-proċess sabiex wieħed ikun jista' jiġi ri-integrat fis-servizz pubbliku, u dan skont proċeduri stabbiliti kif indikati f’paragrafu 1.4 ta’ l-istess Management Code . Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- Public Service Management Code jista’ jigi aċċessat minn fuq il- website tal- Management and Personnel Office , tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Bdiewa — Għajnuna fuq restawr ta' rżieżet

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. Kemm applikaw bdiewa għall-għajnuna matul dawn l-aħħar erba' snin biex jirristrutturaw l-irziezet tagħhom? b. Jekk sarx xi forma ta' awditjar fuq proġetti li ġew iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja? c. Min huma l-uffiċjali li jwettqu dan l-awditjar tar-ristrutturar tal-irziezet ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta.

Sliema — Bus stop

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għaliex bus stop fix-xatt tas-Sliema, n-naħa tal-baħar ma nbidilx filwaqt li oħrajn inbidlu? Din il-bus stop hija eye sore kbira.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Istitut tal-Agrikultura fl-Università — informazzjoni fuq il-kors

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn meta twaqqaf l-Istitut tal-Agrikoltura fl-Università tal-Qroqq , i. Kemm kienu l-istudenti Maltin u barranin sena b'sena? ii. Minn fejn oriġinaw dawn l-istudenti qabel ma bdew xi forma ta' studju fl-istitut? iii. Liema korsijiet kienu offruti? iv. Kienu offruti on part-time basis jew addirittura full-time għall-istudenti? v. Kemm kien in-numru ta' uffiċjali tal-Gvern li attendew għal xi tip ta' kors? vi .Kemm kien hemm studenti li bdew il-korsijiet? vii.Kemm minnhom spiċċaw il-korsijiet b'suċċess ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

korsijiet offruti mill-Istitut tal-Agrikultura — informazzjoni fuq il-lezzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid a. Liema kienu il-korsijiet offruti mill-Istitut tal-Agrikoltura u kemm kienu l- credits ta' kull kors offrut ? b. Jekk kienx hemm xi lecturers barranin li taw lezzjonijiet f'dawn il-korsijiet? c. Kienx il-każ li kien hemm dizgwid u jekk jirriżulta kienx il-każ li d-diffikultajiet li nqalgħu kienu jirrigwardaw xi nuqqas fil-komunikazzjoni mal-istudenti Maltin ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-korsijiet offruti mill-Istitut tal-Agrikultura huma hekk: Kors Numru ta’ Credits Ph.D ma japplikax M.Phil ma japplikax M.Sc. (Agricultural & Veterinary Pharmacy) ma japplikax M.Sc. (Agricultural Sciences) ma japplikax B.Sc.(Hons.) Mediterranean Agro-Ecosystems Management 180 ECTS (European Credit Transfer System) Diploma in Agriculture 60 ECTS Preparatory Course for Diploma in Agriculture 60 ECTS Il-kors għall-B.Sc.(Hons.) Mediterranean Agro-Ecosystems Management iwassal għall-lawrija mogħtija flimkien mal-Universita’ ta’ Perugia. Għaldaqstant, lecturers mill-Universita’ ta’ Perugia jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom f’dan il-programm ta’ studju. Barra minn hekk, guest lecturers barranin ta’ reputazzjoni fil-qasam tagħhom huma anke mistednin biex jagħtu lectures. l-Istitut ta’ l-Agrikultura ma għandu l-ebda indikazzjonijiet li kien hemm jew hemm xi disgwid f’xi kors offrut mill-Istitut ta’ l-Agrikultura.

MCAST — Agribusiness Institute - korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn meta l-MCAST ħa taħt ir-responsabbiltà tiegħu l-maniġġ tal-Agribusiness Institute: a. Kemm attendew studenti għal korsijiet offruti minnu? b. Kemm kien hemm studenti li bdew il-korsijiet? c. Kemm kien in-numru ta' studenti li m'għaddewx mill- assignments tagħhom? d. Kemm kien in-numru ta' studenti li ma komplewx il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Kapital fiss gross

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-formazzjoni ta' kapital fiss gross f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn fi prezzijiet kurrenti tas-suq u fi prezzijiet kostanti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Taxxi diretti/indiretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex maqsum f'taxxi diretti (taxxa tad-dħul u sigurtà soċjali), taxxi indiretti (VAT, Dwana eċċ.) u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Nefqa rikorrenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa rikorrenti tal-Gvern f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-nefqa rikorrenti tal-Gvern f’Għawdex mill-1999 ‘l hawn kienet hekk: € 1999 37,634,123 2000 39,410,855 2001 44,956,844 2002 44,391,836 2003 46,924,149 2004 49,802,837 2005 47,489,161 2006 48,604,772 2007 48,723,324 2008 52,991,622

Għawdex — Nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern, esklużi fondi mill-Unjoni Ewropea, f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa ta' fondi mill-Unjoni Ewropea matul l-istess snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6675 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli — rapport fuq website tal-Ministeru tar-Riżorsi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli? Jekk huwa responsabbli għal dan, għaliex ir-rapport u l-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli jinsabu fuq il-website tal-Ministeru tar-Riżorsi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-responsabbilità għall-Iżvilupp Sostenibbli hija waħda li taqa’ f’idejn kulħadd f’dan il-pajjiż. Ir-responsabbilità ta’ koordinazzjoni taqa’ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli qed tkun reveduta u aġġornata u għandha tkun ippubblikata fi żmien qasir. Id-dokument rivedut ser jitpoġġa fuq il- website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. www.opm.gov.mt

Pulizija Għawdxin — faċilità ta' medical investigation room

Question

Fil-każ ta' eżami mediku mit-tabib tal-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Pulizija Għawdxin ikollhom il-faċilità ta' medical investigation room anke f'Għawdex stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li għalissa għad m'hemmx il-ħsieb li Pulizija f'Għawdxin ikollhom il-faċilita' imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Open top double decker bus

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil Supreme Travel li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South? Jista' jgħidilna liema minn dawn l-open top buses qed joperaw fuq ir-rotta tan-North u liema fuq ir-rotta tas-South?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.