Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6604 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — Young People’s Unit

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Xiri tal-Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm irċieva offerti għax-xiri tal-Malta Shipyards? Mingħand min? B'liema prezzijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

organizzazzjoni tal-karnival — kumitat

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min kien kompost il-kumitat li ħa ħsieb l-organizzazzjoni tal-karnival ta' din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn din is-sena l-organizazzjoni tal-Karnival kienet f’idejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ħatar grupp konsultattiv biex jgħin fit-tħejjijiet ta’ l-organizazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Karnival. It-tim kien kompost mis-Sur Adrian Mamo – Chairman tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Ms Davinia Galea – CEO Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti; is-Sur Anton Miceli – Project Manager ta’ l-attivitajiet tal-Karnival mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, flimkien mas-Sinjuri Raymond Mugliett, Joseph Sapiano u George Zahra bħala advisors . Flimkien ma’ dawn kien hemm ukoll il-membri ta’ l-Għaqda Parteċipanti Karnival immexxija mill-President ta’ l-Għaqda s-Sur Jason Busuttil u s-Segretarju ta’ l-istess għaqda s-Sur Brian Bonnici. Fl-organizazzjoni taw is-sehem ukoll nies oħra li tul is-snin dejjem għenu b’mod jew ieħor fl-organizazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Karnival fosthom Mario Camilleri u Alfred Debono.
Leg 11 PQ #6607 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċni tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat — katakombi tal-Lhud - għadam midfuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-għadam li hemm fil-katakombi tal-Lhud fir-Rabat humiex se jiġu midfuna skont ir-rit Lhudi? Xi ftehim intlaħaq mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kemm is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kif ukoll Heritage Malta jaqblu li l-għadam misjub ġewwa l-Katakombi Rumani 10,12,13,14,17A magħrufa bħala ta’ San Pawl, ir-Rabat, għandhom jingħataw dfin skond ir-rit Lhudi. Fil-fatt, fit-23 ta’ Frar 2009 intlaħaq qbil bejn il-komunita Lhudija ta’ Malta u l-Gvern Malti, rappreżentat mis-Sovrintendenza u Heritage Malta, sabiex dan l-għadam jindifen skond ir-rit Lhudi. Skond dan il-qbil l-għadam għandu l-ewwel jiġi dokumentat b’mod xjentifiku f’konformita mal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Wara li jitlesta l-istudju, l-għadam għandu jiġi midfun. Minkejja li r-rappreżentanti tal-Komunita Lhudija f’Malta għażlu li jirtiraw mill-qbil milħuq, kemm is-Sovrintendenza kif ukoll Heritage Malta lesti li jkomplu l-proċess skont kif miftiehem.
Leg 11 PQ #6612 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - Servizz tad-drenaġġ

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 4469 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġieba għal din il-mistoqsija u jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq din is-sitwazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Għaxaq — Ta' Landar - Progress

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 4040 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur u nofs minn meta l-Ministru wieġeb risposta tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk issa jinsabx f'pozizzjoni li jindika progress fuq din is-sitwazzjoni fiż-żona ta' Landar Ħal Għaxaq li ilha pendenti għal 18-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Public Broadcasting Services — Public Services Obligations

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 3884, tista' l-Ministru tispjega: a) Kif il-Public Broadcasting Services skond kif qalet hi, qed tippjana biex tuża bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010 il-€1,164,000 li ġew approvati għal użu matul is-sena 2009 bħala Public Service Obligations? b) Liema fondi ser tkun qed tuża l-Public Broadcasting Service biex taqdi l-obbligi tagħha li jaqgħu taħt Pulic Service Obligation bejn Jannar 2009 u Settembru 2009? ċ) Tindika kif il-Public Broadcasting Service użat il-vot li kien approvat għal użu ta' Public Service Obligation għas-sena 2008 u dan billi telenka liema kienu x-xandiriet u kemm kienu l-ispejjeż biex dawn ixxandru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kull sena l-Gvern jagħti direttivi lill-PBS dwar x’tip ta’ programmi ta’ servizz pubbliku jistenna u kemm għandhom jiġu allokati fondi mill-kontribuzzjoni EPSO (Extended Public Service Obligations) għal kull ġeneru. Għal bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010, il-Gvern ta din id-direzzjoni. Ġeneru € % Programmi tat- tfal 221,291 19 Programmi ta’diskussjoni u ġrajjiet kurrenti 139,762 12 Drama 104,822 9 Programmi edukattivi,kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali 291,172 25 Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra 58,234 5 Trasmissjonijiet ta’ġrajjiet ta’karattru nazzjonali 232,937 20 Programmi Reliġjużi 81,528 7 Trasmissjoni tal-Parlament 11,647 1 Fond ta’ kontinġenza 23,294 2 Nixtieq nagħmilha ċara li dawn iċ-ċifri huma biss indikattivi u mhux finali. Fil-fatt tul is-sena l-PBS u l-Ministru jkollhom laqgħat regolari biex jiddiskutu l-andament tal-programmi EPSO u minn żmien għal żmien jista’ jsir tibdil fl-ammonti imsemmija għal ġeneri speċifiċi. Matul is-sena jista’ jiġri li d-dħul mir-reklamar mistenni minn ċerti ġeneri jonqos jew jiżdied. Għalhekk isiru l-aġġustamenti neċessarji biex jiġi assikurat li l-pubbliku jkun qiegħed jieħu l-aħjar servizz possibbli għall-flus li jingħataw mill-Gvern. Il- Ministeru jagħti direttivi lill-PBS skond is-sena finanzjara tal-PBS jiġifieri bejn Ottubru u Settembru tas-sena ta’wara. Għas-sena Ottubru 2008 sa Settembru 2009, il-linji indikattivi tal-Gvern dwar kif għandu jsir l-infiq huwa ta’ li ġej. Kif spjegata aktar il’fuq, matul is-sena aktarx li jkun hemm ċaqliq minn ġeneru għal-ieħor. Iċ-ċifri eżatti jkunu jistgħu jingħataw wara li jsir l-awditjar taċ-ċifri meta tispiċċa s-sena. Ġeneru€% Programmi tat- tfal 256,231 22 Programmi ta’diskussjoni u grajjiet kurrenti 174,703 15 Drama 139,762 12 Programmi edukattivi,kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali 209,644 18 Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra 58,234 5 Trasmissjonijiet ta’grajjiet ta’karattru nazjonali 209,644 18 Programmi Reliġjuzi 81,528 7 Trasmissjoni tal-Parlament 11,647 1 Fond ta’ kontinġenza 23,294 2 Bhalissa qiegħed isir l-awditjar fuq kif intefqet il-kontribuzzjoni li ta l-Gvern għall-programmi ta’ servizz pubbliku għas-sena Ottubru 2007 sa Settembru 2008. Kif dan jiġi ffinalizzat il-Ministeru jippublika kemm kienet il-kontribuzzjoni ġeneru b’ġeneru u l-lista bl-isem tal-programmi li jibbenifikaw minn kull ġeneru.
Leg 11 PQ #6615 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċji soċjali — direct debit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li mhux kulmin għandu xi forma ta' benefiċċju soċjali, għandu dritt jitlob li l-ħlas għal kull għajnuna jsir b'sistema ta' direct debit fil-kont tal-individwu f'xi wieħed mill-banek? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid liema huma dawk il-benefiċċji li l-ħlas tagħhom irid jiġi mibgħut bil-posta u mhux b'sistema ta' direct debit? Hemm xi raġuni partikolari għal din il-pozizzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa minnu li mhux fil-każijiet kollha wieħed għandu d-dritt li jitlob li l-ħlas ta’ kull għajnuna isir b’sistema ta’ direct credit, jiġifieri l-ħlas issir direttament fil-kont bankarju ta’ l-individwu f’xi wieħed mill-banek. Din il-policy li ma’ jirċievux il-pagamenti bis-sistem direct credit hija biss għal dawk il-benefiċċji mhux kontributorji, jiġifieri dawk il-benefiċċji li wieħed irid jissodisfa t-test tal-mezzi biex jikkwalifika għalihom. Din il-miżura kienet ittieħdet minħabba abbużi li-kienu qed iseħħu, fejn benefiċċjarji kienu jsiefru mingħajr ma’ jirrapurtaw u b’hekk jibqgħu jirċievu l-benefiċċju mingħajr ma’ jkollhom dritt għalih. Dawk li kienu diġa qegħdin jirċievu dawn il-benefiċċji qabel ma’ giet introdotta din il-miżura, baqgħu jirċievu l-pagament direct credit. Il-benefiċċji mhux kontributorji huma dawn li ġejjin:- Għajnuna għal mard Għotja għal Halib Għajnuna Soċjali Pensjoni ta’ l-Eta’ AP Pensjoni tal-Wens Pensjoni tad-Disabilta DP. Din hi s-sitwazzjoni. Billi hi l-proċedura tagħna li jekk jkun il-pagament isir permezz ta' direct credit, se jkun hemm revizjoni tas-sistema tal-pagamenti.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6209, 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.
Leg 11 PQ #6620 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Lunzjata — skart u ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — kors ta' childcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se tibda' l-kors ta' childcare? Kemm hemm applikanti għal dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s–sejħa għal trainers ser toħorg il-ġimgħa d-dieħla u ser iddum miftuħa ħmistax-il ġurnata. Wara li jintemm il-proċess tal-għażla ta’ trainers, jibdew l-arranġamenti biex jibda it-taħrig. Hu antiċipat li dan il-programm ta’ taħrig jibda għall-aħħar ta’ April. Informat ukoll li peress li dan il kors kien ilu magħluq, ma kinitx tinżamm lista ta’ applikanti. Lista ġdida tibda tinġabar malli jinfetħu l-applikazzjonijiet għal dan il-kors.

Valletta — Triq l-Ifran - tibdil fil-main u l-meters ta' l-ilma - dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex talbiet minn residenti fi Triq l-Ifran, Valletta li applikaw għal tibdil fil-main u l-meters tal-ilma f'Novembru għadhom ma ngħataw l-ebda feedback mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhemmx talbiet pendenti li saru f'Novembru minn residenti fi Triq l-Ifran, Valletta għall-service renewals.

MCAST — gymnasium - aktar żgħażagħ li jattendu

Question

Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi biex il-gymnasium fl-MCAST f'Kordin jiġi frekwentat minn aktar żgħażagħ partikolarment tfajliet li mhux isibu din l-opportunità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-gymnasium tal-MCAST huwa miftuħ kuljum għall-istudenti li jridu jagħmlu użu minnu u fil-fatt għandna attendenza kbira ta’ studenti, kemm tfajliet u ġuvintur li jipparteċipaw kemm fil-logħob kompettitiv u kif ukoll fl-attivitajiet mhux kompettitivi li d-Dipartiment tal-Isport jorganizza kemm on campus kif ukoll barra mill-kulleġġ. Studenti u staff jistgħu jżuru il-gymnasium u jużaw il-faċilitajiet u l-apparat meta jridu. Il-faċilitajiet tal-isport fl-MCAST, Kordin huma prattikament mimlijin il-ġurnata kollha u regolarment tintbagħat informazzjoni mid-Dipartiment ta’ l-Isport lill-istituti kollha tal-MCAST biex l-istudenti jiġu informati dwar l-attivitajiet li qegħdin isiru.
Leg 11 PQ #6637 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — numru ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu attwalment in-numru tal-membri tal-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ta' Frar tas-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru attwali sa l-aħħar ta’ Frar kien ta’ 1617 li jinqasam f’98 fil-korp ta’ l-Uffiċjali u 1519 suldati regolari.

Public Broadcasting Services — nefqa għas-siġurtà

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Public Broadcasting Services għal dak li jirrigwardja siġurtà fl-2007 u l-2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-nefqa tal-Public Broadcasting Services Ltd għal dak li jirriġwardja sigurtà fl-2007 u l-2008 kienet kif ġej: 2007 : €16,091 2008 : €51,265