Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq miż-Żebbiegħ sal-Bidnija — Trinek

Question

Billi xi xhur ilu sar xogħol ta' trinek fit-triq li miż-Żebbiegħ twassal għall-Bidnija u dawn l-istess trinek baqgħu ma ġewx mogħtija wiċċ ġdid, u billi dawn l-inħawi minbarra mir-residenti huma wżati minn dawk li għandhom ir-raba' fl-inħawi u minn oħrajn, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jirranġa dawn it-trinek?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq it-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin.
Leg 11 PQ #6577 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pazjenti li jattendu polikliniċi tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew b'emerġenza fil-polikliniċi tal-Gvern li għandna madwar Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk hemmx xi forma ta' follow-up li ssir fuq pazjenti li jattendu dawn il-polikliniċi, ukoll jekk huma ma jirritornawx fil-poliklinika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Toroq li se jingħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu t-toroq f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur li se jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6579 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba li jaħdmu mal-Gvern — Postgraduate

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet qed jistudjaw dawn it-tobba, fejn u kemm huma t-tulijiet tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sponsorships għall-masters/dottorat

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ser ikun hemm sponsorships għall-masters/dottorat mill-Gvern, jew xi entita' tiegħu għas-sena skolastika 2009/2010? Meta ser joħorġu s-sejħiet relatati ma' dawn l-isponsorships? Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux ser ikun hemm xi preferenza partikolari fejn ser jingħataw l-isponsorships?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Supply Teachers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ċerti supply teachers hux qed jiġu msejħa sabiex jgħallmu għal ftit minuti biss kuljum, jew skont il-ħtieġa, xi drabi anke għal 30 minuta jew siegħa waħda biss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema supply fis-settur primarju jiġu mpjegati biex jimlew vakanzi li ma jkunux jistgħu jimtlew b’għalliema oħra regolari. Dawn l-għalliema jkunu mal-klassi l-jum kollu. Fis-sezzjoni sekondarja għalliema supply jingħataw numru ta’ lezzjonijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ l-għalliema supply li qed jimlew vakanzi fl-iskejjel sekondarji ta’ l-istat li turi l-ammont ta’ lezzjonijiet fil-ġimgħa li dawn jagħtu.

Agriculture Waste Management Plan — persuni involuti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6089, jista' l-Ministru jgħid liema persuna/persuni/kumpannija kienet involuta biex tħejji l-Agriculture Waste Management Plan u kemm tħallset din il-persuna/persuni/kumpannija għal dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lir-rapport Agricultural Waste Management Plan tħejja mill-kumpanija Sustech Consulting u din tħallset is-somma ta’ €148,850,45 għal dan ix-xogħol.

Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar kif kien maqsum l-investiment barrani ta’ €417 miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li għaddiet u liema kienu dawk il-kumpanniji li għamlu dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Diskussjonijiet Bejn Malta u Brażil — Kumpanniji li joperaw fiż-żewġ pajjiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss ma’ delegazzjoni Brażiljana li xi ftit tal-jiem ilu kienet f'pajjizna? Jista’ jgħid jekk hemmx prospetti pożittivi għall-ħidma bejn Malta u l-Brażil u kumpanniji rispettivi li joperaw fiż-żewġ pajjiżi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kwestjoni fuq late renewal charge

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-Awtorità dwar it-Trasport dan l-aħħar introduċiet late renewal charge kemm għar-road licence kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-karozzi, iżda wara li intebħu li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn Avviż Legali, inħarġet ċirkolari min naħa tagħhom stess fejn qalu li b’seħħ immedjat kellhom iwaqqfu ż-żamma ta’ dawn il-multi li kienu ta’ €2 u €30 rispettivament u li kellha tinġabar lista ta’ dawk kollha li laħqu ħallsu bil-ħsieb li jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Swatar — Triq is-Swatar u Triq Ġużè Ellul Mercer

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2242 tal-2006 li kienet tgħid li Triq is-Swatar, Swatar, Msida kellha bżonn traffic calming measures, fosthom sleeping policemenu dan minħabba li hemm skola u hemm diversi okkażjonijiet ta' karozzi li jgħaddu bi speed eċċessiv, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu din il-materja bħala urġenti u tara il-bżonnijiet reali ta' din it-triq qabel ma jkun hemm xi inċident? Jista' jara wkoll li jsir traffic assesment fi Triq Ġużè Ellul Mercer, Swatar, fejn bejn li hi l-unika triq two way,bejn li tgħaddi xarabank u li hemm ħafna garaxxijiet , forsi huwa lok li din tkun one way?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6596 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ fuq vacancy

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4898 u wara li ġew approvati l-appointments konċernati, jivverifika l-Ministru li l-informazzjoni mgħoddija lilu fuq il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kienu addirittura skorretti? Jista' jagħmel verifiki ulterjuri u jekk jirriżultalu li dak allegat hu minnu, jieħu passi ulterjuri f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6597 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Talbiet għal revokar ta' permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal revokar ta' permess skond l-artiklu 39 A tad-Development Planning Act minħabba t-twaħħil tas-site notice f'post ħażin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar stess? Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet li kienu tressqu quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġew milqugħa u rifjutati abbażi ta' dan l-iżball?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm talba waħda għal revokar ta' permess skond l-artikolu 39 A tad-Development Planning Act minħabba t-twaħħil tas-site notice f'post ħażin. Dan kien il-permess PA 0230/08 li ġie irrevokat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar waqt il-Bord li nżamm nhar is-26 ta' Frar, 2009. Skond Artikolu 32(4) tad-Development Planning Act 'l-Awtorità għandha tkun responsabbli li twaħħal avviż fis-sit u l-applikant għandu jkun responsabbli li jisgura li l-avviż jibqa' mwaħħal għal perjodu ta' għoxrin jum mid-data li l-avviż jiġi hekk imwaħħal.'

Ħal-Farruġ — Xogħlijiet mill-Awtorità tad-Djar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5408, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir dwar il-problema tal-ilma tax-xita li qed tidħol fil-proprjetà tan-nies u qed tagħmel ħsarat qawwija? Il-kunsill lokali qed jgħid li dan ix-xogħol m'huwiex responsabbli minnu, iżda li suppost kellha tittieħed azzjoni min-naħa tal-Awtorità tad-Djar wara li anke saret spezzjoni min-naħa tal-kunsill lokali flimkien mal-periti tal-Awtorità tad-Djar.

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol ser isir mill-Kunsill Lokali iżda se jkun inkluż fil-finanzjament l-proġett tal-ġnien li qed isir bi sħab ma’ l-Awtorita' tad-Djar.

Kontijiet tal-dawl u l-ilma — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

diesel, petrol u żjut — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq diesel, petrol u żjut separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Refund fuq assistenza lill-istituti filantropiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skema ta' refund jew assistenza lill-istituti filantropiċi li jinsabu f'diffikultà finanzjarja bħad-Dar tal-Provvidenza, l-Arka u istituzzjonijiet oħra li jieħdu refund fuq il-VAT li jħallsu fuq is-servizzi li jixtru, inkluż dak fuq dawl u ilma? Jekk fin-negattiv, jista' l-Gvern iwaqqaf skema li tipprovdi din l-assistenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi baġitarji għad-dispożizzjoni ta’ istituti filantropiċi u għaqdiet volontarji jitħaddmu mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, taħt diversi Items, fosthom Item No. 5070 Support to Voluntary Organisations (€1,070,000), u parti mill-fondi f’Item No. 5463, Energy Support Measures (parti minn €6,987,000).

oġġetti tal-informatika u computers — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq oġġetti tal-informatika u computers separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jaħseb il-Ministru li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċittazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.