Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam ta-saħħa — sejħiet għal promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min u kif jitfasslu s-sejħiet biex jittieħdu l-promozzjonjiet fil-qasam tas-saħħa? Min jiddeċiedi kemm hemm bżonn u minn liema professjoni? Huwa aċċettat li professjoni tkun qed tikkmanda professjoni oħra li fil-job description tagħha m'hemm l-ebda kelma li għandha tagħmel dan? Allura min jiddeċiedi min jikkmanda lil min?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Klandestini — taħriġ edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-attivitajiet edukattivi li jingħataw l-klandestini fil-kampijiet tagħhom? Jista' jelenka ġurnata normali ta' dawn in-nies kif tkun imqassma? Beħsiebu jagħmel riforma ħalli dawn in-nies jibdew jiġu mgħallma snajja' u taħriġ ieħor edukattiv waqt li jkunu f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ġewwa ċ-ċentri ta’ detenzjoni jiġu organizzati diversi programmi edukattivi għall-immigranti rregolari, fosthom taħriġ fil-ħiliet bażiċi tal-ħajja u fil-lingwi (partikolarment l-Ingliż), kif ukoll taħriġ ieħor marbut mal-preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol; jitħejjew attivitajiet sportivi u jiġu pprovduti servizzi li jwasslu għall-orjentazzjoni kulturali ta’ pajjiżna. Infurmat ukoll illi l-ġurnata tipika għal dawn il-persuni tibda bil-kolazzjon u wara dan, numru minnhom jipparteċipaw f’xi wieħed minn dawk l-attivijatiet edukattivi li għadni kif semmejt, filwaqt li oħrajn jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi, partikolarment dak tal-futbol, li jiġi pprattikat ġewwa l-btieħi ta’ rikreazzjoni. Ikun hemm min issirlu l-viżita mit-tabib, oħrajn jattendu għall-appuntamenti li jkollhom per eżempju ġewwa l-isptar jew fil-polikliniċi, mal-uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjat, eċċ. L-ikel jerġa’ jiġi pprovdut għall-ħabta ta’ nofs in-nhar u s-sitta ta’ fil-għaxija.

Kont tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6027, 5808, 5620 u 5266 u ċioè: B'referenza għall-prinċipju tal-kont tas-saħħa li hemm referenza dwaru fid-diskors tal-baġit 2006 paġna 69, jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien għas-snin 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Appartamenti tal-Gvern — Ilmenti fuq il-ħmieġ fil-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6030 u5833 u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-Gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5833.

Gozo Bus Owners Association — Stakeholders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi innovattivi fit-trasport pubbliku f’Għawdex? X’sar s’issa fuq din ir-riforma? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association u ma’ stakeholders oħra f’Għawdex, bħalma huma s-sidien tat-taxis? Ma’ min saru l-laqgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Open-Air Studio għall-produzzjoni tal-Films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi żviluppata faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6459 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Nefqa globali ta' safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — nefqa globali ta' safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birgu — Pjazza - tiswija fuq kanċell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6047 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Peress li l-kanċell li jdawwar l-istatwa ta' Malta fil-pjazza tal-Birgu, sofra xi ħsarat, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' tiswija fuq dan il-monument storiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Privatizzazzjoni tat-Tarnża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Peress li issa n-numru ta' ħaddiema fuq il-kotba tal-Malta Shipyards niżlu għan-numru li xtaq il-Gvern , jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6499 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — full development permit għal-akwarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 6054 u jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex il-full development permit għall-bini ta' akkwarju pubbliku u attrazzjoni marittima fil-Qawra? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u tal-pjanti approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett tal-akkwarju pubbliku hu attrazzjoni marittima fil-Qawra għandu Full Development Permit (PA 2256/07). L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħarġet sejħa għall-kumpaniji li huma interessati jissottomettu offerta għal dan il-proġett. L-offerta trid issir fuq bażi ta’ Design Build and Operate li tfisser li kumpaniji jridu jħejju pjanti ġodda. Dawn il-pjanti jridu jsegwu il-kundizzjonijiet tal- Qawra Coast Development Brief maħruġ mill-MEPA u l-kundizzjonijiet li hemm fil- Full Development Permit. Wara li jintrebaħ il-kuntratt, il-pjanti jridu jiġu sottomessi lill-MEPA sabiex issir emenda għall- Full Development Permit. Għaldaqstant ma nħossx li hu relevanti li l-pjanti eżistenti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6501 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tourist nights

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5965 u jgħid kemm kienu t-turisti u n-numru ta' tourist nights f'Malta mis-snin 1980 sal-lum kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant iżda li tmur lura sa mill-1966.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Toroq — bdil fl-isem

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5925 u 5668 u jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tat-Toroq fi ħdan l-Awtorita Dwar it-Trasport ma nbidilx l-isem tiegħu. Pero il-Gvern iddeċieda li jwaqqaf kumpanija, bl-isem ta' Road Network Ltd biex tingħata r-responsabilitajiet kollħa marbuta mat-toroq. Dan sar bħala parti min ristrutturar li ser iġġib bidla fil mod kif isiru u jiġu mantenuti t-toroq f'Malta.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6515 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bulebel — Sptar privat ġdid

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu u qed jittieħdu mill-Awtorità ta Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikunu protetti l-fdalijiet u s-sit li fuqu qed jinbena sptar privat ġdid f'Bulebel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn riċerka li kient ġabret il-MEPA fl-2000 għall-inventarju nazzjonali tal-wirt kulturali immobbli, kellha tgħarrif li fl-1965/6, waqt li kien qed jinbena ċentru għad-distribuzzjoni tal-ħalib fis-sit in kwestjoni, instabu tliet oqbra tal-perjodu Puniku (daqs 2500 sena ilu). Fuq bażi ta’ din l-informazzjoni fl-Outline Development Permit PA1873/01, il-MEPA għamlet kundizzjoni numru 3 fejn speċifikament talbet illi x-xogħlijiet għandhom ikunu moniterjati flimkien mad-Dipartiment tal-Mużewijiet. B’konformita ma’ din ir-rakkomandazzjoni meta nħareġ il-permess PA3472/07 għat-twaqqiegħ tal-bini eżistenti kif ukoll l-iskavar għall-livelli ta’ basements , il-kundizzjoni numru (4) kienet tispeċifika illi x-xogħlijiet kollha għandhom jiġu spezzjonati minn persuna mħarrġa fl-arkeoloġija. Il-kundizzjonijiet kienu jeħtieġu wkol li l-applikant jagħmel tajjeb b’Garanzija Bankarja li tammonta għal €60,000, sabiex jiġi assigurat li dawn il-kundizzjonijiet jiġu osservati. Fil-fatt, dawn il-kundizzjoni ġew rispettati mill-applikant u f’Ottubru 2008 il-MEPA kienet mgħarrfa mill-arkeologi appuntati biex jimmonitorjaw ix-xogħlijiet, illi kienu nstabu żewġ oqbra waqt li kien għaddej ix-xogħol. F’Ottubru u Novembru 2008, hekk kif tkompla x-xogħol, nstabu aktar oqbra u dan wera ċar illi s-sit kien ta’ importanza arkeoloġika konsiderevoli. Il-mod ta’ tħaffir ta’ blat irriżulta f’xi ħsara ta’ xi oqbra peress li kien qed jintuża makkinarju kbir. Għaldaqstant, fid-9 ta’ Diċembru 2008 il-MEPA ippublikat Ordni ta’ Emerġenza għall-Konservazzjoni skond kif provdut f’Artikolu 47 ta’ l-Att dwar l-Iżvilupp u l-Ippjanar, 1992 u għandha validita’ ta’ sitt xhur sabiex ikun jistaw isiru l-istudji u l-konsultazzjonijiet meħtieġa filwaqt li jitħarsu il-fdalijiet arkeoloġiċi misjuba. Din l-Ordni ma tippermetti l-ebda intervent li jista’ jirriżulta fi ħsara lill-fdalijiet misjuba, kif ukoll jobbliga lill-perit/applikant sabiex fi żmien tliett xhur (sad-9 ta’ Marzu 2009) jissottometti miżuri u disinji alternattivi lill-MEPA b’mod li l-oqbra jiġu konservati. F’kommunikazzjoni lill-MEPA datata 13 ta’Jannar 2009 ll-perit informa lill-MEPA li mhux possibbli li jinbidlu l-pjanti, u b’konsegwenza l-oqbra għandhom jinqerdu. Sa dan it-tant, saru tlett laqgħat bejn l-applikant u l-perit, il-MEPA u s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali sabiex tinstab soluzzjoni li tikkonserva l-oqbra filwaqt li jkun jista’ jitkompla l-iżvilupp b’xi emendi. L-applikant qed jikkopera bis-sħiħ mal-MEPA u l-SWK. S’issa, nstabu total ta’ tlettax-il qabar, li tnejn minnhom huma mkissra, seba’ għandhom xi ħsarat żgħar u erba’ huma intatti. Tnejn oħra kienu diġà ġew meqruda fl-1965/6. Mill oqbra misjuba, tnejn ġew investigati b’metodoloġija arkeoloġika u xjentifika. Jirriżulta li dawn iż-żewġ oqbra kienu diġà ġew misjuba fil-passat u l-fdalijiet ta’ ġo fihom mħarbta. Ma dan kollu, xorta waħda kien għad fihom fdalijiet umani artikolati kif ukoll bċejjeċ tal-fuħħar, fosthom lampi taż-żejt. Ħamsa oħra għadhom fi stat tajjeb u għadhom ma’ ġewx investigati xjentifikament, għalkemm investigazzjonijiet preliminari juru illi dawn l-oqbra għad fihom fdalijiet umani artikolati kif ukoll bċejjeċ tal-fuħħar varju. Din hi waħda mill-ikbar konċentrazzjonijiet t’oqbra Punici li nstabu barra miż-żona tar-Rabat/Mdina. Barra min dawn l-oqbra, inkixfu għadd ta’ kanali tad-dwieli u elementi oħra mqatta’ fil-blat ta’ żmien ilu, filwaqt li ġie innutat li fil-qiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ adjaċenti mas-sit hemm ġebel kbir normalment assoċjat ma’ perjodu Klassiku (Puniko-Ruman). Preżentament ix-xogħlijiet ta’ investigazzjoni għadhom għaddejjin mill-arkeoloġi bid-direzzjoni tas-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali. Il-MEPA għada tistinka sabiex tinsab soluzzjoni denja u fl-iqsar żmien possibbli.

Dħul tal-Gvern mill-VAT

Question

Jista’ l-Minsitru jghid kemm daħħal il-Gvern mill-VAT f’Jannar li għadda? Kemm kien hemm sidien li nqabdu ma jagħtux ircevuta tal-VAT? Minn liema settur tal-ekonomija kienu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul ix-xahar ta’ Jannar 2009, id-Dipartiment tal-VAT daħħal is-somma netta ta’ €40,790,206. Matul l-istess xahar kien hemm 55 sid li nqabdu ma jagħtux irċevuta tal-VAT. Dawn kienu maqsuma kif ġej: Retailers Manufacturers Restaurants/Bars Services 34 3 9 9

Ammont ta' diesel u petrol mingħajr ċomb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont totali ta’diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuza mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuza minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eżenzjoni mill-income tax għan-nisa li jidħlu lura għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex tidħol fis-seħħ l-miżura mħabbra fl-aħħar budget li permezz tagħha kull omm li diġa' taħdem jew li m'ilhiex nieqsa mix-xogħol ħames snin, u li tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha t-tfal, tingħata sena eżenzjoni mill-income tax, għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'l quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.