Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ħadu l-benefiċċju tal-mard bejn Jannar 2008 u Diċembru 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li ħadu il-benefiċċju għal mard bejn Jannar 2008 u Diċembru 2008 huwa ta’ 25,945.
Informat ukoll illi minn dan in-numru kien hemm 6,564 li talbu u tħallsu il-benefiċċju għal mard għal iżjed minn darba matul is-sena 2008.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibda x-xogħol strutturali fuq l-Isptar tar-Riabilitazzjoni li ssemma fil-Parlament? Fejn se jinbena dan iċ-ċentru? Kemm huwa stmat li ġej jiswa? Meta jaħseb li se jkun lest? Kemm se jkollu kapaċità li jokkupa sodod? Liema servizzi se joffri?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għadha ma tteħditx deċiżjoni finali dwar fejn ser tiġi mwaqqfa il-faċilita' ta' riabilitazzjoni. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, flimkien mad-Diviżjoni tas-Saħħa għaddejjin bi proċess li ser iwassal għat-tfassil ta' Medical & Design Brief. Dan huwa dokument li jispjega s-servizzi kollha li ser jingħataw minn din il-faċilita' u jispjega wkoll kif din il-faċilita' ser tiffunzjona. Il-Ministeru qiegħed ukoll jevalwa numru ta' siti potenzjali li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop. Id-deċiżjoni finali tittieħed meta tkun inġabret l-informazzjoni kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jista' jkollhom flus il-bank persuni bi bżonnijiet speċjali qabel ma jibdew jitilfu l-benefiċċji li għandhom? Kemm trid tkun is-somma sabiex jiġu ntaxxati? Il-bank huwa fl-obbligu li jieħu 15% fuq din is-somma, jew din tibqa' għażla tal-individwu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318) ma’ hemmx limitu ta’ kemm persuna bi bżonnijiet specjali jista jkolla flus il-bank. Madanakollu, il-mezzi tagħha fil-ġimgħa ma’ jridux jeċċedu l-Paga Minima Nazzjonali applikabbli lil persuna ta’ tmintax-il sena jew iżjed, kif stabbilita’ b’Ordni ta’ Standard Nazzjonali skond l-Att dwar il-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg u Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li ilhom jirreġistraw iktar minn 10 snin:
bejn 5 u 10 snin
bejn 4 u 5 snin
bejn 3 u 4 snin
bejn 2 u 3 snin
bejn 1 u 2 snin
bejn sitt xhur u sena?
Xi kwalifiki għandhom dawn in-nies u liema xogħol qed ifittxu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, waslulux rapporti ta' ħaddiema li qed jgħaddu ġimgħat u xhur bla ma jieħdu l-paga? X'jista' jsir sabiex din is-sitwazzjoni tkun irranġata sabiex tittaffa t-tbatija ta' dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li meta jiġu individwati każi fejn ikun allegat li ma tħallsitx il-paga skont il-liġi, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jagħmel l-investigazzjonijiet meħtiega fil-post tax-xogħol konċernat. Jekk jirriżulta li l-pagi ma tħallsux, issir talba lill-prinċipal biex iħallas l-ammonti dovuti lill-ħaddiema. Jekk dawn il-pagi jibqgħu ma jkunux imħallsa, kif ikun talab id-Dipartiment, jittieħdu l-passi neċessarji kontra l-prinċipal quddiem il-Qorti talli jkun naqas li jħallas il-pagi skond il-liġi.
Peress li issa sfortunatament għandna numru ta' ażjendi li qed jaħdmu fuq il-4 day week, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux xi talbiet matul is-sena 2008 u 2009 sabiex xi ażjendi jmorru għal 3 day week? Jekk għandna minn dawn l-ażjendi li qegħdin fuq 3 day week, jista' jgħid liema huma?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda talba lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg biex xi azjenda tmur fuq 3 day week.
Għawdex — Linji gwida fir-rigward tal-agro-turiżmu
Question
Peress li huwa fatt li t-turiżmu f'Għawdex huwa staġjonali u jekk irridu li ngħelbu din l-istaġjonalità hemm bżonn li noħolqu iktar niċeċ turistiċi f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li tinħoloq policy u jsiru linji gwida fir-rigward tal-agro-turiżmu u jingħataw inċentivi għal dawk il-proġetti ta' żvilupp sostenibbli li jsiru f'Għawdex bi skop ta' agro-turiżmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għawdex għandu potenzjal li jidħol fin-niċċa ta’ turiżmu rurali. Il-gvern fil-politika tiegħu nazzjonali għat-turiżmu jagħraf u qed jaħdem sabiex Għawdex jiġi żvilluppat fi gżira ekoloġika. F’dan il-qafas, Għawdex għandha tiġi rreklamata għall-esperjenza rurali li tista’ toffri. Ninsab infurmat li hemm entitajiet differenti li qed jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw dawn il-linji gwida.
European Social Fund — fondi għal proġetti f'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ġew approvati u allokati għal Għawdex fis-sena 2008, li jikkwalifikaw għal fondi taħt l-European Social Fund tal-Unjoni Ewropea? Tista' tgħid l-ammont ta' fondi approvati għal kull proġett u s-sena meta jsir l-aħħar pagament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li, fis-sena 2008, taħt l-European Social Fund tal-Unjoni Ewropea ġew approvati żewġ proġetti li huma Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce u Higher Education Courses to Address Skills Mismatches in Gozo. L-istima għal dawn il-proġetti, (vat inkluz), hija ta' €124,852 u €269,484 rispettivament. L-aħħar pagamenti huma ppjanati li jsiru fis-sena 20011 u 2013 rispettivament.
Għawdex — mira biex ikompli jsir destinazzjoni unika u speċjali
Question
Peress li l-Gvern kien iddikjara li l-mira tiegħu hi li sas-sena 2015 Għawdex ikompli jsir destinazzjoni unika u speċjali kemm għall-Maltin, imma b'mod speċjali għall-barranin li jżuruna, tista' l-Ministru tgħid x'hemm ippjanat biex din il-mira tintlaħaq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-vizjoni tal-Gvern sas-sena 2015 tinkludi firxa wiesa' ta' inizjattivi li jridu jittieħdu fuq numru ta' snin biex pajjiżna jilħaq il-livelli li l-Gvern qed jaspira li jilħaq għal pajjiżna. Fosthom insibu viżjoni biex Għawdex isir gżira ekoloġika li apparti li tippreserva l-karatteristiċi naturali tal-gżira sservi wkoll biex tiġbed turiżmu intern kif ukoll barrani lejn Għawdex.
Għawdex — enerġija alternattiva għall-użu domestiku
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'politika ġdida qed tiġi adottata fir-rigward ta' l-użu ta' enerġija alternattiva sabiex il-gvern jagħmel minn Għawdex proġett pilota ta' kif nistgħu niġġeneraw l-enerġija kollha għall-użu domestiku permezz ta' enerġija alternattiva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minħabba li Għawdex qed igawdi mill-iskemi offruti mill-Gvern fuq skala nazzjonali, qed isir xogħol ta' preparazzjoni fuq miżuri li għandhom iwasslu biex proporzjon għola mill-enerġija kkunsmata f'Għawdex tiġi minn sorsi alternattivi.
Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ġew approvati u allokati għal Għawdex fis-sena 2008 li jikkwalifikaw għal fondi taħt l-Structural and Cohesion Funds tal-Unjoni Ewropea? Tista' tgħid l-ammont ta' fondi approvati għal kull proġett u s-sena meta jsir l-aħħar pagament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li, fis-sena 2008, taht il-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea ġew approvati tliet proġetti għal Għawdex li huma Upgrading of Operating Theatre and Setting up of a Radiology Unit at the Gozo General Hospital;Reconstruction of Part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road u Upgrading of Villa Rundle Gardens. L-istima għal dawn il-proġetti, hija ta’ €3.26m; €9.477m u €2.477m rispettivament.
L-aħħar pagamenti tar-
Radiodiology\Operating Theatre
u ta’
Xlendi\Ta’Pinu Road huma ppjanati li jsiru fis-sena 2010 filwaqt l-aħħar pagament tal-
Villa Rundle
mistenni li jsir fis-sena 2011.
Peress li llum, meta l-ħidma ewlenija saret iddur madwar l-informatika u l-komunikazzjoni u l-aktar ħaġa prezzjuża għall-bniedem sar l-għerf, dak li taf tagħmel, it-tagħlim, tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu biex dan l-għan ikompli jiġi milħuq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħiliet ta’ l-għalliema fl-informatika, qed jiġu mħarrġa b’mod sistematiku skond pjan imfassal fuq sena u li għandu jibqa’ sejjer għal tul ta’ żmien sakemm jibqgħu jiġu żviluppati u wżati teknoloġiji ġodda fil-klassi. Filwaqt li fil-primarji qed ikun hemm grupp żgħir ta’ għalliema li qed jgħinu lill-għalliema tal-klassi jużaw it-teknoloġija, fis-sekondarja l-għalliema qed ikollhom sagħtejn dedikati għall-eLearning fil-Professional Development Sessions. Ma’ dawn hemm numru ta’ korsijiet li l-għalliema jistgħu japplikaw għalihom b’mod volontarju biex ikomplu jwessgħu l-ħiliet teknoloġiċi.
Huwa rilevanti li:
· Fuq firxa ta’ tliet snin saru kważi 7,000 programm ta’ ECDL.
· Saru diversi taħdidiet kemm ma’ studenti kif ukoll ma’ għalliema u ġenituri dwar kif wieħed jieħu l-aħjar mill-internet filwaqt li jevita l-perikli. Ma’ dawn it-taħdidiet tqassmu diversi kotba u fuljetti ta’ tagħrif.
· L-istudenti ġew offruti
software
issussidjat.
· Inbidlu l-kompjuters kollha fl-iskejjel.
· L-għalliema kollha għandhom
laptop
.
Matul l-2008 sar taħriġ għall-għalliema kollha permezz ta’
Professional Development Sessions
. Din is-sena skolastika wkoll qed isir taħriġ, f’wieħed mill-
Professional Development Sessions
, għall-għalliema ta’ l-iskejjel Primarji u Sekondarji. Inħadem ukoll pjan għas-sena skolastika 2008-2009 fejn l-għalliema tal-Istat jitħarrġu fi gruppi żgħar fuq ħiliet varji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
eLearning
. Dawn ivarjaw minn użu ta’
Interactive White Boards
fl-iskejjel fejn jeżistu sa kif jintużaw ċerti programmi u kif l-istudenti jistgħu jiġu mgħallma jużaw l-għodod ħalli jitgħallmu aħjar.
Sar stħarriġ fost l-għalliema kollha tal-Istat biex jiġi stabbilit il-livell ta’ preparazzjoni li għandhom fir-rigward tal-istrateġija. L-iskop kien li jingħarfu l-bżonnijiet fit-tip ta’ taħriġ li jkun meħtieġ jingħata.
Inħadem pjan li se jibda f’Jannar 2009 biex l-għalliema juru u jaqsmu bejniethom l-aqwa prattiċi fl-
eLearning
.
Għar-rigward il-ħiliet ta’ l-istudenti, qiegħed jinħadem it-tfassil mill-ġdid tal-ħiliet li t-tfal mill-Primarja sas-Sekondarja għandhom ikollhom fl-ICT. Dan huwa bi preparament għal qafas ġdid tal-Kurrikulu Nazzjonali. L-għalliema ta’ l-
eLearning
li jduru minn skola għal oħra qed jgħinu lill-għalliema tal-klassi biex jużaw l-għodod il-ġodda u fil-proġetti ta’ matul is-sena jużaw kemm jista’ jkun it-teknoloġija.
Sadattant tfassal skedar ġdid għall-Kurrikulu tal-ECDL li għandu jibda jitħaddem f’Settembru 2009. Fl-istess waqt inħadmet sistema ġdida kif l-istudenti jistgħu joqogħdu għall-eżamijiet tal-ECDL (għall-verżjoni li hemm bħalissa u li titkompla għall-verżjoni l-ġdida) li tibda titħaddem f’Lulju 2009.
L-għalliema (inklużi tal-Knisja (12) u Indipendenti (1)) tal-
Computer Studies
għaddejjin minn programm ta’ taħriġ fil-Java. Lejn l-aħħar ta’ Frar 2009 ikun hemm it-tieni grupp t’għalliema li se jagħmlu l-istess kors.
Awtorità dwar it-Trasport — dewmien biex jinħarġu n-number plates
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala persuni li importaw karozza second hand, u jmorru l-Awtorità dwar it-Trasport biex iħallsu r-registration qed ikollhom jistennew sa tliet ġimgħat sabiex jingħataw in-number plates?
Response (GATT, AUSTIN)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi speċifikament għall-karozzi second hand impurtati minn barra l-UE. Id-dewmien f'dawn il-każi ġej mill-fatt li l-importaturi ma setgħux jipprovdu ċertifikazzjoni ta' emissjonijiet konformi man-norma Ewropej. Ninsab infurmat li l-importaturi sabu soluzzjoni għal din il-problema u r-reġistrazzjoni ġejja lura għan-normal.
Għawdex — ħaddiema Maltin inaddfu l-Qasam Industrijali tax-Xewkija u ta' Dbiegi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ħaddiema Maltin qed jittellgħu Għawdex sabiex inaddfu l-Qasam Industrijali tax-Xewkija u ta' Dbiegi? X'inhi din ir-raġuni? Għaliex mhux jintużaw ħaddiema Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Industrial Parks għanda group ta’ ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tindif ġenerali tal-industrial areas. Ix-Xewkija u Ta’ Dbiegi huma areas li jaqaw taħt ir-responsabilita tal MIP, għalhekk dawn jiġu imnadfa ukoll min MIP.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tammonta il-ħsara totali li saret fid-detention centre ta' Ħal Safi fit-2 ta' Frar 2009? Kemm intuża gas tad-dmugħ u fire extinguishers? Kemm-il saqqu, gvieret, lożor u mħaded ġew maħruqa? Min ħallas ta' din il-ħsara kollha, il-Gvern Malti jew l-Unjoni Ewropea?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fid-data msemmija, numru ta’ immigranti fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi, irvellaw filgħaxija u waqt dan l-irvell kissru partijiet mill-fence tal-bitħa u taw in-nar lil tliet saqqijiet. Sabiex ikkontrollat dan l-irvell kella tintuża Grenade tal-gas tad-dmugħ u tnax -il fire extinguisher. L-ispiża totali tal-ħsarat, li tammonta għal € 325.64, ser titħallas minn fondi pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża totali li l-gvern ħareġ biex żamm l-immigranti illegali fid-detention centres fis-snin 2005 sa 2008 (ikel, xorb, ħasil, mediċini, ilma, ħsarat, suldati, casuals, overtime eċċ.)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm casual/detention officers fil-Ħal Far u Ħal Safi detention centres? Kemm huma l-etajiet tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 166 persuna ingaġġati bħala Uffiċjali Temporanji tas-Servizz tad-Detenzjoni. Dawn huma mqassmin bejn iċ-ċentri tad-detenzjoni ta’ Lyster u dak ta' Ħal Safi. L-eta’ tagħhom tvarja bejn il-25 u s-60 sena.
Ħal Safi u Ħal Far — Immigranti illegali li ħarbu mid-detention centres
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' immigranti illegali li ħarbu mid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal Far fis-sena 2008? Kemm minn dawn qatt ma nqabdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ immigranti rregolari li rnexxielhom jaħarbu miċ-ċentri ta' detenzjoni ta’ Lyster u Ħal Safi matul is-sena 2008 kien ta 218. Minn dawn, hemm 106 li għadhom ma nqabdux.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' scabies kien hemm fid-detention centre ta' Ħal Safi u Ħal Far fis-sena 2008? Kemm intuża Denbac M fl-istess żmien?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskabbja mhijiex marda li t-tobba huma obbligati jinnotifikaw. Għalhekk ma jinżammux rekords preciżi tan-numru ta’ każijiet.
Ta’ min jgħid iżda, li fis-sena 2008 id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għadda 610 doża ta’ Derbac M biex jintużaw fid-
detention centres
. Dawn id-dożi ntużaw biex:
1. jiġu trattati immigranti li kellhom l-iskabbja,
2. jiġu trattati immigranti li ġew f’kuntatt ma’ persuni li kellhom l-iskabbja,
3. għal mard ieħor fejn id-Derbac M huwa indikat.
Informat ukoll li jista’ jkun hemm immigranti oħrajn li ngħataw Derbac M direttament mid-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-iSptar Boffa, iżda ma tinżammx statistika dwar jekk l-immigranti jkunux fid-
detention centres
jew fil-komunita.
JRS — lectures lis-Suldati, suldata casual, u casual officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew mogħtija ċ-ċertifikati mil-JRS lis-suldati u lis-suldati casual u lill-casual officers li attendew għal-lectures mogħtija mill-JRS? Min ħallas ta' dawn il-lectures il-Gvern Malti jew l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sena li għaddiet is-Servizz ta’ Detenzjoni, wara diskussjonijiet mal-JRS, UNHCR u Red Cross, embarka fuq programm ta’ taħriġ. It-taħriġ ġie koordinat mill-JRS li applika għal fondi mill-UE biex dan it-taħriġ seta’ jiġi organizzat fuq perjodu ta’ tnax-il xahar. Il-programm kien immirat li jipprovdi taħriġ speċifikat lill-membri kollha tas-Servizz ta’ Detenzjoni, inklużi suldati u Uffiċjali Temporanji Servizz tad-Detenzjoni, u kull minn attendih ġie mogħti ċertifikat.