Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6835 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cost accounting exercise

Question

Jista ' l-Ministru jgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, giet appuntata biex tagħmel cost accounting exercise fl-Isptar Mater Dei u jekk ġietx appuntata wara ħruġ ta' tender jew b'direct order ? Jekk b'tender min kienu l-applikanti, x'kienu r-rati u fuq liema bażi ġiet appuntata l-persuna magħżula? Jista' jgħid x'esperjenza għandha d-ditta li isimha qed jingħata b'mod separat fl-operat ta' sptar tad-daqs ta' Mater Dei kif ukoll kemm-il persuna qed taħdem fuq l-eżerċizzju ta' cost accounting ? Jekk b'direct order għaliex intgħażlet din id-ditta, kemm hija s-somma li qed titħallas, kemm se jdum għaddej dan l-eżerċizzju u kemm se tkun in-nefqa totali ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6836 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Gwann — Studju tal-kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-istudju li l-kunsill lokali ta' San Gwann skond artiklu 33 (i) ta' l-Att dwar il-Kunsill Lokali kien talab lill-Gvern ċentrali biex jagħmel, dwar l-impatt li l-attivitajiet relatati ma' l-operat taċ-Chiswick House School, Kappara qed iħallu fuq ir-residenti ta' Triq Antonio Schembri fil-Kappara u tal-madwar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-istudju dwar l-impatt li l-attivitajiet relatati ma’ l-operat tac-Chiswick House School, Kappara sar mic-Chiswick House School stess u mgħoddi lill-Kunsill Lokali San Ġwann. Minn naħa tiegħu, il-Kunsill evalwa dan ir-rapport u ressqu wkoll għall-konsultazzjoni tar-residenti tal-madwar.

Ħitan tas-sejjieħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5198, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw il-ħlasijiet pendenti għas-sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ lill-bdiewa li għandhom dan il-ftehim mal-Gvern minħabba li dan il-proċess issa qed jitwal mhux ħażin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’Diċembru 2008 saru l-pagamenti lil 650 benefiċjarju għas-snin 2007 u l-2008. L-ammont imħallas jammonta għal €486,367.50. Infurmat ukoll li għadhom qed isiru verifiki fuq l-applikazzjoni tal-bqija tal-benefiċjariji sabiex ikun jista’ jsir il-pagament dovut. Dan hu eżerċizzju pjuttost kumpless u laborjuż li jrid iż-żmien tiegħu sakemm jiġi kkalkulat korrettement il-pagament dovut lil kull benefiċjarju.

Salina — Sukkurzju

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6572, jista' l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' dan ix-xogħol li se jsir fuq il-post? Liema partijiet tal-ħitan huma mistennija li jiġu msaħħa b'dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — traffic lights/pelican lights

Question

Billi numru ta' traffic lights/pelican lights li hemm approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar għadhom sal-lum ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għaliex dawn għadhom ma twaħħlux u fl-istess ħin jittieħdu l-passi neċessarja biex dawn jitwaħħlu u jibdew jaħdmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed jiġi preparat tender għall-istallazzjoni tal- Pelican lights imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant. Dan ix-xogħol jkun jista jinbeda la darba jiġu allokati l-fondi meħtieġa.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati second hand carsimportati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Search and Rescue Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn dawn l-ammonti ta' flus jidħlu preċiżament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel sabiex jirritorna lura f'idejn il-Gvern Malti dik l-art tal-Qawra li l-valur tagħha huwa approssimattivament ta' €23,000,000 li mill-Maltacom għaddiet Tecom Investments?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.

Sponsorships mill-Arts Council

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista' tal-isponsorships li ngħataw mill-bidu tas-sena 2008 sal-lum mill-Arts Council? Tista' tgħid kemm u liema minnhom ġew rifjutati, flimkien mal-kriterji applikati fl-aċċettazzjoni u fir-rifjut ta' talbiet simili? Napprezza wkoll jekk ningħata l-ammonti ta' l-isponsorship involut.

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #3230 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex- Casino

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-passat, il-Gvern ħareġ sejħa għal tender u l-operatur li ħada m’għamilx użu mill-permess f’Għawdex. Bħalissa l-Gvern qed jara l-possibilita’ li dan il-permess f’Għawdex ikun parti minn proċess sħiħ, fejn jinħareġ tender meta l-Gvern jara li hu iż-żmien propizju li jiġri dan.

Drainage Section — Time-in-lieu

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħaddiema tad-drainage section tat-TSB qed jiġu sfurzati mid-Direttur għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel biex jaċċettaw biss time-in-lieuminflok flus biex jitranġaw il-ħsarat konsiderevoli li hemm fuq is-sistema tad-drenaġġ fix-shafts tal-Head Office tal-Edukazzjoni, Furjana? Għaliex għal dawn in-nies m'hemmx flus wara n-nefqa esaġerata li kien hemm fuq l-overtime tal-ħaddiema tat-TSB u l-gardening section matul is-sajf li għadda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hekk kif sar ix-xogħol ta’ tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ fix-xafts tal-Head Office tad-Direttorati tal-Edukazzjoni minn ħaddiema tat-Technical Services Branch, ittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn jitħallsu overtime u l-ħlas sar mal-paga tad-29 ta’ Diċembru 2008.

Direttorati tal-Edukazzjoni — Sezzjoni tal-ġarr

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha s-sezzjoni tal-ġarr tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Meta ġiet xolta din is-sezzjoni? Kemm kien fiha nies? Min kienu wieħed wieħed? Fejn tqassmu dawn in-nies sezzjoni b'sezzjoni? X'qed jagħmlu fil-preżent kull wieħed minn dawn in-nies? Tista' tikkonferma jekk hux minnu li meta jkun hemm bżonn ta' ġarr u tqandil qed jinqalgħu n-nies minn fuq ix-xogħol tal-manutenzjoni biex imorru jġorru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Sezzjoni tal-Ġarr tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni kienet xolta fl-20 ta’ Settembru, 2007. Din is-Sezzjoni kien fiha erba’ General Hands. Tlieta minn dawn il-General Hands intbagħtu fl-istores tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni biex jgħinu fit-tqassim tat-textbooks fl-iskejjel u jagħmlu xogħol ieħor ta’ din it-taqsima skond il-ħtieġa. Il-General Hand l-ieħor kien trasferit fl-iskola Primarja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi fuq xogħol ta’ tindif. Meta jkun hemm bżonn ta’ ġarr u tqandil, isir pjan ta’ azzjoni mill- Operations Manager tat- Technical Services Branch dwar ix-xogħol meħtieġ. Hu jieħu ħsieb l-operat kollu tal-ġarr. Normalment il-ġarr jinbeda minn filgħodu u b’hekk jiġi evitat li ħaddiema jinqalgħu minn fuq xi lant tax-xogħol. Dan it-tip ta’ xogħol ma jkunx spiss u ma jkunx itwal minn ġurnata jew tnejn.

Kumpaniji li ġew ikkummissjonati biex jagħmlu xogħol ta' ġarr

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-kumpanniji li ġew ikkummissjonati mid-Direttorati tal-Edukazzjoni biex jagħmlu xogħol ta' ġarr matul dawn l-aħħar ħames snin? Min kienu l-aġenziji waħda waħda? Kemm-il kummissjoni ħadet kull aġenzija? Kemm swiet kull kummissjoni waħda b'waħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

National Curriculum Centre — Numru ta' konferenzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konferenzi fin-National Curriculum Centre ġo Tas-Samra minn mindu fetaħ, xahar b'xahar? Tista' tgħid x'kien is-suġġett ta' kull konferenza u d-dati ta' meta saret kull konferenza? Kemm ġiet tiswa kull konferenza lid-Direttorati tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li minn mindu fetaħ in-National Curriculum Centre ġo tas-Samra sal-2008 saru seba’ konferenzi. L-ispejjeż tal-konferenzi tal-Kunsill tal-Ewropa jinkludu ħlasijiet għal akkomodazzjoni tad-delegati barranin f’lukandi. Data Suġġett Kemm ġiet tiswa 19-23/04/04 Council of Europe Conference Eduation through Sports Lm4437.79 14-18/03/05 Council of Europe Conference Citizenship & Educational Challenge Lm2855.00 09-10/05/05 EUNEC Conference Lm 151.04 26-28/04/06 Council of Europe Conference: How to promote children’s thinking in Europe through investigative learning at school Lm1784.10 24-27/04/07 Council of Europe Conference: A Route to Equality and Fairness in School € 2882.87 15-18/04/08 Council of Europe Conference: Creating opportunities for developing intercultural dialogue € 4140.98

Librerija Nazzjonali — Żjarat minn delegazzjonijiet uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il delegazzjoni uffiċjali żaret il-Librerija Nazzjonali matul dawn l-aħħar ħames snin? Liema kienu dawn id-delegazzjonijiet waħda b'waħda? Liema kienu d-dati ta' kull żjara u minn liema pajjiżi ġew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li matul dawn l-aħħar ħames snin żaru l-Biblijoteka Nazzjonali dawn id-delegazzjonijiet uffiċjali: Sena Delegazzjoni Data Pajjiż 2004 Xejn 2005 Delegazzjoni Spanjola li kienet tinkludi r- Royal Falconer u rappreżentanti tan-nobilta’ Spanjola, fosthom membri prominenti tal-familji tal-Gran Mastri Cotoner u Ximenes 5 ta’ Settembru 2005 Spanja 2006 Xejn 2007 Delegazzjoni immexxija mill-Prinċipessa tad-Danimarka, Benedikte Delegazzjoni immexxija mill-President ta’ l-Ungerija H.E. Mr Laszlo Solyom 9 ta’ April 2007 1 ta’ Ġunju 2007 Danimarka Ungerija 2008 Xejn

Statistika dwar sick leave

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3396, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ma tinżammx statistika dwar is-sick leave separata għas-sezzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Ir-raġuni hi dovuta għan-nuqqas ta' riżorsi umani, ineffiċjenza, jew inkella ma teżistix database?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-database tas-sick leave tinżamm fuq bażi personali għaliex is-sistema ta’ l-informatika li minnha tinġabar l-istatistika ma tindikax is-sezzjoni.
Leg 11 PQ #5099 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa globali fuq Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

EU Cohesion Fund u l-EU Structural Funds — Pagamenti fuq proġetti u skemi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5177 dwar pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-EU Cohesion Fund 2004-2006 u l-EU Structural Funds 2004-2006?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5177.
Leg 11 PQ #6060 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — fiera ta' Madrid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in-nies mqabbda mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jipparteċipaw u jieħdu sehem fil-fiera ta' Madrid għat-Turiżmu li saret bejn 28/01/09 u 01/02/09 kienux awtorizzati li jitilqu mill-Stand ta' Malta fil-5.30pm meta l-fiera kienet tagħlaq fis-7.30pm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kumpanija li tirrappreżenta l-MTA fi Spanja, ddikjarat li dejjem kien hemm xi ħadd fuq l-istand ta’ Malta matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fiera Fitur li saret bejn it-28 u 30 ta’ Jannar 2009 fi Spanja. Kienu preżenti wkoll żewġ uffiċjali għolja tal- Malta Tourism Authority matul l-ewwel jumejn tal-fiera. Meta dawn ma kienux fuq l-i stand , kienu qegħdin jattendu laqgħat ma’ terzi persuni/kumpaniji, fosthom linji ta’ l-ajru, jew kienu preżenti għal xi avvenimenti oħrajn barra mill-fiera, iżda li kienu konnessi mal-fiera.