Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6207, 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tarzna — kumpanniji li tefgħu offerti għall-partijiet differenti ta' l-istess Tarzna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna kienx hemm każi fejn l-istess kumpannija/entità tefgħu offerti għall-partijiet differenti tat-Tarzna? Jekk fl-affermattiv, f'kemm-il każ ġara hekk?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fl-affermattiv, u kien hemm żewġ każi.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Marsa - bini ta' Inċineratur
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-pjanta approvata għal bini ta' l-inċineratur fil-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Group 4 - xogħol klerikali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Group 4 jagħmlu xogħol klerikali fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kemm jitħallsu fis-siegħa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji għandux poter li jobbliga lill-organizzazzjonijiet li jieħdu għajnuna finanzjarja mingħand il-Gvern jew li jiġbru flus mingħand il-pubbliku Malti, jippubblikaw l-audited accounts tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura u kif wieħed jista' jara dawn l-accounts?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Uffiċju tal-Kummissarju beda jopera xi xhur ilu u sal-lum, waqt li organizazzjonijiet volontarji li jarwolaw taħt il-liġi għandhom iżommu l-accounts u jissottomettuhom lill-Kummissarju, għad m’hemmx regoli dettaljati dwar il-kontenut tal-accounts jew il-forma tagħhom. Lanqas m’hemm regoli dwar kif għandhom jiġu riveduti jew audited. Abbozz ta’ l-istess regoli ġie ppreparat u qed jiġi diskuss internament qabel ma jiġi presentat lill-Kunsill għall-Organisazzjonijiet Volontarji u maħrug għall-konsultazzjoni pubblika.
Wara dan il-proċess jiġi maħrug ir-regolament relattiv. Il-ħsieb bħalissa huwa biex l-organisazzjonijiet jiġu klassifikati skond id-daqs u skond jekk jiġbrux mill-pubbliku u regoli għandhom jiġu applikati b’mod li jirrispetta d-daqs u s-sensittivita’ ta’ l-organisazzjoni sabiex jiġi evitat li organisazzjonijiet ikollhom obbligi komplikati u li jinvolvu spejjeż li ma jkunux ġustifikati.
Ninsab informat ukoll li l-Kummissarju jista’ jesiġi l-accounts u kull organisazzjoni li hija arwolata hija trasparenti fis-sens li l-accounts jistgħu jiġu spezzjonati skond l-Artiklu 41 tal-Att dwar l-Organisazzjonijiet Volontarji.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — flus lill-Eden Foundation - finanzi użati sew
Question
Tista' l-Ministru tagħti assigurazzjoni li l-flus li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni qed jgħaddi lill-Fondazzjoni Eden qed jintużaw biss għal edukazzjoni tat-tfal li jattendu l-Eden Foundation u mhux qed jintużaw biex jiffinanzjaw fondazzjoni oħra direttament jew indirettament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni Eden hija marbuta bil-ftehim li kien ġie ffirmat fl-1996 li tibgħat lid-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi rendikont ta’ l-ispejjeż kollha relatati mal-programmi li huma nklużi f’Appendiċi A tal-ftehim. Dan ir-rendikont irid ikun ċertifikat mill-Financial Controller tal-Fondazzjoni Eden.
Skont dan l-istess ftehim, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi huwa obbligat li jirrifondi 60% ta’ dawn l-ispejjeż lill-Fondazzjoni Eden.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lokalità, lokalità matul is-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm hija ta' kemm trabi ġew reġistrati u dan it-total fl-2008 kien ta' 4421. Is-sistema kompjuteriżżata kif inhi bħalissa ma tippermettix li din l-informazzjoni tinġabar lokalita', b' lokalita'.
Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B). Minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Tista' l-Ministru tgħid:
a. Jekk l-
Agribusiness Insitute
iżommx
recors
ta' fejn imorru jaħdmu eks-studenti wara li jispiċċaw il-korsijiet ?
b. Jekk fl-affirmativ, f'liema setturi spiċċaw jaħdmu ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ jieħu interess attiv fil-karriera li jirnexxielhom jiksbu l-istudenti li jsegwu l-korsijiet li jorganizza. Għaldaqstant jipprova jsegwi l-andament tal-karriera ta’ l-istudenti li jispiċċaw il-korsijiet. Madankollu mhux l-istudenti kollha jwasslu tagħrif lura lejn l-Istitut dwar ix-xogħol li jkunu kisbu.
Dawk li jagħtuna tagħrif rilevanti u oħrajn li jkunu kisbu impjieg permezz tal-għajnuna diretta ta’ l-Istitut juru li l-impjiegi li jinkisbu ivarjaw bejn:
a. dawk li jmorru jaħdmu f’negozji agrikoli;
b. dawk li jsibu xogħol bħala supervisors fi proġetti ta’ landscaping;
c. dawk li jsibu xogħol fuq proġetti ambjentali;
d. dawk li jmorru jagħmlu xogħol relatat ma’ ikel;
e. dawk li jaħdmu ma’ manifatturi tal-ġwież;
f. dawk li sabu xogħol ma’ nurseries;
g. dawk li marru jaħdmu fi kliniċi veterinarji;
h. dawk li marru jaħdmu ma rziezet ta’ l-annimali jew taż-żwiemel.
Numru sostanzjali baqgħu ma’ l-Istitut isegwu korsijiet oħra għat-tielet sena konsekuttiva. Oħrajn spiċċaw id-Diploma Kors ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ u mbagħad marru jsegwu kors l-Universita’.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti f' kull kors fil-prezent fl-Agribusiness Insitute?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ bħal issa qiegħed joffri diversi korsijiet li qed jidhru hawn taħt. Fost dawn il-korsijiet hemm korsijiet full-time u oħrajn part-time.
Il-korsijiet
full-time
huma:
Foundation Course in Agriculture
6 studenti
First Diploma in Annimal Care
10 studenti
First Diploma in Agriculture
6 studenti
National Diploma in Agriculture
22 student
Higher National Dipoloma in Annimal Management
7 studenti
Total ta’ studenti jsegwu korsijiet full-time bhal issa 51 student
Il-korsijiet
part-time
huma:
Basics of Gardening
7 studenti
Olive Cultivation in Malta
14-il student
Introduction to Gardening
10 studenti
Introduction to Vinification
6 studenti
Canine Breeds and Grooming
14-il student
Feline Breeds and Grooming
8 studenti
Equine Breeds and Grooming
8 studenti
Principles of Horticulture and Landscaping
9 studenti
Total ta’ studenti jsegwu korsijiet part-time bhal issa 76 student
Total sħiħ 127 student
Tista' l-Ministru tgħid
a. Kemm kien hemm
part-time lecturers
li ħadmu fl-
Agribusiness Insitute
mill-bidu tas-sena skolastika 2008/9 ?
b. Kemm hemm
full time lecturers
jgħallmu ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut tal-Agrikummerċ, minn żmien għal żmien, jimpjega numru ta’ għalliema każwali sabiex ikopri suġġetti jew units li ma jistgħux jiġu trattati mill-għalliema full-time tal-Istitut għax ikunu diġa’ mgħobbijin wisq bi dmirijiet oħra jew għax id-dixxiplini li jkunu intiżi f’dawn is-suġġetti jew units ikunu ta’ natura speċjalizzata u jkunu jeħtieġu trattament minn professjonijisti li jkunu esperti f’dawk is-snajja jew kompetenzi speċifiċi.
Il-firxa wiesgħa tas-suġġetti li jiġu trattati fil-korsijiet tal-Istitut tal-Agrikummerċ jirrikjedu firxa daqstant wiesgħa ta’ nies kwalifikati u mħarrġin f’dixxiplini differenti sabiex imexxu dawn il-korsijiet. L-impjieg ta’ professjonijisti fuq bażi part-time jiżgura li l-istudenti jirċievu taħriġ aġġornat validu u msejjes fl-esperjenza tad-dinja tax-xogħol.
Il-korsijiet part-time li jingħataw filgħaxija huma mgħallma kollha kemm huma minn professjonisti mpjegati fuq bażi part-time.
L-Istitut ta’ l-Agrkummerċ jimpjega ħames għalliema part-time li jgħallmu korsijiet part-time ta’ filgħaxija.
L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ jimpjega seba’ għalliema part-time li jgħallmu diversi suġġetti fil-korsijiet regolari ta’ l-Istitut.
B’kollox, dan l-Istitut qiegħed jimpjega, bħalissa, tnax-il għalliem fuq bażi part-time.
Tista' l-Ministru tgħid, għar-rigward ta' l-Agribusiness Insitute:
a. Xi pjan ta' proġetti għandu bħala viżjoni dan l-Istitut?
b. Kemm qed jirriserva fondi l-MCAST għall-Iżvillup Sostenibli ta' dan l-Istitut?
c. Kemm għandu serer u għelieqi dan l-istitut ?
d. Kemm għandu
livestock
units
?
e. X' tip ta' annimali jitrabbew u jitkabbru f' dan l-Istitut ?
f. Kemm hemm tekniċi / ġardinara /
herdsman
kwalifikati f'dan l-istitut u x'qegħdin iwettqu f'dan l-Istitut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
a) Il-viżjoni tal-MCAST rigward l-Istitut tal-Agrikummerċ hija li joħloq u jiżviluppa Istituzzjoni ta’ taħriġ fil-ħiliet assoċjati mas-settur agrikolu u l-industrija tal-produzzjoni , proċessar u distribuzzjoni tal-ikel. L-MCAST għandu pjan li se jwassal biex dan l-Istitut ikun mgħammar bil-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex studenti – żgħazagħ u adulti – li jsegwu l-korsijiet tal-Agrikummerċ igawdu minn faċilitajiet kemm ta’ lectures formali, kemm ta’ libreriji u riżorsi oħra simili kif ukoll ta’ faċilitajiet produttivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitgħallmu u jitħarrġu anke fuq il-lant tax-xogħol.
L-MCAST għadu kif alloka fondi sostanzjali sabiex dan l-Istitut ikun jista’ isaħħaħ is-sisien tar-riżorsi produttivi tiegħu u speċifikament sabiex isir aktar awto-suffiċjenti f’dawk il-faċilitajiet li huma meħtieġa sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu li joffri taħriġ aġġornat fid-dimensjonijiet kollha, kemm mil-lat teoretiku kif ukoll mil-lat prattiku fl-isfond ta’ sitwazzjonijiet reali, kif ukoll mil-lat ta’ faċilitajiet għal riċerka u esperimenti.
b) L-MCAST qed jirriserva €169,206 għall-iżvilupp Sostenibbli ta' dan l-Istitut.
(c) L-Istitut tal-Agrikummerc bħalissa qiegħed jikkultiva madwar 16.5 tmiem ta’ raba li jinkludu uċuh diversi, siġar taż-żebbuġ u frott irqieq, dwieli, ħwawar diversi, mixtla ta’ siġar indiġeni, żewġ serer, u fjuri.
(d) Mil-lat ta’ trobbija u kura ta’ annimali, dan l-Istitut għamel minn kollox biex jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Qasam tal-Għammieri kif ukoll tal-Koperattivi li joperaw f’dan il-qasam u produtturi u operaturi privati li wrew rwieħom disponibbli biex joffru esperjenza prattika fuq il-lant tax-xogħol għall-istudenti tal-Istitut tal-Agrikummerċ. Id-diskussjonijiet ma’ dawn l-istakeholders differenti għadhom għaddejjin bil-għan li titfassal strateġija ta’ azzjoni li twassal sabiex jinħolqu sinerġiji dinamiċi bejn is-setturi kollha tal-Industrija Agrikola u l-Management ta’ l-Istitut sabiex l-istudenti li jattendu il-korsijiet ta’ dan l-Istitut ikunu jistgħu igawdu minn preparazzjoni moderna, aġġornata u prattika fid-dixxiplini diversi li jinħtieġu biex wieħed ikun jista’ jagħmel karriera soda f’dan is-settur.
(e) Il-livestock units li għandu l-Istitut tal-Agrikummerċ huma units żgħar li l-għan tagħhom huwa aktar wieħed sperimentali biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-istudenti biex iwettqu sewwa l-assignments tagħhom milli biex issir xi produzzjoni konsistenti. S’issa dawn il-units jikkonsistu f’gallinari tat-tiġieġ u fniek u kamra oħra li tospita diversi annimali li jitqiesu bħala pets uħud minnhom eżotiċi.
Mhuwiex maħsub li jkun hemm espansjoni ta’ dawn il-units peress li teżisti sinerġija f’dan il-qasam bejn l-Istitut tal- Agrikummerċ u l-Għammieri.
(f) Fir-rigward ta’ tekniċi, ġardinara/herdsman dan l-Istitut s’issa ma jgawdix servizz ta’ ebda forma ta’ appoġġ tekniku u jistrieħ kompletament fuq xogħol tal-għalliema u ta’ l-istudenti.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari 5177 u 5791 u jagħti lista tal-pagamenti li saru mill-2004 sal-lum fuq proġetti, skemi, eċċ f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, taħt l-European Union Cohesion Fund 2004-2006 u l-European Union Structural Funds 2004-2006 u jgħid:
X’kien l-ammont ta’ kull pagament, maqsum f’fondi ta’ Malta u fondi tal-Unjoni Ewropea;
Lil min tħallsu u fejn hi r-residenza ta’ min irċieva l-pagament: Malta, Għawdex jew xi pajjiż barrani;
Kif kien maqsum kull pagament: xogħlijiet, servizzi, tagħmir, materjal, eċċ. li pprovda min irċieva l-pagament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5177.
Tista' l-Ministru tgħid, għar-rigward ta' l-Agribusiness Insitute:
a. Kemm hu aċċessibbli dan l-Istitut ?
b. Jekk għadx kien hemm xi ħsieb li jkun miftuħ wkoll għal persuni b' xi diżabiltà jew inkella bħalma kien jintuża' fil-passat mill-
Equal Partners Foundation
?
c. Kemm hu t-total tas-salarji ta' kull min qed jaħdem f' dan l-istitut u kemm hu l-persentaġġ tas-salarji tal-
lecturers part-time
?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Inġenerali l-post hu aċċessibbli għal kull persuna ta’ kull abilita’, minbarra ta’ dawk l-inħawi fejn in-natura tas-suġġett ma tippermettix. Per eżempju, huwa diffiċli biex tipprovdi aċċess għall-għelieqi fejn jipprattikaw l-istudenti.
L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ, bħala parti mill-MCAST, li jħaddan il-pathway programme, se jaħdem biex joffri opportunitajiet lil studenti tal-pathway sabiex ikollhom xi esperjenzi ta’ taħriġ vokazzjonali addattat għalihom. Ma dan kollu l-Istitut joqgħod attent li ma jkun hemm periklu għal dawn l-istudenti.
It-total tas-salarji ta’ kull min jaħdem f’dan l-Istitut huwa ta’ €15,424 kull xahar.
Il-persentaġġ tas-salarji tal-lecturers part-time (filgħodu u figħaxija) huwa ta’ 2.7%.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti ċ-ċifri ta' ħlasijiet li saru f'taxxa fuq id-dħul u f'taxxa tas-sigurtà soċjli minn ħaddiema, impjegati u self-employed kull sena, bejn is-snin 2000 u 2008 inklużi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-rispost ser tingħata f'xi seduta oħra.