Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6280 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Flats tal-gvern — kamra fuq il-bejt li qed tagħmel l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' kamra fuq bejt tal-flats tal-gvern li qed tagħmel l-ilma b'dannu għas-sid tal-flat li dettalji tiegħu qed jidhru separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-azzjoni meħtiega.

Forza Armati — full compliment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-full compliment tal-Armata? Kemm hemm bżonn suldati f'ranks differenti biex l-armata twettaq x-xogħol tagħha sew? Meta jaħseb li dawn ir-rekluti sejrin jiġu ngaġġati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-establishment approvat tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 1954 persuna u li fil-preżent il-Forzi Armati ta’ Malta huma komposti minn 1618 uffiċjal u suldati oħra mqassmin kif muri fit-tabella hawn taħt: Complement Strength as at 20 Feb 2009 Vacancies Brigadier 1 1 0 Colonel 6 6 0 Lt Colonel 13 13 0 Major 35 23 12 Captain 32 30 2 Subaltern 42 25 17 WO 1 RQMS 0 0 0 WO 1 28 9 19 WO 2 RQMS 4 0 4 WO 2 62 22 40 SSgt 125 63 62 Sgt 169 113 56 Bdr 309 217 92 LBdr 387 415 -28 Gnr 741 681 60 Sejħiet għall-ingaġġ ta’ suldati ġodda isiru fuq bażi annwali u għaldaqstant il-mili tal-vakanzi jiddependi fuq in-numru ta’ applikanti u kemm minn dawn jirnexxilhom itemmu b’suċċess it-taħriġ tagħhom. Ta’ min isemmi li fil-mument għaddej proċess ta’ selezzjoni biex jidħlu aktar suldati.

Sptar Mater Dei — Inkjesta - ras ta' ġurdien fl-ikel ta nurse fil-canteen

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestietx l-inkjesta li kienet qed issir wara li nstab ras ta' ġurdien fl-ikel ta' waħda nurse fil-canteen tal-ħaddiema ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jekk tlestiet jista' jippublika r-riżultati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li dwar il-każ indikat mill-Onorevoli Interpellant, wara li saret l-investigazzjoni minn uffiċċjali tad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, ttieħdu passi legali kontra l-kumpanija kkonċernata. Għaldaqstant, peress li tali proċeduri legali għadhom sub judice, f’dan l-istadju mhux prudenti li tingħata aktar informazzjoni.

Kampjuni tad-demm u organi oħra meħudin barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża l-kurjer fis-sena 2008 sabiex jwassal l-kampjuni tad-demm u biċċiet oħra tal-ġisem f'laboratorji barra minn Malta? Fejn barra minn Malta jittieħdu l-kampjuni tad-demm u l-biċċiet tal-organi? Kemm ittieħdu b'kollox f'kull post? Jista' jgħid kemm intilfu kampjuni matul is-sena 2008? X'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — teatri

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta huwa ppjanat li jibda jħaddem it-teatri kollha li hemm eżistenti ġewwa l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li huwa ppjanat li jibdew jitħaddmu aktar teatri ġewwa l-iSptar Mater Dei hekk kif jibdew jiżdiedu ir-riżorsi meħtieġa biex isiru l-operazzjonijiet.

Miżura tal-aħħar baġit — taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6037 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-miżura tal-aħħar baġit li min ikollu t-tfal mill-2007 s'issa mhux se jħallas taxxa għal sena, bdietx tiġi attwata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nisa li kellhom it-tfal mill-2007 lil hawn u bdew (jew komplew) jaħdmu wkoll minn dik id-data lil hawn huma ntitolati għal sena eżenzjoni mit-taxxa. L-ewwel eżenzjonijiet huma applikabbli mis-sena bażi 2008 u għalhekk l-eżenzjoni tintalab fil-prospett tat-taxxa li jintbagħat f’Ġunju li ġej. Id-dettalji dwar din l-iskema jinsabu fuq il-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. L-Avviż Legali relatat qiegħed fil-proċess li jiġi pubblikat.

każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.

Restawr fuq l-Istatwa ta' San Duminku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6040 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6552 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6553 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile speed cameras fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-local wardens qed jużaw il-mobile speed cameras fit-toroq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex din l-informazzjoni ma ġietx mgħoddija lill-poplu? F'liema toroq qed jintużaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi m’hemm l-ebda local warden li qed juża’ mobile speed cameras fit-toroq.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax illi kien hemm persuni mpjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa.

Minister għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma kien hemm l-ebda persuna impjegata jew b’kuntratt mal-Gvern li qabżet il-kwota permessa fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħha għall-perjodu 2004-2008.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6592 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tneħħija ta' ħajt

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-Awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6593 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm ta' Monitoraġġ ta' Ħsejjes Ambjentali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2805, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jkun implimentat il-programm ta’ Monitoraġġ ta’ Ħsejjes Ambjentali? Min qed jaħdem fuq dan il-programm u meta bdiet il-ħidma fuqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' Monitoraġġ ta' Ħsejjes Ambjentali skond kif inhu mitlub mid-Direttiva 2002/49, ser jiġi implementat permezz ta' tender CT2006/2009 li ser jinħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Hu ppjanat li t-tender joħroġ dalwaqt. F’dan it-tender sa jiġi mitlub studju bażi fuq il-livelli ta’ ħsejjes u żvilupp għal strateġija ta’ monitoraġġ ta’ ħsejjes ambjentali. Il-MEPA hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ix-xogħol fuq l-implementazzjoni, jibda hekk kif ikun mogħti t- tender . Dan it- tender sa jieħu żmien sena biex jiġi implementat.
Leg 11 PQ #6594 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaż-Żabbar — Hompesch Steel - Ħsejjes

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2805, jista’ l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tat-tweġiba dwar ħsejjes mill-istabiliment imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistqosija numru 2352. Informat li l-istabbiliment imsemmi ma jaqax taħt kompitu tad-Dipartiment kif ġie kwotat u għalhekk huwa kkontrollat mill-Puluzija u Dipartiment tat-Trade, kif stabilit mill-istess liġi.

Kiri ta' vetturi

Question

Peress li f'pajjiżna għandna sitwazzjoni li prattikament min għandu 18, 19, 20 jew 21 sena ma jistax jikri vettura, anke jekk ikollu l-liċenzja, peress li l-aġenziji tal-assigurazzjoni m'humiex lesti jassigurawhom, jaħseb il-Ministru li din hi sitwazzjoni inġusta? X'se jagħmel dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Università ta' Malta — magni tal-condoms

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-magni tal-condoms fl-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fir-rigward tad-deċiżjoni jekk għandhomx jitwaħħlu magni tal-condoms fl-Universita’ (Students’ House), l-Universita’ qed tħalliha f’idejn l-istudenti.