Legislature:
Category:
Reset
Active:

testijiet fuq nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq nagħaġ u mogħoż mis-Servizzi Veterinarji f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar 3 snin? Jista' jgħid f'liema żoni saru dawn l-ispezzjonijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

trobbija ta' mogħoż u nagħaġ

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk id-dipartiment iżommx records ta' trobbija ta' mogħoż u nagħaġ li jkunu qed jitrabbew b'mod illegali? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li d-dipartiment kien jaf bihom ta' trobbija ta' nagħaġ u mogħoż illegali tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jsemmi liema kienu dawn il-każijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37867 peress li annimali kollha li jkunu qed jitrabbew b'mod illegali jkunu mneħħija.

spejjeż fuq festivals

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spiża saret fl-2012 fuq il-Festival tal-Arti għat-Tfal, il-Festival tal-Mużika Barokka u programm artistiku marbut mat-teatru miftuħ fil-Belt Valletta, b’mod separat?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mużew Nazzjonali tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jimxi għall-Berġa tal-Italja? Jista' jgħid xi spiża saret b’rabta ma' dan matul l-2012 ?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

proprjetà żviluppata bħala creative clusters

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett biex proprjetà tal-gvern tiġi żviluppata bħala creative clusters minn gruppi artistiċi, intrapriżi kreattivi u individwi li jixtiequ jinvestu fi studios u workshops? Jista' jgħid xi spiża saret b’rabta ma' dan matul l-2012 ?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

skema għall-awturi, kompożituri u artisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul l-2012 fuq skema mħabbra fil-budget għal din is-sena għal self-employed reġistrati bħala awturi, kompożituri, artisti fl-arti viżiva u f’dik performattiva, fil-film u fid-disinn, li joperaw mill-Belt Valletta? Jista' jgħid kemm ikkwalifikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

skema għall-awturi, kompożituri u artisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul l-2012 fuq skema mħabbra fil-budget għal din is-sena għal self-employed reġistrati bħala awturi, kompożituri, artisti fl-arti viżiva u f’dik performattiva, fil-film u fid-disinn, li joperaw mill-Belt Valletta? Jista' jgħid kemm ikkwalifikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-turiżmu, il-kultura u l-ambjent.
Leg 11 PQ #38372 Sitting 529 2012-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ħaddiema jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li kienu jirreġistraw għax-xogħol f'Ottubru skont il-kategoriji separati, full-time, part-time eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħħar ta' Ottubru 2012, in-numru ta' persuni li kienu qed jirregistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-registru kien ta' 7,013-il persuna. Dawn kienu qed ifittxu xogħol full-time. Kien hemm ukoll 526 persuna li kienu qed jirregistraw fuq it-tielet parti. Dawn kienu qed ifittxu xogħol Part Time.

Xatt tal-Isla — Pjanti tax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38125 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li se jsiru fix-Xatt tal-Isla, kif ukoll it-time frames meta se jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni mitluba. Jien infurmat li x-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar ta' Ġunju tas-sena d-dieħla.

Kumpanija Go — skeda tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel l-Awtorità tal-Komunikazzjoni issa li l-istazzjoni Calypso Music sar GIO (General Interest Objective) biex il-kumpanija Go takkomoda spazju fuq l-iskeda tat-TV tagħha lil xi stazzjoni lokali li għamel upgrade tas-servizz tiegħu bħal fil-każ tal-UTV?

Response (GATT, AUSTIN)

Infurmat li r-rwol ta’ l-MCA hija li tassenja l-frekwenza fir-rigward tal-GIO (‘General Interest Objective’) kif ukoll li tistabbilixxi l-kriterji fir-rigward ta’ l-obbligi tal-‘Must Carry’ u timplimenta l-istess. Fil-kuntest tal-qafas regolatorju li allura jorbot lill-MCA fil-qadi ta’ ħidma tagħha, mhuwiex il-kompitu tal-MCA li: · Hi taghmel is-selezzjoni ta’ dawk l-istazzjonijiet li ser jitqiesu li huma GIO jew tiddetermina kemm stazzjonijiet għandhom jaqgħu taħt din il-kategorija. · Tordna u/jew tindaħal fil- line-up kummerċjali tal-operaturi tat-TV. Din hija deċiżjoni purament kummerċjali ta’ l-istess operaturi tat-TV.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #38389 Sitting 529 2012-11-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola primarja San Ġorġ Preca fil-Ħamrun — rwejjaħ qawwija ta' drenaġġ

Question

Tista' l-Minisru għid għaliex mhix tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li hemm fl-iskola primarja San Ġorġ Preca f'Triq Ġuża Pace Ħamrun peress li minbarra tiolets maħmuġin, qed ikum hemm rwejjaħ qawwija ta' drenaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta inqalgħet il-problema tar-riħa ta’ drenaġġ fl-iskola, is-surmast mill-ewwel irrefera l-każ lill-Precincts Officer li min naħa tiegħu bagħat il-ħaddiema tiegħu. Dawn għamlu x-xogħol meħtieġ fuq il-katusi tad-drenaġġ biex ġiet solvuta l-problema. Il-Precincts Officer spezzjona x-xogħol u kkonferma li l-problema tal-irwejjaħ ġiet solvuta. Rigward l-allegazzjoni li t-toilets huma maħmuġin, il-monitoraġġi kollha li saru wrew li dan mhux minnu. L-indafa tat-toilets tingħata prijorita’ kemm mill-Amministrazzjoni tal-iskola, kif ukoll mill- Precincts Officer li jżur l-iskejjel regolarment biex jassigura l-livell għoli ta’ indafa.

Ċentru tar-Riżorsi tal-Wardija għaż-Żgħażagħ b'Diżabilità — taħriġ fit-tisjir u fix-xogħol tal-kċina

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Wardija għaż-Żgħażagħ b'Diżabilità mhux qed joffri esperjenza edukattiva u ta' taħriġ fit-tisjir u fix-xogħol tal-kċina lil żgħażagħ li jattendu hemm u juru li jridu u kapaċi jaqbdu dik il-linja? Min qed jiddeċiedi li jċaħħad lil dawn iż-żgħażagħ minn esperjenza edukattiva bħal din?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il- programm ta’ Dun Manwel Attard Young Adult Resource Centre huwa bbażat fuq taħrig għall-ħiliet għall-ħajja. L-esperjenza fit-tisjir bażiku tingħata lill-istudenti kollha waqt l-Independent Living Skills.

ITS — esperjenza edukattiva fit-tisjir u xogħol tal-kċina

Question

Tista' l-Ministru tgħid min iddeċieda li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ma joffri l-ebda esperjenza edukattiva fit-tisjir u f'xogħol tal-kċina għal żgħażagħ b'diżabilità li jistgħu jaqbdu dik il-linja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-suġġetti li jiffurmaw il-kors għal studenti b’diżabilita’ offrut mill-ITS ġew magħzula permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni ma’ rappreżentant mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, rappreżentant mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD), kif ukoll bi proċess ta’ konsultazzjoni mal-Board of Studies tal-istess Istitut. Il-kors hu disinjat sabiex iħejji l-ħiliet ta’ persuni b’diżabilità f’oqsma partkulari fl-industrija tat-turiżmu li huma l-“Food and Beverage Service” u l-“House Keeping”.

Katakombi tal-Imqabba — tindif tal-katakombi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38019 u jgħid għaliex il-katakombi tal-Imqabba ma nfetħux għall-pubbliku f'jum l-Imqabba? Veru li dawn il-Katakombi intlew bid-drenaġġ wara li saret ħsara mill-kuntrattur fuq xi katusi? Jista' jgħid meta se jitnadfu sabiex jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.