Legislature:
Category:
Reset
Active:

Standard item of expenditure — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħidx'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sa l-aħħar ta’ Settembru 2008? Jista’ jgħid meta din in-nefqa daħlet fis-sistema tal-Ministeru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permessi fuq art tal-gvern

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5592, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li kellhom permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-gvern li fil-fatt ġew approvati mid-Dipartiment tal-Artijiet u kemm ġew rifjutati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Siti tal-yatch marina u bus terminus

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6483, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma siti maħsuba għall-marinas (tal-yatchs) u bus terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern, permezz tal-Awtorita Marittima kien ikkummisjona rapport sabiex jkunu identfkati siti għall-izvilupp ta’ marinas ġewwa Malta u Għawdex. Peress li dan ir-rapport għadu mhux ffinalizzat l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Meta jkun iffinaliżżat, ir-rapport ser jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika. Dwar siti sabiex jintużaw bħala bus termini il-Gvern għadu qed jinvestiga l-alternattivi li jista’ jkun hemm.

Bus shelters approvati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk waslux il-bus shelters li kienu approvati f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta ser jitwaħħlu? Jekk le, meta hu mistenni li jkunu Malta, biex jitqegħdu f'posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġwann — Kunsill Lokali - Sliema Road - Bankina

Question

Billi riċertament, skond dak li nkiteb fil-gazzetti, l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann ipportesta minħabba l-fatt li l-gvern wettaq xi xogħol fuq il-bankini fi Sliema Road, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn ir-riżorsi jintużaw f'kollaborazzjoni ma' kunsilli li għandhom il-volontà li jikkoperaw għal dan it-tip ta' xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru, tikkolabora ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali fuq diversi xogħlijiet f’inħawi differenti ta’ Malta. Fil-preżent id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni għandu skema ta’ xogħol , magħrufa bħala joint venture scheme, li permess tagħha, dejjem fejn ikun possibli, jsiru xogħlijiet mitluba minn Kunsilli Lokali rispettivi. Il-Kunsill jipprovdi l-materjal għal dan ix-xogħol u jħallas parti mill-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema nvoluti fl-eżekuzzjoni tax-xogħol

Airport saċ-Ċirkewwa — Vjaġġi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6485 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontribuzzjoni tat il-Gozo Channel biex jiġi provdut is-servizz indikat f'dik id-domanda? Kemm fil-fatt ġie jiswa f'sussidju s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa l-Airport u lura?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, — Wardija - culvert għal ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tinvestiga jekk il-kuntrattur li bidel il-pajpijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Wardija, fil-fatt għalaqx culvert tal-ilma tax-xita li kien fil-post? Jekk jinstab li dan il-culvert hu magħluq jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-culvert jinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-KSI qed tinvestiga l-każ.

Ġardinara mal-Kulleġġi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3393, tista' l-Ministru tgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni mid-direzzjoni tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi? Sakemm qed nagħmel din il-mistoqsija ġejt infurmat li iva hemm ġardinara ma' xi Kulleġġi.

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’rifereza ghall-Mistoqsija Parlamentari 3393, infurmata li d-deċiżjoni, li ġardinara mill-Gardening Unit taħt id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għad iridu jiġu ingaġġati mal-Kulleġġi, ttieħdet fil-bidu tat-twettiq tar-Riforma fl-Edukazzjoni. Iż-żewġ ġardinara li setgħet saret riferenza għalihom huma ta’ skejjel li qegħdin f’Kulleġġ. L- Acting Precincts Officer tal-Kulleġġ laħħaq ħafna mix-xogħol normali ta’ ġardinara ta’ l-iskejjel tal-Kulleġġ bil-ħidma ta’ dawn il-ġardinara. Għal xogħol ieħor intalbel l-għajnuna tal-ġardinara li jiffurmaw parti mir- roving group .

Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Xiri ta' ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ammont ta' ilma nxtara mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha xahar b'xahar u dipartiment b'dipartiment matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ġie jiswa dan l-ilma xahar b'xahar? Min huma l-aġenziji li mingħandhom jinxtara l-ilma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Quality Assurance

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ingħatat lill-iskejjel u Kulleġġi fuq evalwazzjoni interna mid-Dipartiment tal-Quality Assurance? Liema kienu l-iskejjel li rċevew din l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Dipartiment tal-Quality Assurance twaqqaf dawn l-aħħar xhur u ż-żewġ Assistenti Diretturi ġew ingaġġati f’Novembru. Diġa’ saru pjanijiet biex l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex – kemm dawk statali u mhux – sejrin jingħataw taħriġ fix-xhur li ġejjin permezz ta’ Workshops fi gruppi żgħar fuq it-tema ta’ School Development Planning u school-based self-evaluation.

Performance Management Programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proposti saru dwar il-Performance Management Programme (PMP) tal-għalliema mid-Dipartiment tal-Quality Assurance? Liema minn dawn il-proposti ġew aċċettati u attwati? Kif saret l-evalwazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Dipartiment tal-Quality Assurance għamel evalwazzjoni intensiva fuq medda ta’ tlett xhur biex ġew ippreżentati u żviluppati proposti ġodda kif jista’ jiġi mtejjeb il-Performance Management Programme (PMP). Din l-evalwazzjoni involviet l-ewwel nett proposta strateġika li d-Direttur ippreżenta lid-Diretturi Ġenerali, lis-Segretarju Permanenti u lill-Ministeru. Wara li l-proposta ġiet aċċettata ġie mniedi grupp biex iħares lejn kif nistgħu ntejbu l-PMP’s. Dan sar permezz ta’ riċerka u metodoloġiji diversi: 1. Review tar-riċerka lokali fuq il-PMP dawn l-aħħar tlett snin, jiġifieri minn meta bdew il-PMPs. 2. Workshop għall-Prinċipali u l-Kapijiet tal-iskejjel kollha ġewwa Malta u Għawdex. 3. Eżerċizzju li l-kapijiet tal-iskejjel ħadmu ma’ l-għalliema tagħhom waqt School Development Session. 4. Review tal-letteratura internazzjonali fuq teacher evaluation u performance management. 5. Review tad-dokument ippreżentat mill-Malta Union of Teachers. 6. Diskussjonijiet u deliberazzjonijiet ma’ uffiċjali fid-Direttorati u bejn il-PMP Review Team. 7. Diskussjonijiet ma’ membri tal-Management and Personnel Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din l-istrateġija wasslet biex żviluppajna erba’ dokumenti li ġew diskussi kemm mad-Diretturi Ġenerali, d-Diretturi u l-Prinċipali kollha, kif ukoll ġew ippreżentati lis-Segratarju Permanenti u lill-Ministeru u lis-Segretarju Permanenti Prinċipali. Wara dawn il-laqgħat saret laqgħa mal-Malta Union of Teachers. Dawn id-dokumenti kienu ppreżentati lill-iskejjel kollha waqt laqgħat mal-Council of Heads.

Skejjel — external audit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm skejjel sarilhom external audit waħda b'waħda? Meta saru dawn l-audits u x'kienu l-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awdituri skola b'skola? Min kienu l-awdituri f'kull audit li sar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Education Officers — Għoti ta' log books

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Education Officers fid-Direttorati tal-Edukazzjoni mhux qed jingħataw iktar il-log book biex ikunu jistgħu jużaw il-karozzi privati tagħhom biex jagħmlu żjarat fl-iskejjel fuq qadi tad-dmirijiet tagħhom u minflok qed ikollhom jibbukkjaw it-trasport li ħafna drabi ma jkunx disponibbli meta proprju jkunu jriduh fuq qadi li jkun jeħtieġ attenzjoni mmedjata? Ċertament li b'dan il-mod l-iskejjel mhux qed jiġu moqdija sew u b'effiċjenza. Tista' tgħid ukoll kemm karozzi hemm disponibbli għal dan il-għan? Għaliex Education Officer irid jibbukkja sa minn tlett ijiem qabel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux minnu li l-Education Officers mhux qed jingħataw aktar il-log books biex jużaw il-karozzi privati tagħhom fuq dmirijiethom. Iżda kif inhu stipulat fil- Public Service Management Code , id-Direttorati tal-Edukazzjoni jagħmlu reviews regolari tal-konċessjonijiet għall-użu tal-karozzi privati fuq xogħol uffiċjali. Dawn ir- reviews isiru wkoll biex ikunu allokati tajjeb il-fondi għad-dispożizzjoni tad-Direttorati. Meta jkun possibli, d-Direttorati jesiġu li jsir użu mit-trasport tad-Dipartiment skond id-Direttivi ta’ Sezzjoni 8.2.10.2 tal- Public Service Management Code . Il- bookings ikunu jridu jsiru minn tlett’ijiem qabel għal raġunijiet ta’ ppjanar. In-numru ta’ karozzi disponibbli huwa ta’ għaxra.
Leg 11 PQ #6240 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — Mużew tal-arti

Question

Peress li talent abbundanti f'Għawdex huwa dak artistiku u matul is-sena numru konsiderevoli ta' esebizzjonijiet individwali minn artisti Għawdxin jittellgħu f'kull rokna ta' Għawdex, tista' l-Ministru tikkonsidra li fiċ-Ċittadella jinfetaħ Mużew tal-Arti li minbarra li dan ikun ta' stimolu għal artisti Għawdxin, iservi wkoll ta' attrazzjoni għat-turisti li jżuru lill-gżira?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li bħalissa iċ-Ċittadella diġa' qed taqdi l-funzjoni li tkun stimolu għall-artisti Għawdxin permezz taċ-Ċentru għall-Kultura u l-Arti li l-Ministeru għal Għawdex permezz tat-Taqsima tal-Kultura imexxi f'dan is-sit. Fiz-żewġ swali ewlenin ta' dan iċ-Ċentru jinżammu wirjiet regolari ta' arti moderna u komtemporanja ta' diversi artisti Għawdxin, Maltin u barranin li jattiraw numru kbir ta' turistsi li jżuru regolarment liċ-Ċittadella f'Għawdex. Bħalissa permezz tal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qed titħejja politika kulturali għal Għawdex li ser tkun tinkludi pjan għall-użu massimu tal-potenzjal ta' dan iċ-Ċentru fiċ-Cittadella bħala post ta' espressjoni artistika, krejattiva u innovattiva.
Leg 11 PQ #6241 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — sbuħija naturali tal-gżira

Question

Peress li l-aktar vantaġġ important ta' Għawdex hu s-sbuħija naturali tal-gżira, kif ukoll it-trankwilità tagħha, tista' l-Ministru tgħid x'inhu jagħmel il-Gvern biex jisfrutta dan il-vantaġġ u hekk isostni l-attivita ekonomika b'mod suffiċjenti f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex, anke permezz tal-Viżjoni Eko-Għawdex, qed jippromwovi lil Għawdex permezz tal-vantaġġi li semma l-Onorevoli Nterpellant u jqis dawn il-vantaġġi bħala l-bażi li fuqha Għawdex jista' jiġi offrut bħala destinazzjoni turistika distinta.

Gozo College — ħatra ta' subject co-ordinators

Question

Tista' l-Ministru tikkonsidra jekk wasalx iż-żmien li l-Gozo College għandu jkompli jsaħħaħ l-organizzazzjoni u l-awtonomija tiegħu bil-ħatra ta' subject co-ordinators għas-suġġetti prinċipali kollha mgħallma fil-kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proċess ta’ ħatriet ta’ Heads of Department (dawk li fil-passat kienu magħrufa bħala Subject Co-ordinators) huwa ntiż li jiġi mifrux mhux biss għall-Gozo College, iżda wkoll għad-disa’ Kulleġġi l-oħra li jinsabu f’Malta.
Leg 11 PQ #6243 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — faċilitajiet edukattivi aħjar fl-iskejjel

Question

Peress li biex uliedna f'Għawdex jirnexxu hemm bżonn ta' aktar faċilitajiet edukattivi aħjar fl-iskejjel, tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi u passi qed jittieħdu biex f'Għawdex ikun hemm aktar faċilitajiet edukattivi aħjar fl-iskejjel ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6244 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Child Care Centres

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u cioè: Peress li l-miri dwar child care u l-miri dwar żieda tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, kif mitluba mill-Unjoni Ewropea, għandhom impatt dirett fuq it-tfal tal-ġenituri li jaħdmu u peress li f'Malta fl-aħħar snin ittieħdu inizjattivi li kellhom potenzjal biex jistimulaw is-suq tax-xogħol tan-nisa, mhux biss billi ameljora l-kwalità tas-servizz mogħti miċ-ċentri ta' child care imma wkoll billi n-numru ta' postijiet fiċ-ċentri żdiedu bi 30% matul l-aħħar sentejn, tista' tgħid x'passi se jittieħdu biex din il-mira tintlaħaq ukoll f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 6020.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — Early School Leavers

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'ħidma qed titwettaq mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jonqsu l-early school leavers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-early school leavers jiġu rraportati mill-iskejjel kull xahar talli jkunu qed ifallu mill-iskola. Is-Social Workers tas-Sezzjoni Ħidma Soċjali fl-iskejjel jibdew jaħdmu ma’ dawn l-istudenti billi jagħmlu home visits fejn jiltaqgħu magħhom u mal-familji tagħhom fejn ikun hemm bżonn. Isiru wkoll ħafna laqgħat fis-sezzjoni il-Furjana. Waqt dawn iż-żjarat u laqgħat isir assessment ta’ dak li jista’ jkun qed itellef lit-tfal mill-jattendu. Kull każ huwa differenti, għalhekk, filwaqt illi jkun hemm każijiet fejn it-tfal jirritornaw l-iskola b’suċċess, ikun hemm wkoll każijiet fejn it-tfal ikollhom bżonn għajnuna ta’ professjonisti oħrajn kemm mid-Diviżjoni bħal psikologi, psikoterapisti u school counsellors kif wkoll minn aġenziji oħrajn bħal CDAU u Appoġġ.

Nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nisa fid-dinja tax-xogħol? Il-gvern huwa kuntent b'din il-figura? X'qiegħed jagħmel biex iħajjar iktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol? Kemm huwa t-target li l-Gvern irid jilħaq matul is-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sa l-aħħar ta’ Settembru 2008 kien hemm 46,273 nisa li kienu qed jaħdmu ‘full-time’ u 16,344 nisa li kellhom xogħol ‘part-time’ bħala xogħol prinċipali. Informat li fost diversi miżuri, fl- aħħar snin il-gvern nieda diversi miżuri u inizjattivi bħal miżuri fiskali, tax breaks, sussidju fuq ic-childcare, krediti tal-bolla għal sentejn għal kull wild, infetħu numru ta’ child care centres, ġew imħarga numru ta’ child carers u ġiet mogħtija wkoll għajnuna lil min iħaddem sabiex jinfetah child care centre fuq il- post tax- xogħol. L-ETC għamlet diversi kampanji pubblici biex tħajjar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u biex tħajjar lil ġenituri biex jagħmlu użu minn child care centres ta’ kwalita’ tajba biex ma jkollhomx diffikulta’ biex jaħdmu.