Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — użu sew ta' finanzi mill- għaqda/fondazzjoni jew NGO

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri jieħu d-dipartiment biex jassigura li l-finanzi li jingħataw lil xi għaqda/fondazzjoni jew NGO jintużaw biss għal finijiet tal-ftehim li jkun sar bejn id-dipartiment u l-entità li magħha jkun sar il-ftehim?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jassigura li l-finanzi li jingħataw jintużaw biss għal finijiet tal-ftehim billi jintalab rendikont dettaljat u ċertifikat tal-ispejjeż kollha marbuta mal-programmi li huma inklużi fil-ftehim.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — użu sew ta' finanzi mill- għaqda/fondazzjoni jew NGO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jieħu l-Gvern biex jassigura li l-finanzi li jingħataw lil xi għaqda/fondazzjoni jew NGO jintużaw biss għal finijiet tal-ftehim li jkun sar bejn id-dipartiment u l-entità li magħha jkun sar il-ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal xi miżura speċifika tal-budget jew inkella xi forma ta’ għotjiet li jingħataw lil għaqdiet, fondazzjonijiet jew NGOs.
Leg 11 PQ #6678 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — billboards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qabel ma jinkrew billboards mid-Dipartimenti tal-Gvern jew aġenzija/awtoritaijiet pubbliċi, jiġux ivverifikati jekk tali billboards humiex koperti bil-permessi ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tad-Dipartiment ta' l-Artijiet f'każ li jkunu jokkupaw spazji pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi ngħataw struzzjonijiet sabiex jiżguraw li l-bill boards li jużaw ikunu koperti bil-permess neċessarji.

dewmien biex tinħareġ liċenzja fuq airguns

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala diversi persuni li xtraw air gun u li applikaw għal-liċenzja ħafna żmien ilu (anke tliet snin) u li huma reġistrati mal-Federazzjoni ta' l-Isparar tal-Bidnija, sal-lum għadhom ma ingħatawx il-liċenzja għall-arma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-club imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien suġġett ta' investigazzjoni mill-Pulizija dwar abbuż fl-għoti ta' rakkomandazzjonijiet meħtieġa in konnessjoni ma' applikazzjonijiet għal xiri ta' airguns. B'riżultat ta' din l-investigazzjoni, inbdew proċeduri kriminali fil-konfront ta' diversi persuni. In vista ta' dan, l-applikazzjonijiet rakkomandati minn dan il-club m'humiex qed jiġu ipproċessati għalissa.

Marsa — Inċineratur

Question

B'referenza għall-inċineratur li nbena fil-Marsa, jista' l-Ministru jgħid: i) meta nħarġet it- tender għal dan l-inċineratur ii) min rebaħ din it-tender u b'liema prezz iii) meta beda jaħdem dan l-inċineratur u kemm ġie jiswa finalment meta tlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Joint Office — Fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6696 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad-division ġdid tat-terminal taċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta sottomessa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm intnefqu flus għal konsulenti fuq dan il-proġett minn meta tħabbar snin ilu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fond għall-Kawzi Ġusti — Għoti ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2008? Lil min? X’kien l-iskop ta’ kull għotja? Kemm kien fadal flus fil-fond fil-31 ta’ Diċembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Triq Reġjonali — flyover

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi attwat il-pjan biex isir it-tibdil fit-toroq li jinkludi flyover fejn hu magħruf bħala t-tankijiet tal-gass fit-Triq Reġjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6724 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Importazzjoni ta' mediċini minn sptarijiet Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn huma mportati fil-maġġoranza tagħhom il-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżerji tal-Gvern? Issir importazzjoni mill-Albanija? Jekk iva, x’mediċini jinġabu minn dan il-pajjiż? Min jimporta minn hemm?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6726 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti rregolari — Testijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-immigranti rregolari li jaslu Malta jsirulhomx xi testijiet mediċi? Jekk iva, jista' jgħid x’testijiet isiru? Tinżamm statistika dwar l-eżamijiet li jkunu saru? Hemm tabib/tobba li huma assenjati speċifikament għal dawn l-immigranti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat, illi mal-wasla tagħhom l-immigranti rregolari jiġu eżaminati klinikament mit-tabib/tobba tal-port. Minbarra dan, isir eżami permezz ta’ chest x-ray biex jiġu identifikati dawk morda bit-tuberkulożi attiva. Tinżamm statistika dwar ir-riżultati ta’ chest x-rays li jsiru u n-numru ta’ X-rays li saru jiġu pubblikati fir-rapport annwali tad-dipartiment. Meta jinstab xi forma ta’ mard jew korriment illi jitlob rikoverazzjoni mmedjata fl-isptar, dan isir mal-wasla ta’ l-istess imigrant. Jekk jinstabu kundizzjonijiet oħra, din l-informazzjoni tintbagħat lit-tobba li jieħdu ħsieb lill-imigranti. Dawn it-tobba huma mgħażulin mid- Detention Centre skond tender maħruġ pubbliku, kif ukoll lit-tobba tal- ‘ Medicines Sans frontier'.
Leg 11 PQ #6727 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza - stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex jitnaqqas iż-żmien ta’stennija għal dawk li jkollom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Japprezza li trid issir xi ħaġa ta’malajr biex in-nies jinqdew mill-aktar fis possibbli għaliex skont ittri fil-ġurnali dan l-aħħar kien hemm min stenna sitt sigħat u aktar qabel ma ngħata l-kura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dokument strategiku dwar l-iskart solidu — Studji

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema dati poġġa fuq il-website tal-Ministeru tiegħu l-istudji relatati mad-dokument strategiku dwar l-iskart solidu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Imġarr - Kumpannija tal-cruise

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Rabat - Triq Imġarr - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni li jibda u jistlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat Għawdex? F’hiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — depożiti u self mill-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożiti u ta’ self rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpelant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: 31 ta’ Diċembru 2008 - 87,092 kontijiet ta’ depożitu jew tfaddil. Ammonti depożitati: Euro 592,373,000. - 6,284 faċilitajiet ta’ self jew kreditu għal total ta’ Euro 348,075,000.

esportazzjoni ta’ goods

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods) minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6761 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex -Għajnsielem — permessi meħtieġa għal xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 4443, 5180 u 5949, tista’ l-Ministru twieġeb dak li kont tlabtha u tgħid speċifikament x’inhu l-grad: Tal-uffiċċjal li rċieva l-ilmenti tan-nies; Tal-uffiċċjal li għamel it-talba għal dawn ix-xogħlijiet; Tal-uffċċjal li ordna x-xogħlijiet; Tal-uffċċjal li approva x-xogħlijiet; Tal-uffiċċjal li kellu l-kompetenza li japprova dawn ix-xogħlijiet Tal-uffċċjal li assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet; Tal-uffċċjal li approva li l-ħaddiema jiġu assenjati fuq dawn ix-xogħlijiet; Tal-uffiċċjal li għamel it-talba għall-materjal għal dawn ix-xogħlijiet; Tal-uffiċċjal li approva li joħroġ il-materjal; Tal-uffiċċjal li ċċertifika li x-xogħlijiet kieku saru skond il-proċeduri u r-regolamenti li jirrigwardaw xogħlijet bħal dawn; Tal-uffiċċjal li approva l-pagamenti tal-ispejjeż għal dawn ix-xogħlijiet? Tista' tgħid jekk hi stess kenitx taf li se jsiru dawn ix-xogħlijiet u jekk tatx l-approvazzjoni tagħha għalihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni in ġenerali diġa' ngħatat f'risposta oħra u ma hemm xejn x'inżid ma dik ir-risposta speċjalment in vista tal-fatt illi l-kwistjonijiet imqajjma fid-domanda in risposta jikkonċernaw biss l-amministrazzjoni interna ta' Dipartiment tal-Gvern, u ma hemm l-ebda lok jew interess pubbliku li jiġġustifika d-dettalji mitluba.