San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Triq Jean De La Cassiere li għadha mhux mogħtija t-tarmak fil-fatt tingħata dan it-tarmak, għaliex it-tajn li joħroġ minnha meta tkun ix-xita qed joħloq numru ta' inkonvenjenzi u wkoll għaliex din it-triq tinsab qrib ħafna tat-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, minbarra li fiha numru sew ta' residenti li qed joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern?
Direttorati tal-Edukazzjoni — Konsulenti li qabżu d-data tal-irtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm konsulenti jew nies li qabżu d-data tal-irtirar mad-Direttorati tal-Edukazzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin,sena b'sena? Min kienu dawn il-konsulenti wieħed b'wieħed? X'inhu l-qasam li fih kienu jew qed iservu ta' konsulenti? Kemm damu kull wieħed f'dan il-qasam wieħed b'wieħed? Kemm minnhom ser jispiċċaw minn din il-kariga din is-sena u min huma wieħed b'wieħed? Min minn dawn il-konsulenti mhux qed jiġġeddidlu l-kuntratt u għaliex? Min minn dawn il-konsulenti ser jiġġeddidlu l-kuntratt u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ konsulenti li qabżu d-data ta’ l-irtirar fid-Direttorati tal-Edukazzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk:
Sena
Numru ta’ Konsulenti
Qasam ta’ Konsulenza
2004
-
2005
-
2006
-
2007
2
1) Konsulenza fuq teknoloġija tal-informatika
2) Perit
2008
2
1) Konsulenza fuq teknoloġija tal-informatika
2) Perit
L-ismijiet tal-konsulenti mhux qiegħed jingħataw minħabba raġunijiet ta’
Data
Protection
.
Il-kuntratt tal-konsulent fuq ICT beda fid-19 ta’ Diċembru 2006 u spiċċa fil-31 ta’ Ottubru 2008, meta ma ġiex imġedded.
Il-
contract for service
tal-perit ma giex imġedded wara id-9 ta’ Frar, 2009
Dipartiment tal-Quality Assurance — Taħriġ fuq l-awditjar
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'taħriġ sar mid-Dipartiment tal-Quality Assurance fuq l-awditjar? Kemm nies kienu msejħa għal dan it-training? Minn min sar it-taħriġ? Fejn u meta sar it-taħriġ? Kemm intnefqu flus fuq dan it-taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-training fi ħdan id-dipartiment tal-Quality Assurance għadu kemm ġie mfassal. Dan ser iħares lejn żewġ aspetti – kemm l-evalwazzjoni interna kif ukoll l-awditjar estern. Dan biex nirrispettaw il-liġi kif ukoll biex nirrispondu għall-evalwazzjoni li saret fuq l-awditjar estern li diġa’ kienu saru bejn l-2005 u l-2007.Dan it-taħriġ hu mistenni li jibda f’Marzu li ġej.
Tista' l-Ministru tgħid x'pubblikazzjonijiet ħarġu wieħed b'wieħed id-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin? X'ammonti ġew stampati minn kull pubblikazzjoni? Fejn tqassmu dawn il-pubblikazzjonijiet waħda b'waħda? Kemm swiet kull pubblikazzjoni? Fejn kienet stampata kull pubblikazzjoni? Kemm ġiet tiswa kull pubblikazzjoni? Min ħoloq l-art work ta' kull pubblikazzjoni,waħda waħda u kemm ġie jiswa l-art work ta' kull pubblikazzjoni? Min ifformattja kull pubblikazzjoni waħda b'waħda u kemm ġie jiswa l-formatting ta' kull pubblikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Technical Services Branch — Ilbies protettiv għal ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq ilbies protettiv għal ħaddiema tat-Technical Services Branch, bejn l-2004 u l-2008 sena b'sena? X'tip ta' lbies protettiv inxtara? Kemm ġie jiswa? Min kienu l-aġenti? Kemm intefqu flus fuq is-sunblock għal ħaddiema li jaħdmu fuq barra bejn l-2004 u l-2008, xahar b'xahar? Liema sezzjonijiet tat-Technical Services Branch u tal-gardening section ingħataw din il-protezzjoni kontra x-xemx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2969, tista' l-Ministru tgħid min huma n-nies li qed jagħmluha ta' precinct officers mal-Kulleġġi wieħed b'wieħed? Min awtorizzahom? Minn fejn qed jitħallsu l-allowance tagħhom? Ta' kemm hi l-allowance f'kull każ? X'funzjoni għandhom dawn l-acting precinct officers? Għaliex dawn l-individwi ġew avviċinati direttament biex jagħmluha ta' precinct officers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sakemm toħrog is-sejħa għall-Precinct Officers, id-Direttorat avviċina lil tliet impjegati tat-Technical Services Branch sabiex ikunu jistgħu jassistu lill-Prinċipali tal-Kulleġġi fuq bażi ta’ prova. Dawn l-impjegati tat-Technical Service Branch qedin f’dawn il-Kulleġġi u jieġdu dawn l-allowances:
Charge Hand
li jieħu ħsieb il-Kulleġġi ta’ San Benedettu u ta’ Santa Margerita li għandu
allowance
ta’ €3843 fis-sena;
Tehcnical Officer
li jieħu ħsieb il-Kulleġġi ta’ Santa Klara u ta’ Maria Regina li għandu
allowance
ta’ €2795 fis-sena;
U
Assistant Technical Officer
li jieħu ħsieb il-Kulleġġ ta’ San Gorg Preca li m’ghandu ebda
allowance
.
L-
allowances
qed jitħallsu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Riżenja ta' impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati rriżenjaw matul dawn l-aħħar ħames snin mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, entità b'entità u sena b'sena? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu irġiel? X'kienet il-pożizzjoni ta' kull wieħed jew waħda minnhom u kemm kienu ilhom mal-gvern? Kemm minnhom irriżenjaw fuq raġunijiet ta' saħħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac matul l-2008 f’Ħ’Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn it-toroq f’Ħ’Attard inbnew u ngħataw l-asfalt matul l-2008: parti minn Triq in-Nebbieta, parti minn Triq A.Durer, parti minn Triq Konti R. Barbaro u Triq iż-Żahar.
Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Bini ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tistax tagħti prijorità għall-bini ta' diversi toroq li għadhom qatt ma saru fl-inħawi tax-Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar biex b'hekk jiġi assigurat li matul l-2009 n-numru ta' toroq mhux magħmula f'dawn l-inħawi jonqos sostanzjalment?
Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Investiment infrastratturali fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2009 ikun hemm nefqa straordinarja (bħala parti mill-investiment infrastrutturali li ser isir madwar Malta din is-sena) biex numru sostanzjali ta' toroq u bankini fil-qalba tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fil-fatt jiġu rranġati, kemm għall-eluf ta' residenti li joqogħdu hemm kif ukoll għall-benefiċċju tat-turisti?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Jean De La Cassiere, San Pawl il-Baħar fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ tat-tarmac fil-parti li għadha mhix kompluta? Jista' jiġi assigurat li dan isir matul ix-xhur li ġejjin?
San Pawl il-Baħar — passi biex jitneħħew il-perikli
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex fil-bidu tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar ħdejn ir-roundabout tax-Xemxija, jitneħħa r-railings li hemm f'nofsha li huma ta' periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ‘r-railings’ li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant huma “barriers” tal-ħadid sabiex jipprojbixxu temporanjament l-użu tal-‘lane’ ta’ ġewwa ta’ din il-karreġġjata, biex tiġi mnaqqsa l-possibilita ta’ xi ħsara fit-triq li għada kemm giet mibnija sakemm isiru xogħolijiet neċessarji ta’stabilizzar tal-klasies minn terzi ma’ ġenb l’istess triq.
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 343, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx il-kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu? Jekk fin-negattiv, jista jgħid xi proċess ta’ għażla ser jintuza sabiex dan jintgħażel u meta ser jibda dan il-proċess?
Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jinbeda x-xogħol fiżikament fuq il-post, kemm hu mistenni jdum u allura meta ser jintemm? Jista' jgħid jekk minħabba l-importanza ta' din it-triq, fil-loġistika hux qed jiġu kkunsidrati attivitajiet importanti li jiddependu minn din it-triq bħalma huma l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-festa?
Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet?
Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' Triq Zakkarija Roncalli, li huwa mħabbar li għandha titlesta sa Frar 2009, liema triq trid tgħaddi minn ġo l-għelieqi u tibqa' sejra sa Fra Luca Zurki, iffissirx li din it-triq ser tinbena u tiġi asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorita iffissata.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-bini ta' Triq Fra Luca Zurki fiz-Zurrieq stante li din it-triq kellha titlesta sal-aħħar tas-sena li għaddiet ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed jirreferi għalih isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li tagħti miż-Żurrieq għal Ħal Far terġa' tinbena b'mod li anke jiġu kreati bays sabiex fil-partijiet dojoq tagħha l-vetturi jkunu jistgħu jieqfu sakemm titbattal il-karreġġjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mhix inkluża fil-programm ta' bini ta' toroq għax-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi skema ta' taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi tat-toroq? Jekk hemm, liema huma dawn l-iskemi u kemm hemm ħaddiema li qed jiġu mħarrġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa fil-Ministeru li għalih jien responsabbli ma hemm l-ebda skema ta’ taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi tat-toroq.