Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6946 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' flus mill-multi tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6947 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Ġunju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom mistennija jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Ġunju li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lokalitajiet li ser ikollhom l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Ġunju li ġej huma dawn: Mdina, Bormla, Żabbar, Rabat (Għawdex), Birkirkara, Fgura, Gudja, Għarb, Għaxaq, Kalkara, Lija, Marsaskala, Mġarr, Msida, Naxxar, Pietà, Rabat (Malta), San Ġwann, Sannat, Sliema, Tarxien, Xgħajra, Mtarfa.

Ħal Luqa — Toroq li għandhom bżonn it-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6853 u jgħid kemm ġew reġistrati second hand cars importati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6830, 6570 u ċioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu: a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument strategiku i.e. breakdown dettaljat? b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk — rigward proġett tal-inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk rigward il-proġett tal-inċineratur propost f'Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

speed cameras — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet biex jiġu stallati speed cameras f'Malta u Għawdex? Għal liema lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa, l-Awtorita' Dwar it-Trasport għandha quddiema ħames talbiet għal speed cameras kif ġej: 1. Mġarr Road, Għajnsielem 2. Triq Sir William Harding, Pembroke 3. Mosta Road, Mġarr 4. Triq il-Qalbiena Mostin, Mosta 5. Triq Għajn Tuffieħa, Mġarr
Leg 11 PQ #6968 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6252, 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kumpanniji — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6264 u 5946 u jgħid kemm-il post tax-xogħol iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull kumpannija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5946.

Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex issir riċerka u jkun stabbilit fil-lokalità tal-Mosta f'dawn l-aħħar 50 sena kemm-il ċimiterju kellu l-gvern fuq l-art tiegħu jew art tal-Knisja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mir-riċerka li saret mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ġie stabbilit li f’dawn l-aħħar 50 sena, il-Gvern kellu ċimiterju wieħed fil-Mosta u li għadu jintuża sallum. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi l-art tal-Gvern fejn jinsab dan iċ-ċimiterju.

Mosta — Triq Durumblat - Ċimiterju - manutenzjoni

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pożiżżjoni preżenti fuq il-punti msemmija dwar iċ-ċimiterju tal-Mosta fi Triq Duramblat hija kif ġej: a) Is-sistema ta' l-ilma fiċ-ċimiterju imsemmi hawn fuq, qatt ma' qanqlet ilmenti w uffiċjali mill-uffiċċju tal-amministrazzjoni taċ-ċimiterji tal-Gvern jikkonfermaw li hemm żewġ viti ta' l-ilma f'dan iċ-ċimiterju u li fihom jasal ilma bi pressa tajba u regolari. Is-servizz ta' l-ilma f'dan iċ-ċimiterju huwa għaldaqstant sodisfacenti meta wieħed jikkonsidra d-daqs ta' dan iċ-ċimiterju. b) Hemm sbatax-il siġra taċ-ċipress fil-passaġġ ta' wara li jifred iż-żewġ taqsimiet ta' oqbra fiċ-ċimiterju tal-Mosta. Dawn is-siġar jiffurmaw il-parti l-kbira tal-siġar li hemm f'dan iċ-ċimiterju. Jekk dawn is-siġar jiġu maqlugħa dan iċ-ċimiterju jitneżża kważi għall-kollox mill-għamara naturali u l-kenn li jofru dawn is-siġar. L-uffiċċju amministrazzjoni tad-dfin fil-passat irċeva lment mingħand wieħed mis-sidien tal-oqbra dwar li l-għeruq tas-siġra viċin, kienu daħlu fil-qabar tiegħu. Jista jiġi kkonsidrat fil-futur li dawn is-siġar jinqalgħu u jergħu jitħawlu fil-post wara li jsirulhom konki tal-konkos meta xogħol pendenti fuq il-passaġġi f'dan iċ-ċimiterju jitwettaq. ċ) Dwar il-passaġġi hemm rapport tekniku preparat minn perit. Dan ir-rapport jindika li hemm bżonn xogħol estensiv sabiex il-passaġġi li jinsabu fil-parti ta' wara taċ-ċimiterju jitħaffru u jsiru mill-ġdid wara li tkun tħejjiet sistema tajba tad-drenaġġ għal ilma tax-xita u sodda tajba sabiex dawn il-passaġġi ma jibqgħux jisfrundaw. Dan ix-xogħol jirrekjedi fondi finanzjarji konsiderevoli. Dan il-proġett ta' upgrading tal-passaggi f'dan ic-cimiterju qed jiġi kkunsidrat fl-isfod ta progetti ohra f’cimiterji ohra u il-fondi allokati.

Sptar Mater Dei — riżultati bone density - Poliklinika tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex test li jsir għal bone density fl-Isptar Mater Dei f'Jannar ikollu r-riżultat tiegħu mgħoddi lill-poliklinika fil-Mosta fejn mill-istess klinika l-pazjenti ġie mgħarraf biex jiġbor ir-riżultat f'Lulju, minkejja li f'nota li ntbagħtet mill-istess klinika qed ikun mgħarraf li dan ir-riżultat diġà qiegħed fl-istess poliklinika fil-Mosta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

għajnuna nkwasrata fl-iskemi 114 u 123

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tas-seminars li ser isiru dwar l-għajnuna nkwasrata fl-iskemi 114 u 123: a. X’inhi r-raġuni li ġie magħżul proprju proprjetà tal-Bank of Valletta bħala l-post fejn għandhom isiru dawn iż-żewġ seminars? b. Fuq liema kriterji ntgħażel dan il-bank? c. Saret talba lil banek kummerċjali l-oħra sabiex jiġi stabilit jekk kellhomx interess joffru bini/ proprjetà tagħhom għall-istess skop? d. Jekk fl-affermattiv, xi kriterji ġew adoperati sabiex saret l-għażla?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu ħalli nkun f'pożizzjoni aħjar sabiex nirrispondi.

Ħal Qormi — Triq id-Deheb Fin - kuntratti tad-djar tal-gvern min naħa ta' l-Awtorità tad-Djar - iskema ta' l-HOS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-gvern min-naħa ta' l-Awtorità tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema ta' l-HOS li jinsabu fi triq id-Deheb Fin f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandom fuq l-art?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6752.
Leg 11 PQ #7004 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Safi u Ħal Far — barracks - manutenzjoni fuq gradjoli

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex gardjoli li fihom jistkennu suldati fil-barracks ta' Ħal Safi u Ħal Far, fejn hemm d-detention service, issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-Servizz ta’ Detenzjoni qiegħed jagħmel eżerċizzju sabiex jinbiddlu l-gardjoli li sfaw imkissra bl-irjieħat qawwija li ħakmu l-pajjiż dan l-aħħar filwaqt li jissewwew il-gardjoli li għandhom ħsara minima.