Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6896 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — test għall-isleep apnea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-test għall-iSleep Apnea jsrix fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li testijiet għall-Isleep Apnea ma jsirux ġewwa l-isptar t'Għawdex.

Sleep Apnea — waiting list għat-test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test ta' l-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6899 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Lunzjata — Skart u ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6620 u 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kwestjoni fuq late renewal charge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6591 u jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-Awtorità dwar it-Trasport dan l-aħħar introduċiet late renewal charge kemm għar-road licence kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-karozzi, iżda wara li intebħu li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn Avviż Legali, inħarġet ċirkolari min naħa tagħhom stess fejn qalu li b’seħħ immedjat kellhom iwaqqfu ż-żamma ta’ dawn il-multi li kienu ta’ €2 u €30 rispettivament u li kellha tinġabar lista ta’ dawk kollha li laħqu ħallsu bil-ħsieb li jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma.
Leg 11 PQ #6905 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station ta' Delimara — Emissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6740 u 6537 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4 ta' Awissu 2008 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa l-Enemalta għadha ma bdietx tkejjel il-konċentrazzjoni tat-trab (u sustanzi inkwinanti oħra) fil-gassijiet li jintremew kemm mill-impjant ta’ Delimara kif ukoll mill-impjant tal-Marsa, u għalhekk il-Mepa għad m’għandiex din id-data. Peró ninsabu nfurmati li nħareġ tender għall-installazzjoni ta’ automated measuring systems (AMS) maċ-ċmieni kollha tal-impjanti ta’ Delimara u tal-Marsa. Dan it-tender ġie aġġudikat u l-ikkummissjonament ta’ dan l-apparat beda. Aktar tard ġejna nfurmati li għal raġjunijiet tekniċi m’huwiex possibbli li jitwaħħal il-probe tal-AMS maż-żewġ ċmieni tal-open cycle gas turbines (OCGTs) tal-impjant ta’ Delimara. Għaldaqstant il-konċentrazzjoni tas-sustanzi inkwinanti fil-gassijiet mormija mill-OCGTs ser ikollha tiġi stmata b’metodi alternattivi. Fl-opinjoni tal-MEPA dan ma għandux ikun ta’ problema għax normalment l-OCGTs jintużaw għal inqas minn 500 siegħa fis-sena. Il-MEPA hija nfurmata li bħalissa l-Enemalta qed tikkalibra l-AMS kollha li twaħħlu mal-bqijja taċ-ċmieni fl-impjanti tal-Marsa u ta’ Delimara u dawn mistennija li ma jdumux ma jibdew jiġġeneraw id- data . Nistmaw li sa ma jkun ħareġ il-permess IPPC għall-Impjant ta’ Delimara dawn ikunu qed jiffunzjonaw kompletament.

Stormwater master plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ? X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Information Technology Agency — Chief Executive Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet id-data li fiha intemm il-kuntratt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency? Meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-post? Intgħażel xi ħadd? Jekk le, meta mistenni jimtela' dan il-post? Ir-rwol taċ-chairman għadu non-executive?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ta’ l-ex Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency (MITA) intemm fid-9 ta’ Jannar 2009. Ma nħarget l-ebda applikazzjoni għall-mili ta’ dan il-post, izda b’effett mid-19 ta’ Jannar 2009 bħala mizura temporanja gie inkarigat id-Deputy Chief Executive Officerbħala Acting Chief Executive Officer. Iva, r-rwol tac -chairman għadu dak ta’ non-executive .

Tined stallati fuq Ħaġar Qim u Mnajdra

Question

Tista' l-Ministru tgħid huwiex minnu li t-tined li ġew stallati fuq Ħaġar Qim u l-Imnajdra se jitneħħew minħabba l-fatt li r-riħ qed ikissrihom kull darba? X'se jsir minflokhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kuntrarju għall-informazzjoni li jista’ għandu l-Onorevoli Interpellant, mhux talli qatt ma kien hemm xi ħsieb li t-tined protettivi jitneħħew fil-futur qrib, iżda bil-maqlub, ix-xogħol fuq l-installazzjoni tat-tinda protettiva fuq l-Imnajdra miexi il-quddiem b’ritmu tajjeb, u sal-lum 11 mit-18-il pannel li flimkien jiffurmaw it-tinda tal-Imnajdra huma installati fil-post. Tajjeb li wieħed jerġa’ jtenni, kif diġa ġie spjegat lill-publiku aktar minn darba fil-medja, li l-ebda parti tat-tined li hija kompletament installata ma sostniet xi ħsara. Żewġ pannelli tat-tined iċċarrtu bir-riħ meta dan kien qed jonfoħ b'forza ta' riefnu ‘l fuq min-normal u ‘l fuq minn dak li kien mistenni fir-rapporti tat-temp, meta dawn iż-żewġ pannelli ma kienux għadhom stirati sewwa. F'dan l-istadju, li jieħu madwar għaxar t’ijiem, il-materjal tal-pannelli jkun l-iżjed vulnerabbli.
Leg 11 PQ #6911 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs tal-futbol Ingliż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

diesel, petrol u żjut — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6600 u jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq diesel, petrol u żjut separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6600.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6618, 6207, 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

oġġetti tal-informatika u computers — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6602 u jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq oġġetti tal-informatika u computers separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6602.

Kontijiet tal-dawl u l-ilma — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6599 u jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6599.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.
Leg 11 PQ #6939 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri li m'humiex fil-faċilità korretiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li minflok fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin qegħdin f'xi istituzzjoni oħra? Jista' jgħid każ b'każ f'liema istituzzjoni qegħdin? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet il-ħtija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inteperllant.

screening għall-kanċer fis-sider — nisa bejn 50 u 60 sena

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Il-programm ta’ screening ta’ kancer tas-sider hu ppjanat li jibda lejn l-aħħar tas-sena 2009 u se jkopri ftit aktar minn 30,000 mara fl-età ta’ bejn 50 u 59 fuq medda ta’ tliet snin fl-ewwel cycle. Il-programm se jkun konformi mal-linji gwida ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar Quality Assurance.

Importazzjoni ta' karozzi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.