Legislature:
Category:
Reset
Active:

Grupp imwaqqaf mill-ministeru — għajnuna u kordinazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw parti mill-grupp li twaqqaf dan l-aħħar mill-ministeru biex jagħtu għajnuna u jikkordinaw is-sitwazzjoni lokali fid-dawl ta’ dak li qed jiġri internazzjonalment? Kemm-il darba ltaqgħu b’mod ġenerali u x’deċiżjonijiet ittieħdu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li bħalma diġa ġie mħabbar fil-mezzi tal-aħbarijiet, it-Task Force imwaqqfa mill-Gvern biex tgħin fl-impatt negattiv li jista jkollha is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali fuq l-ekonomija Maltija, hija ffurmata kif ġej: Chairman: Onor. Ministru Tonio Fenech Segretarju Permanenti, MFEI Chairman, Malta Enterprise Chairman, MFSA Kap Eżekuttiv, ETC Kap Eżekuttiv, MTA Direttur Ġenerali, PPCD, OPM Kap tas-Segretarjat, MFEI It-Task Force tintaqa kull ġimgħa b'mod regolari.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 5735, 5334, 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Total ta' elettriku li ntuża mill-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

rotta extra u open top buses — permessi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta’ rotta extra li qed tinħadem bla skeda meta jidħlu il- cruise liners u li qed tinħadem bl-istess open top buses li ngħatalhom il-permess biex joperaw taħt il-kundizzjonijiet tat-tenders ta’ sightseeing tours tan-North u s-South u li qed tiġi promossa bħala ‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ bil-loop starting point ikun l-istage extra li ngħata lill-operatur fejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sightseeing Bus – Cruise Special — rotta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk jafx illi din ir-rotta tas-‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ li titlaq min fuq l-istage tal-Viset, tieqaf San Anton Gardens għar-ritratti, tmur Ta’ Qali Crafts Village tniżżel in-nies fejn il-ħwienet tal-glass blowing u l-istess driver jagħti 20 minuta ċans lill-passiġġieri biex jieqfu jixtru, jistennihom u wara jitlaq lejn il-Knisja tal-Mosta u jaqbad it-triq lejn l-Imdina fejn iwaqqafhom fuq il-loop stopping point? Ix-xufier javża lill-klijenti li għandhom nofs siegħa u wara l-istess xufier jerġa' jiġbor l-istess klijenti u jerġaż jinżel lura lejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

open top buses — ħinjiet tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tar-rotta msejħa ‘Malta By Night’ li qed tinħadem mill-operatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure u fuq open top buses ta’ l-istess operatur? Jista’ jagħti raġuni għala l-ħinjiet li qed jirriklama l-operatur fuq l-istess brochure li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m’humiex l-istess ħinjiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt kemm fuq ir-rotta tan- North u dik tas- South ? Jista’ jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta’ ħinjiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt? Jista’ jagħti raġuni għala fil-ġranet tax-xita s-servizz ma joperax?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

servizz ta' sightseeing — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum biex jaraw li s-servizz ta' sightseeing qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sightseeing Tour – North Route — mapep ma jaqblux u lokalitajiet mhux inklużi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif is-‘Sightseeing Tour – North Route’ li qed tiġi operata llum u li l-mappa tagħha qiegħda mpinġija fuq il-brochure tal-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi differenti mis-Sightseeing Tour – North Route Map li hemm iffirmata w inkluża fil-kuntratt u ma tinkludix in-naħat tal-Mellieħa u l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6882 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Young People's Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6604 u jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil- Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6883 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri tal-Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6605 u jindika kemm irċieva offerti għax-xiri tal-Malta Shipyards? Mingħand min? B'liema prezzijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6605.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6603 u jgħid jekk aħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

L-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek — 67 item mhux imqassma

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fil-preżent 700 mediċina qed jitqassmu mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Mediċini li huma bulky, bħall stoma care u gluten free items, ma humiex inklużi fl-Iskema. Dan l-arrangament ġie miftiehem mal-imsieħba soċjali fil-Memorandum of Undertstanding meta ġiet imnedijja l-Iskema. Mediċini speċjalizzati oħra jitqassmu biss mill-isptar Mater Dei. Huwa l-ħsieb li fil-futur, wara li s-sistema tkompli tissaħħaħ, jinbeda proċess ta` evalwazzjoni bil-għan li ssir reviżjoni rigward liema mediċini għandhom jitqassmu taħt l-Iskema. B`referenza għas 67 item imsemmijja, mhux possibli li tingħata risposta qabel ma l-interpellant jispeċifika għall-liema mediċini qed jirreferi.

Marsa — Triq il-Ġerejja - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar madwar sena ilu fuq it-Triq il-Ġerejja l-Marsa? Dan ix-xogħol ġie ċertifikat mill-awtorità kompetenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6889 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel - upgrade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux pjani biex iż-żona kollha fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa tiġi embellished u tingħata l-attenzjoni bħala żona b'aspett turistiku, aktar u aktar meta ta' kull ġimgħa operaturi tat-turisti jniżżlu coaches mimlija turisti jsegwu t-tiġrijiet taż-żwiemel f'dawn l-inħawi? L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qatt ikkunsidrat li tgħid biex din iż-żona tiġi upgraded biex tiġrijiet taż-żwiemel ikunu jistgħu jiġu rreklamata aktar bħala attrazzjoni oħra għat-turisti li jżuru l-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6890 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għal Għawdex

Ċitadella — swar - restawrar

Question

Tista' l-Ministru tispjega għalfejn xogħol li kien inbeda madwar tliet snin ilu biex jiġi restawrat parti mis-swar taċ-Ċitadella, issa ilu għal bosta xhur wieqaf bil-konsegwenza li fl-istess żona qed tirrenja dehra ta' telqa, abbandun, ħmieġ u mismanagement assolut f'post li huwa t'attrazzjoni kbira għat-turisti li jżuru Għawdex? Tista' tindika data meta dan ix-xogħol ser ikun jista' jitkompla u fuq kollox jitlesta biex jitneħħew l-istrutturi li ilhom għal żmien twil fil-post?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed isir xogħol fuq l-armar tal-iskaffolding biex ikun jista jitkompla ix-xogħol ta' restawr.

Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Tarxien - Triq Palma - Bus Shelter

Question

Peress li għaddiet sena minn meta l-Awtorità dwar it-Trasport qalgħet bus shelter li kien jinsab fi Triq Palma, f'Ħal Tarxien u dan ma reġgħax tpoġġa f'postu b'inkonvenjet kbir għar-residenti li jużaw din il-bus stop fi triq ewlenija, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità ser tpoġġi lura l-bus shelter eżattament fejn kien? Jista' jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5171 li tressqet għall-attenzjoni tiegħu fit-12 ta' Jannar li għadda li tirrigwarda l-proġett li twettaq fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien u li fadallu xi dettalji xi jsiru biex ikun konformi mal-pjanti oriġinali tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6892 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Incubation Centre - riparazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiswew ix-xogħlijiet ta' riparazzjonijiet fl-incubation centre f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-kuntrattur qiegħed jagħmel xogħlijiet ta' tiswija u ser jagħmel tajjeb għalihom huwa stess.
Leg 11 PQ #6893 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq Sannat - manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser isiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Sannat, fis-Sannat Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq imsemmija saritilha manutenzjoni riċentement fis-26 ta' Jannar 2009 u fil-25 ta' Frar 2009.
Leg 11 PQ #6895 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Triq il-Mitħna - manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Triq il-Mitħna fix-Xewkija Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq imsemmija saritilha manutenzjoni fis-16 ta' Jannar 2009, fil-21 ta' Jannar 2009 u fl-4 ta' Frar 2009.