Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għadira — proġett tal-Bypass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6137 u jgħid x'sar mill-proġett tal-bypass tal-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT issottomettiet lill-MEPA erbgħa (4) applikazzjonijiet oultine għat-triq ta’ l-Għadira. Dawn l-erbgħa alternattivi jikkonsistu: 1. triq ġdida wara d- Danish Village u bini ta’ pont wara r-riserva ta’ l-Għadira, 2. titjib ta’ trejqa ezistenti u bini ta’ pont wara r-riserva ta’ Għadira, 3. bini mill-ġdid u titjib tat-triq eżistenti, 4. twessiegħ ta’ toroq u trejqa eżistenti u bini ta’ tunnel taħt l-għolja eżistenti, L-ADT issa qed tistenna li l-MEPA titlob lill-ADT tipproċedi bl-istudji ta’ mpatt ambjentali ta’ dawn l-alternattivi sabiex tingħazel dik l-alternattiva li għandha l-inqas mpatt ambjentali.

Ħ'Attard — Qasam Industrijali - ranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6159 u 5839 u jara li jiġu rranġati t-toroq fil-Qasam Industrijali f'Ħ'Attard għax jinsabu fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6763 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz - Triq ir-Rabat - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jibda u jitlesta ix-xogħol għat-tkomplija tat-Triq Rabat f'San Lawrenz? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-offerta għax-xogħlijiet fl-ewwel parti tat-triq ser tiġi ppubblikata fi ftit żmien ieħor, filwaqt li qiegħdin jiġu ppreparati offerti għall-bqija tat-triq, kif ukoll t-triq li twassal għad-Dwejra. Ix-xogħlijiet ppjanati li jsiru din is-sena u d-dati tagħhom jiddependu mill-eżitu ta' l-offerti. Ix-xogħlijiet li ser jsiru jinvolvu rikostruzzjoni ta' Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz u kisi mill-ġdid ta' Triq il-Ġebla tal-Ġeneral. Minħabba li għadhom qegħdin joħorġu l-offerti, ma huwiex prudenti li tingħata l-istima f'dan l-istadju.

Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — Approvazzjonijiet lill-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’approvazzjonijiet ta l-Ministeru tiegħu lill-Ministeru għal Għawdex għall-kiri ta’ spazju fil-lukanda Downtown biex tintuża għar-Reġistru Pubbliku u għar-Reġistru tal-Artijiet? Jista’ jekk jogħġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-approvazzjonijiet flimkien ma’ kopja tat-talba li saret għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li l-Minisetru għal Għawdex għandhu bżonn il-permess tal-Ministeru tiegħi biex jagħmel dak li qed jgħid l-Onor Interpellant.
Leg 11 PQ #6788 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — appointments fil-gradi professjonali u tekniċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-appointments fil-gradi professjonali u tekniċi li ngħataw mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-appointments fil-gradi professjonali u tekniċi li ngħataw mill-MEPA minn Marzu 2008 sal-5 ta' Marzu 2009.

Progress fl-implimentazzjoni tar-riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6495 u 6136 u jirraporta l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-riforma tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6495.

Number plates personalizzati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6214 jgħid kemm hawn vetturi li għadhom personalised number plates ? Veru hemm vetturi li għandhom number plates li inxtraw bl-irkant u x'kien id-dħul tal-Gvern minn dawn in-number plates?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Jannar 2009, kien hawn 78,799 vetturi li għandhom personalized plates. Iva, veru li diversi customized plates inxtraw bl-irkant li kien beda fl-2004. Id-dħul fuq dawn il- customized plates sa l-aħħar ta’ Jannar 2009 kien ta’ €601,104.

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6498 u 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat tat-Toroq — field Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6497 u 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħtażlu l-persuni li se joħdulhom posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6497.

Qorti — Ġurnata tax-xogħol tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi x'ħin suppost tispiċċa l-ġurnata tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Qorti? Jista' jispjega jekk hemmx xi konċessjoni mogħtija sabiex dawn imorru d-dar kmieni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba l-esiġenzi tax-xogħol fil-Qorti tal-Ġustizzja, l-impjegati jaħdmu bejn it-7.45am u l-4.30pm, mingħajr ma jieħdu l-break uffiċjali ta' tlett kwarti bejn in-12.30pm u s-1.15pm.
Leg 11 PQ #6858 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Internal developments fl-Urban Conservations Areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati proġetti jew żvilupp ta' Internal Developments mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-Urban Conservations Areas għal kull lokalità sa mit-twaqqif tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma għanda l-ebda metodu kif nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #6859 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — annual report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma tressaqx l-annual report tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Parlament minkejja li għadda ż-żmien stipulat mil-liġi li dan isir sa sitt ġimgħat mis-sena finanzjarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6860 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Conservation Areas - permessi ta' twaqqiegħ ta' djar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' twaqqiegħ ta' djar fl-Urban Conservation Area sa mill-bidu ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6861 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-kumpless Hexagon house

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid kemm sewa x-xiri tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kif qed jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6862 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħlasijiet mal-kuntratturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlasijiet għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' kuntratturi u refunds tal-permessi u kemm ilhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kindergarten Assistants 2

Question

Tista' l-Ministru tispjega: a) X'inhi r-raġuni għaliex ħarġu riżultati għad-dħul tal-kindergarten assisants 2u dawk tal-kindergarten assistants 1 ma ħarġux? b) X'inhi r-raġuni li ċerti applikanti li kellhom pre school certificate ġew aċċettati fis-sejħa tal-kindergarten 2 u oħrajn bl-istess ċertifikat irrifjutawlhom l-applikazzjoni? ċ) Għandhiex toħroġ applikazzjoni ġdida mill-aktar fis għal kindergarten assistants 2 sabiex dawk li ma tħallewx japplikaw ikunu jistgħu jagħmlu hekk?

Response (CRISTINA, DOLORES)

a. Ir-riżultati tal-Kindergarten Assistants 2 ħarġu għax l-intervisti ta’ l-applikanti kienu saru u seta’ jiġi ppreparat ir-rapport bir-riżultat mill-Bord ta’ l-Għażla, liema rapport ġie approvat mill-PSC u għalhekk seta’ jiġi ppublikat. Is-sejħa għal Kindergarten Assistants 1 hija sejħa separata. L-intervisti għal din is-sejħa għadhom ma sarux kollha. Kif jitlestew l-intervisti, jitħejja r-rapport bir-riżultat li jinbgħat lill-PSC. b. Iċ-ċertifikat tal- Pre-School gie kkunsidrat komparabbli mill-MQRIC u għalhekk dawk kollha li kellhom dan iċ-ċertifikat u applikaw għal Kindergarten Assitants 2 ġew imsejħa għal intervista. c. Applikazzjoni oħra għall- Kindergarten Assittants 2 toħroġ meta jkun hemm il-ħtieġa. Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Press Release li ħarġet mill-Ministeru u mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi li xxandret il-ġimgħa li għaddiet.

Sptar mater Dei — test tal-mammogramm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi rekwiżiti li mara trid tilħaq sabiex tkun tista' tagħmel test tal-mammogramm fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kalkara — Servizz tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata s-servizz tad-drenaġġ mill-gdid lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta’ fejn ser isir il-proġett ta’ Smart City fil-Kalkara minħabba li fil-preżent qed jinqdew permezz tal-fossa meta fil-passat kienu moqdija aħjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fossa li inbniet fil-Kalkara kienet miżura temporanja sakemm isir main minn din il-fossa ħalli d-drenaġġ jiġi ppumpjat lura fis-sistema principali. Ix-xogħol fuq dan il-main ser jibda fil-ġranet li ġejjin.

Għajnunjiet lil ażjendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali Crafts Village — Fabbriki

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5562, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mas-sidien ta’ artiġjanat li jinsabu jaħdmu f’Ta’ Qali minn Marzu 2008 sa l-aħħar ta’ Frar 2009? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti għalihom kemm min-naħa tal-Gvern u tas-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2008 u Frar 2009 inżamm kuntatt kontinwu bejn il-Ministeru tiegħi u wħud mis-sidien ta’ artiġjanat li jaħdmu fil-villaġġ ta’ Ta’ Qali. Uffiċjalment inżammu żewġ laqgħat bejn xi rappreżentanti tas-sidien u uffiċjali min-naħa tal-Gvern, biż-żewġ laqgħat ikunu immexxijja minni bħala l-Ministru Tal-Finanzi , l-Ekonomija u Investiment L-ewwel laqgħa saret fis-6 ta’ Jannar 2009, filwaqt li t-tieni laqgħa sussegwenti inżammet eżattament xahar wara, jiġifieri fis-6 ta’ Frar 2009.