Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu notifikazzjonijiet ta' non executable permits li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din is-sena? F'liema lokalitajiet ħarġu dawn in-notifikazzjonijiet u kemm f'kull lokalità?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2, 508 fis-sena pero’ tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€745.50 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna tħallas minn butha kera ta’ €146.87 fix-xahar.
L-Awtorità tad-Djar prezentament għandha 231 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera iżda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ meta is-Sur R Cachia Caruana nħatar Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ministry of Foreign Affairs Forms 1 ta’ kull ma sewa lill-kaxxa ta’ Malta l-istess ambaxxatur għas-servizzi tiegħu, mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi emendi għall-kuntratt tas-Sur Cachia Caruana – jekk kien hemm – mis-sena 2006 'l-quddiem u jekk iva, jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe dokument ieħor li jista' jeżisti – apparti mill-kuntratt innifsu – li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-impjieg tas-Sur Cachia Caruana; kif wkoll il-pakkett finanzjaru tiegħu, li jinkludi s-salarju bażiku u l-global emoluments, flimkien ma' bonuses oħrajn u allowances? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk mill-ħatra tal-E.T. is Sur Cachia Caruana lil hawn bħala rappreżentant permanenti huwa qattx irċieva xi pagamenti b’xi arretrati min-naħa tal-Gvern Malti u jekk iva, jgħid għalxiex kienu jammontaw u għal-liema raġunijiet ingħataw/ittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 15976.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — inmate li jaħdem f'għalqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li fuq għażla personali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jqabbad inmate ħabib tiegħu u mill-istess lokalità sabiex jaħdem fl-għalqa li għandhom tal-familja? Jista’ l-Ministru jivverifika jekk l-istess inmate jittieħed kull filgħodu bit-trasport tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabiex jibda l-ħidma tiegħu fl-għalqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-persuna indikatat mill-Onorevoli Interpellant qed tieħu ħsieb ix-xogħol li qed isir is-SATU. Ta’ kull filgħodu numru ta’ priġunieri qed jittieħdu is-SATU limiti ta’ l-Imtaħleb bit-trasport tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jaħdmu hemm fuq xogħol ta’ refurbishment.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — kwestjoni fuq l-ikel
Question
Jista' l-Prim Ministru jivverifika jekk huwiex il-każ illi filwaqt li jinxtara l-ikel u jinħadem ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-istess dipartiment jerġa' jħallas għall-ikel tal-management u ħbieb sabiex tali flejjes imorru f’fond imsejjaħ Officers Funds for Activities? Jista' jivverifika u jgħid kemm ilha ssir din l-affari u kemm tħallsu għal dawn l-ikliet mill-flus tad-dipartiment? Jista' jagħti rendikont ta’ kuljum kemm kienu dawk li kielu u kemm swiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin ma jeżisti ebda fond imsejjaħ Officers Funds for Activities. Li hemm huwa Officers Mess Fund li huwa fond privat ġestit mill-Prisons Officers Association Malta (POAM) u li fih jidħlu prinċipalment kontribuzzjonijiet regolari mill-fizzjali tal-Ħabs. Infurmat ukoll li minn dawn il-fondi jiġi ffinanazjat ix-xiri tal-ikel, minerali u affarijiet oħra relatati li jiġu servuti fl-Officers Mess. Il-prassi li jkollok Officers Mess hija prevalenti f’korpi simili, bħal Pulizija u l-Armata, kemm Malta u barra, u fil-Ħabs tmur lura ghall-1996. Dan l-ambjent iservi ta’ lwog ta’ nkontru fl-ambjent tax-xogħol stess fejn wieħed ikun jista’ jitkellem b’daqxejn serenità mal-kollegi tiegħu waqt li jaqsam magħhom xi ħaġa ta’ l-ikel. Fil-fond minn żmien għal żmien jiġu versati ħlasijiet bħala rimbors minn fondi pubbliċi ta’ spejjeż in kwantu ospitalità li tkun ġiet servuta mill-Officers Mess u okkażjonijiet oħrajn speċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għandux linji gwida ta' xi tfisser palliative care? Jistgħu l-pazjenti li jkunu rikoverati ġewwa xi sptar kemm pubbliku kif ukoll privat ikunu jafu d-drittijiet tagħhom bħala pazjenti? Jekk iva, kif jistgħu l-pazjenti jġibu din l-informazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imqabbda kuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet għall-Gozo Channel f'dawn l-aħħar xahrejn? X'kien it-tip ta' xogħol? Ħarġet tender jew direct order? Min tefa' l-offerti u min ħa x-xogħol? Kemm sewa dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tinġħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar sitt xhur kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-gvern u kemm mill-privat biex għamlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet kull attività separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ġiet miġbura f'dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35256.
rappreżentant permanenti għall-Unjoni Ewropea — tibdil tal-kuntratt
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-fatt il-kuntratt li kellu oriġinarjament is-Sur Cachia Caruana meta laħaq rappreżentant permanenti ta’ pajjiżna għall-Unjoni Ewropea qattx ġie mibdul b’wieħed ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 15976.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx investigazzjoni pendenti dwar l-operat ta' Koperattivi Malta u jekk fl-affermattiv, din f'liema stadju waslet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm investigazzjoni għaddejja dwar l-operat ta’ Koperattivi Malta fejn jirrigwarda fondi mill-Fond Ċentrali tal-Koperattivi. Din l-investigazzjoni qed issir fuq deċizjoni meħuda mill-Kumitat tal-Fond Ċentrali tal-Koperattivi u qed tkun immexxija minn Board of Review magħmul minn persuni ndipendenti appuntati mill-Bord tal-Koperattivi. Għalkemm l-investigazzjoni għaddejja b’ritmu mgħaġġel ma huwiex prudenti li tingħata data fissa għat-tkomplija tar-rapport.
Ir-rapport finali ta’ din l-investigazzjoni għandu jgħaddi lill-Bord tal-Koperattivi li minn naħa tiegħu jirraporta lura lill-Fond Ċentrali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26741, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizzi li ma kellhomx manual of procedures issa ġewx riveduti? Jekk ġew riveduti, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manuals of procedures tas-servizzi li jidhru hawn taht ghadhom qed jigu riveduti:
1. Initial Response Services – minhabba li l-Generic Services u l-Initial Response Service gew amalgamati flimkien, ser ikun hemm
manual of procedures
gdid ghas-servizz li gie msejjah
Intake and Family Support Service
2. Supervised Access Visits – fil-process li jigi rivedut
3. Youth in Focus – servizz gdid u ghaldaqstant il-
manual of procedures
ghadu qed jigi fformolat
4. Customer Care – fil-process li jigi rivedut
5. Child Protection Services – minhabba possibilta’ ta’ tibdil fil-ligi l-
manual of procedures
ghandu jigi rivedut aktar tard.
6. Looked After Children – il-
manual of procedures
qed jigi ffinalizzat
7. Mater Dei – fil-process li jigi rivedut
8. Psychological Services – dan is-servizz ser jigi amalgamat mas-
Psychological Services
ta’ Agenzija Sedqa, b’hekk, il-
manual of procedures
ser jigi fformolat meta dawn is-servizzi jinghaqdu
9. HomeStart – il-
manual of procedures
internazzjonali
jintuza ghal dan is-servizz
Fil-kaz tal-
manual of procedures
ghas-servizz tal-
Fostering,
dan gie ffinalizzat u qed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11026 bid-data tas-6 ta’ Ottubru, 2009, jista’ l-Prim Ministru jindika jekk issa ġewx implimentati r-rakkmandazzjonijiet tar-rapport dwar il-ġustizzja riparatriċi? Kemm se tiġi l-ispiża biex tiġi implimentata l-ġustizzja riparatriċi f’pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpelant li sar progress konsiderevoli minn mindu saret il-Mistoqsija Parlamentari 11026 fis-6 ta’ Ottubru 2009. Minn mindu sar il-proċess ta’ konsultazzjoni li rriżulta fl-imsemmi rapport, l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi kien approvat mill-Parlament b’mod unanimu u issa daħal fis-seħħ.
Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ittieħdu in konsiderazzjoni u numru sostanzjali minnhom kienu inkorporati fl-Att waqt il-proċess ta’
drafting
. F’dan ir-rigward, biex wieħed jagħti eżempju, l-
Offender Assessment Board
hekk kif jinstab fl-imsemmi Att huwa simili ħafna għal dak li kien rakkomandat mit-Task Force. L-istess jista’ jingħad għal dawk li huma id-dmirijiet tal-iSkrivan tal-
Parole
u anke il-Bord tal-Parole, anke jekk dan fih iktar membri minn dak li kien rakkomandat.
Fir-rigward ta’ aspetti instituzzjonali, d-Dipartiment responsabbli għall-
Probation
, li issa huwa responsabbli ukoll għall-
Parole
u l-
Victim Support Unit
(li fost affarijiet oħra huwa responsabbli mill-medjazzjoni bejn il-vittma u min wettaq ir-reat), għandu Direttur tiegħu u b’hekk huwa separat mill-amministrazzjoni tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hekk kif rakkomandat fl-imsemmi rapport.
Ir-rakkomandazzjonijiet kienu ukoll ikkunsidrati tul l-implimentazzjoni ta’ riformi istituzzjonali fil-ħabs, fosthom permezz tat-twaqqif ta’ sezzjoni responsabbli mill-Kura u Reintegrazzjoni fil-ħabs.
Rigward l-ispiża tal-Ġustizzja Riparatriċi, huwa diffiċli sabiex wieħed jikkwantifika ghax din tista’ tvarja b’mod konsiderevoli jiddependi mill-fatt jekk, biex jingħata eżempju, wieħed jikkonsidrax investiment fil-YOURS, is-SATU jew il-faċilità edukattiva fil-Faċilità Korrettiva bħala parti min din l-ispiża jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni (irġiel u nisa) li rrikorrew għall-Aġenzija Appoġġ sabiex jirċievu l-programm tal-perpetrators minn mindu beda dan is-servizz? Fiex jikkonsisti fid-dettal dan il-programm?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm total ta’ 514 ragel li rrikorrew ghall-programm tal-perpetrators kif jidher aktar fid-dettal fit-tabella hawn taht. Il-programm hu miftuh ghall-irgiel biss, b’hekk l-istatistika qed taghti n-numru ta’ rgiel li gew riferuti l-Agenzija Appogg ghal dan il-programm.
The number of referrals received at the Perpetrator’s Service each month since 1999
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
2011
Jan
0
4
6
7
8
8
4
3
2
2
7
4
3
Feb
2
6
3
1
2
7
9
1
6
2
8
2
3
Mar
6
2
4
3
6
1
4
0
1
1
5
5
3
Apr
2
0
0
9
4
2
1
0
8
1
5
7
2
May
5
2
4
3
7
1
5
0
6
2
4
4
0
Jun
6
2
2
4
2
3
1
0
3
0
6
5
4
Jul
2
2
3
3
1
7
0
7
1
4
4
9
0
Aug
0
8
5
8
9
6
3
8
4
8
2
4
4
Sep
4
3
4
6
0
3
4
5
5
1
4
6
2
Oct
1
5
4
9
6
3
2
6
4
2
4
4
1
Nov
0
1
3
2
2
2
3
3
5
0
1
7
6
Dec
1
0
2
2
3
2
3
3
3
0
3
2
2
Total
29
35
40
57
50
45
39
36
48
23
53
59
30
Il-programm tal
-perpetrators
jgħin persuni li jkunu qed iwettqu l-abbuż għaliex anke dawn għandhom bżonn l-għajnuna, ħalli jkunu jistgħu jbidlu l-imgieba tagħhom. Dan jingħata lil irġiel abbużivi li għandhom 'il fuq minn 18-il sena, biex jifhmu u jbiddlu l-atitudni tagħhom minn vjolenza għal rispett u sigurtà lejn il-familja tagħhom. Din il-bidla tkun tista' tippermetti relazzjoni b'saħħitha bejn il-membri tal-familja.
L-ghan principali ta' dan is-servizz hu li tigi mharsa s-sigurtà tan-nisa u t-tfal kif ukoll li jwassal lill-irgiel li jkunu qed jagħmlu l-abbuż sabiex jieħdu r-responsabbiltà tal-aġir tagħhom billi jifhmu l-imgieba taghhom u x'qed jikkawżaw. Dan normalment jigri permezz ta' sessjonijiet fi grupp li jdumu ghal ftit xhur. Matul il-programm dawn l-irgiel ikunu jistghu jaħdmu fuq l-imgieba taghhom li tkun qed iggieghelhom jagixxu b'dak iI-mod. Qabel ma jibdew jattendu dawn il-gruppi, dawn l-irgiel isirilhom
assessment
minn professjonist/a.
Wara li jkunu attendew il-programm, dawn l-irgiel jigu mhajra jipparteċipaw f'
support groups
fuq bażi regolari. F'każijiet fejn il-mara/sieħba tkun qed tirċievi servizz mit- Taqsima kontra l-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija, ikun hemm kollaborazzjoni bejn il-professjonisti involuti maż-żewġ partijiet sabiex ikun hemm aġġornament dwar l-iżviluppi min-naħa tal-aggressur.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — ilmenti fuq problemi fit-toilets
Question
Peress li saru diversi ilmenti għaliex fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex hemm toilets fis-swali li mhux jiffunzjonaw, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tiswijiet fit-toilets fis-swali tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jiġu indirizzati b'mod regolari kull meta jiġu rrapurtati.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-liġi sussidjarja 441,07 imħaddma mid-Dipartiment tal-Kummerċ li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi ma tipprovdix għal-liċenzji ta’ hawker ticket seller.
Tajjeb li wieħed jinnota pero li xi persuni kienu għamlu applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ attivita’ “sale of tickets.” Dawn l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ġew milqugħa fit-2010. Instab pero’ li dawn mhux qed ibiegħu l-biljetti bħala prodott per se imma bħala indikazzjoni li jinxtara xi tour mill-klijent. Il-klijent imbagħad ikun jista’ juża dan il-biljett biex jibbenifika mit-tour. Peress li d-Dipartiment tal-Kummerċ ma jilliċenzjax il-bejgħ ta’ tours inħass li dawn ir-reġistrazzjonijiet m’għandhomx jiġu mġedda.
Dan l-aħħar jiem daħlu ukoll numru ta’ applikazzjonijiet ġodda tal-istess attivita’ abbażi ta’ dak li għadu kemm intqal iktar qabel. Id-Dipartiment tal-Kummerċ mhux qiegħed f’pożizzjoni li joħroġ liċenzja f’dan ir-rigward.
Rabat Għawdex — Triq il-Repubblika - tiswijiet fuq bankina
Question
Peress li bħalissa qed isir xogħol fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex u peress li fil-parti tat-triq ħdejn il-Main Square Restaurant, oppost tal-knisja ta' San Ġakbu, kienet saret bankina li bil-kemm timxi fuqha peress li dejqa ħafna b'konsegwenza li meta tkun trid tgħaddi persuna bil-pushchair jew siġġu tar-roti jkollha tinżel fit-triq detriment li tista' tintlaqat minn xi vettura u peress li issa l-bankina qed tinqala għax qed isiru x-xogħlijiet, jista' l-Ministru jara li issa din il-bankina tkun wiesgħa biżżejjed biex jinqdew dawk il-persuni kollha li jużaw wheelchair jew inkella li jkollhom pushchair?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fi Triq il-Belt Valletta, f'Raħal Ġdid, kien jikkonsisti minn resurfacing u mhux kostruzzjoni mill-ġdid tal-imsemmija triq. Minkejja dan, Transport Malta xorta waħda qiegħda f'komunikazzjoni mal-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol sabiex tistabilixxi kif seħħet il-ħsara u kif tista' tiġi rrimedjata. Minħabba dan, l-ispejjeż għadhom iridu jiġu deċiżi. Ara korrezzjoni f'PL 10203 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2012.
Jista' l-Ministru jgħid min jista' jibbenefika mill-benefiċċju tal-qagħad?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor interpellant li biex persuna tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Qagħad, trid:
(i) tkun qed tirregistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għal Impjiegi u Taħriġ,
(ii) tissodisfa żewġ-testijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali – l-ewwel test li tkun ħadmet u ħallset ħamsin (50) kontribuzzjonijiet tul il-ħajja assigurabbli tagħha u fl-aħħar sentejn kalendarji li jiġu qabel it-talba għal benefiċċju kellha ta’ l-anqas għoxrin (20) kontribuzzjoni imħallsa jew akkreditati.
persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Minn liema lokalità jiġu dawn il-persuni cioè numru ta' persuni minn kull lokalità li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Kemm hu intitolat li wieħed jew waħda tieħu bħala benefiċċju fi flus fil-ġimgħa meta din il-persuna tkun qed tirreġistra għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoi Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għal kull sena, kemm kien hemm persuni li rreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.