Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6383 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bugibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar — toroq b'wiċċ ġdid

Question

Filwaqt li wieħed japprezza l-investiment li mistenni jsir fl-inħawi ta' Bugibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar biex dawn l-inħawi jingħataw dehra isbaħ, jista' l-Prim Ministru jaċċerta li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tingħaqad mal-kunsill lokali biex numru ta' toroq, inkluż dawk li żgur ma jistgħux isiru mill-fondi tal-kunsill lokali, fil-fatt jingħataw wiċċ ġdid sa qabel is-sajf li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tat-Turiżmu m’għandhiex budget dedikat għall-kisi tat-toroq u xogħol ieħor relatat u għalhekk ma naħsibx li ser ikun possibbli li jsir ftehim ta’ koperazzjoni f’dan il-qasam. Madankollu, jekk hemm oqsma oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ l-MTA u l-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar jixtieq xi forma ta’ ftehim ta’ koperazzjoni fuqhom, ma nara xejn ħażin anzi inħeġġeġ sabiex iż-żewġ partijiet jibdew diskussjonijiet dwarhom immedjatament. Finalment, l-iskop tagħna lkoll huwa li nagħtu l-aħjar servizz u prodott kemm lil Maltin kif ukoll lit-turisti li jżuru lil dawn il-gżejjer.

Privatizzazzjoni tat-Tarnża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè : Peress li issa n-numru ta' ħaddiema fuq il-kotba tal-Malta Shipyards niżlu għan-numru li xtaq il-Gvern, jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qedjiġu evalwati l-offerti mitfugħa minn kumpaniji interessati li jinvestu fil-Malta Shipyards. Fit-12 ta Frar 2009, id-data li fiha għalaq iż-żmien sakemm setgħu jibagħtu l-offerti, il-Privatisation Unit irċeviet 14 –il proposta. Dawn kienu maqsumin hekk: Ship Repair 3 Ship Building 3 Super Yachts 5 Manoel Island Yacht Yard 3

Riabilitazzjoni tal-Kottonera — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera? Kemm-il darba ltaqgħu matul is-sena 2008? Kemm kellhom flus ivvutati? Liema proġetti saru matul is-sena 2008 u f'liema lokalità? Kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6564 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet kulturali u turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6565 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promozzjonijiet fil-Forzi Armati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu l-promozzjonijiet fil-Forzi Armati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-promozzjonijiet li jmiss fil-Forzi Armati jinħarġu hekk kif jintemm il-proċess amministrattiv stabbilit.
Leg 11 PQ #6566 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla, Isla, Birgu u Kalkara — Proġetti ta' akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il survey arkeoloġiku sar f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara qabel ma nħarġu permessi għat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' proġetti ta' akkomodazzjoni bejn is-sena 2000 u llum? Jista' jgħid ukoll jekk f 'kull każ sarx environmental impact assessment minħabba li ż-żona hi ta' importanza storika u arkeoloġika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dak li għandu x'jaqsam ma’ proġetti ta' akkomodazzjoni qatt ma sar stħarriġ arkeoloġiku f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara, la f'dawn l-aħħar snin u lanqas qabel. L-informazzjoni dwar sejbiet arkeoloġiċi f'dawn l-inħawi hija skarsa ħafna u investigazzjonijiet arkeoloġiċi jkunu ġustifikati biss jekk ikun hemm dokumentazzjoni jew suspett informat dwar xi fdalijiet fl-inħawi. Madankollu, l-MEPA għamlet żoni ta' constraints madwar il-Birgu kollu, u qiegħ il-baħar tal-Port il-Kbir peress li f'dawn iż-żoni kienu dokumentati bi preċiżjoni varja xi fdalijiet arkeoloġiċi li illum huma mgħottija bil-bini jew taħt il-baħar, kif ukoll it-tarf ta' Bighi fejn kienu nstabu lapidi ta' oqbra Eġizzjani (illum fil-British Museum). Żoni ta' constraints arkeoloġiċi oħra jinkludu kmamar mqatta’ fil-blat u dekorati fl-Isla u qabar viċin Dock Nru. 5. L-uniku sit arkeoloġiku li wieħed jista’ jara huma cart-ruts fil Kalkara barra ż-żona ta' l-iżvilupp. Barra minn hekk, fil bidu tas snin 2000, il-MEPA obligat li jsiru investigazzjonijiet arkeoloġiċi fuq l-art u taħt il-baħar fil-proġett tal-Marina tal-Birgu fejn ġew dokumentati fdalijiet mill-epoka medjevali sal-lum, u l-bċejjeċ li ittellgħu min qiegħ il-baħar illum huma esposti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Ftit snin ilu saru skavi arkeoloġiċi biex jinstab il-pedament ta' l-arloġġ tal-Birgu. Fil-proġett tal-Forti Sant’Anġlu saru diversi kontrolli arkeoloġiċi waqt ir-restwar u xogħol ieħor. Kull min għandu nformazzjoni dwar fdalkijiet arkeoloġiċi huwa obbligat bil-liġi li jinforma l-awtoritajiet konċernati minnufih sabiex dawn ikunu jistgħu jaġixxu. Fiż-żona msemmija, tnedew valutazzjonijiet ta' l-impatti ambjentali (environmental impact assessments - EIA) għal dawn il-proġetti: 1. L-applikazzjoni għall-permess PA 8201/06 (Ir-riabilitazzjoni tal-Baċir Numru 1, li kien jinkludi fih żvilupp residenzjali). Dan il-proġett kien jikkwalifika għall-EIA kien jinkludi studji tal-arkeoloġija tas-sit u tal-madwar. 2. L-applikazzjoni għall-permess PA 4855/99 (L-iżvilupp ta' yacht marina fid-Daħla tat-Tarzna ġewwa l-Isla). Dan il-proġett kien jikkwalifika għall-EIA, li kien jinkludi studi tal-arkeoloġija fil-baħar. Żviluppi oħra fl-inħawi ma kienux jikkwalifikaw għall-EIA skond il-kriterji legali eżistenti.
Leg 11 PQ #6567 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla, Isla, Birgu u Kalkara — Proġetti ta' akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey arkeoloġiku sar f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara qabel ma nħarġu permessi għat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' proġetti ta' akkomodazzjoni bejn is-sena 2000 u llum? Jista' jgħid ukoll jekk f 'kull każ sarx environmental impact assessment minħabba li ż-żona hi ta' importanza storika u arkeoloġika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma jsirux "surveys" arkajeologici fejn ikun hemm proġetti ta' twaqqiegħ ta' bini. Biss jekk waqt ix-xogħol jinstabu xi fdalijiet arkajelogiċi, l-Awtorita' tad-Djar obbligata tiġbed l-attenzjoni lil-awtoritajiet konċernati. Jien infurmat li ma nstabu edba fdalijiet fis-siti indikati mill-Onorevoli Interpellant.

Malta Financial Services Authority — Kumpaniji reġistrati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kienu l-kumpaniji reġistrati mal-Malta Financial Services Authority li ffurmaw ġodda fl-aħħar ħames snin (2004-08) u dawk li ġew xolti (dissolved) fl-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej : Kumpaniji reġistrati ġodda: Numru Totali ta’ Kumpaniji Reġistrati kull sena (inklużi soċjetajiet) 2004 2,479 2005 2,407 2006 2,979 2007 2,739 2008 2,806 Kumpaniji xolti: Numru ta’ Kumpaniji Xolti kull sena 2004 664 2005 900 2006 766 2007 592 2008 646
Leg 11 PQ #6582 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istallar ta' antenni u appart ta' telekomunikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi u DNOs fir-rigward ta' istallar ta' antenni u apparat ieħor ta' telekomunikazzjoni kemm fiss kif ukoll ċellulari f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u kemm ġew iritirati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità rċeviet mija tnejn u tletin applikazzjoni (132) u disgħa u erbgħin (49) DNO għal installar t'antenni u apparat ieħor ta' telekominikazzjoni mis-sena 2004 sal-lum. Mill-mija tnejn u tletin applikazzjoni ("full development"), mija u erbgħa (104) ġew aċċettati u ħamsa (5) rifjutati jew miċħuda waqt li tlettax (13) għadhom pendenti u għaxra (10) ġew irtirati. Mid-disgħa u erbgħin (49) DNO, sitta u erbgħin (46) ġew aċċettati, tnejn (2) rifjutati u waħda (1) ġiet irtirata. Ta' min jinnota li mis-seħħ ta' Avviż Legali numru 115/07, li daħal fis-seħħ fl-24 ta' April 2007, dan it-tip ta' żvilupp m'għandux bżonn l-ebda notifika jekk mhux qiegħed f'żona skedata. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta l-kliem "antenna", "antennae", "antenni", "telekomunikazzjoni", "telecommunication", "satellite", "satellita" u "satelliti".

Kontijiet tal-dawl u l-ilma — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati mill-entitajiet li jipprovdu dawn is-servizzi jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

diesel, petrol u żjut — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq diesel, petrol u żjut separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn persuni rreġistrati li jbiegħu prodotti ta’ diesel u petrol u żjut jinkludi wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

oġġetti tal-informatika u computers — dħul tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT fuq oġġetti tal-informatika u computers separatament fis-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn persuni rreġistrati li jbiegħu prodotti ta’ informatika u kompjuters jinkludi wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

Xiri tal-Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm irċieva offerti għax-xiri tal-Malta Shipyards? Mingħand min? B'liema prezzijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox il-Privatisation Unit irċeviet 14 –il proposta: Ship Repair 3 Ship Building 3 Super Yachts 5 Manoel Island Yacht Yard 3 Minħabba raġunijiet kummerċjalment sensittivi, f’dan l-istadju, l-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata.
Leg 11 PQ #6660 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar minn reserved parking ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li applikat it-talba ma ġietx aċċettata? Jista' l-Ministru jivverifika l-każ peress li hija ssostni li nies b'diżabilita' bħalha ħarġulhom l-blue sticker u tagħha ma ħarġitx?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Taxxa tad-dħul u taxxa tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' ħlasijiet li saru f'taxxa fuq id-dħul u f'taxxa tas-sigurtà soċjali minn ħaddiema, impjegati u self-employed kull sena, bejn is-snin 2000 u 2008 inklużi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6677 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux il-promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta' Malta speċjalment meta l-promozzjonijiet tal-fizzjali ħarġu xi xhur ilu? X'inhi r-raġuni li suldati li jaħdmu sigħat twal minħabba l-inkwiet li jinqala' mal-klandestini ma jitħallsux extra bħal casual officers li jaħdmu fl-istess xogħol? X'inhi r-raġuni li l-fizzjali fil-Forzi Armati jitħallsu full incrementmal-ewwel jum li jieħdu l-promozzjoni u rank oħra li jieħdu xi promozzjonijiet jieħdu l-increments tagħhom fuq perijodu ta' numru ta' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-promozzjonijiet li jmiss fil Forzi Armati jinħarġu meta jintemm il-proċess amministrattiv stabbilit. Ninsab infurmat li l-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta sekondati mal- Illegal Immigrant Detention Service huma ntitolati għal allowance speċjali ta’ € 104.82 fix-xahar bħala kumpens għax-xogħol partikolari li jagħmlu. Barra minn dan, huma ntitolati wkoll għal ħlas doppju tal-Ħdud u għal ħlas bir-rata ta’ siegħa siegħa u nofs għal festi pubbliċi bħal membri l-oħra ta’ l-armata. L-iskali tas-salarji tal-membri kollha tal-Forzi Armati huma bbazati fuq l-iskali 5 u 16 jinħtieġilhom jipprogressaw minn numru ta’ increments sa ma jilħqu l- full increment. Mill-banda l-oħra, kif stipulat, il-fizzjali li qegħdin bejn skala 4 u 2 jitpoġġew fuq skala waħda li m’għandiex increments.
Leg 11 PQ #6679 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa biex żamm l-immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti (kollox inkluż) biex żamm, tema, ikkura, opera, nefaq fuq servizz tad-dawl u l-ilma, tiswijiet ta' toilets u showers, tiswija u tibdil ta' fryers u televisions, trasport, li jinkludu wkoll pagi ta' suldati, pulizija, casual officers, fizzjali u nurses mal-immigranti illegali mill-2002 sal-2008 sena b'sena? Min iħallas u f'liema proporzjon għal dan kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6682 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna li tirċievi l-pensjoni għadha ma rċeviet xejn?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #6683 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-benefiċċji kollha li huma ntitolati għalihom is-single parents? Kemm hemm persuni reġistrati bħala single parents mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ single parents registrati bħala single parents sa l’ 4 ta’ Marzu 2009 kien 2443. Is-single parents huma ntitolati għal dawn il-benefiċċji: Għajnuna Soċjali Allowance tat-Tfal Benefiċċju tat-Tqala Għajnuna Medika – jekk ikunu jbatu min mard kroniku skond l-iskeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali Għajnuna tal-ħalib għat-tarbija għall-erbgħin gimgħa mit-twelid tat-tarbija Benefiċċju ta’ l-Enerġija.