Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitħejja xi dokument ta’ strateġija għat-twettiq tal-Viżjoni eko-Għawdex? Jekk fl-affermattiv, minn min qed jitħejja? Meta mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qed jitħejja dokument ta’ strateġija mill-Ministeru għal Għawdex mgħejjun minn team ta' esperti kkordinat mill-Kumpanija Ernst & Young. Dan mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inizzjattivi ġodda ttieħdu dwar l-Eko-Għawdex minn meta ġie varat dan il-konċett ‘l hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li apparti li sar programm ta’ konsultazzjoni wiesa u qed tiġi mħejjija l-istrategija, fil-Ministeru għal Għawdex, sar, jew għaddej xogħol fuq diversi proġetti fosthom xiri ta’ karozzi elettriċi, pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema, kampanja ta’ edukazzjoni fid-djar, iniżjattiva l-enerġija alternattiva, valorizzar tal-enerġija alternattiva tradizzjonali, korsijiet edukattivi, promozzjoni ta Għawdex għall-investiment, l-użu ta’ ilma
‘
second class
’, u riżorsi edukattivi għat-tfal.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6432 u 5692, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi? Jista’ jivverifika li t-tagħrif li tawh għat-tieni parti tal-mistoqsija huwa korrett peress li l-ammonti li tani jidher li huwa baxx wisq ħdejn in-numru ta’ anzjani li għandhom is-servizz id-dar? (ara mistoqsija parlamentari 5688)
Response (DALLI, JOHN)
Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari għas-snin 1999 sa' 2005, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20214 fis-Seduta 418 tat-18 ta' Lulju, 2006.
Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba għas-snin 2006 sa' 2008 hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6429, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-tifdil fuq miżura 4.1? Meta saret it-talba u lil min biex dan it-tifdil jintuża għal xogħolijiet addizzjonali fuq it-training hotel? X’inhuma x-xogħlijiet addizzjonali li hemm/kien hemm bżonn li jsiru fuq it-training hotel? Għaliex inħoloq il-bżonn għal dawn ix-xogħlijiet addizzjonali u meta nħoloq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tifdil fuq miżura 4.1 kien jammonta għal €52,255.06. It-talba biex jintużaw dawn il-fondi saret f'Diċembru 2008 lill-Managing Authority. Ix-xogħolijiet jinkluldu x-xiri u tqegħid ta' photovoltaic panels u x-xiri ta' iżjed tagħmir għal kċejjen. L-għan hu li tinutża enerġija altlernalttiva u li jkompli jiżdied il-potenzjal tat-taħriġ li jista jingħata fl-ITS.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6744 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6424, jagħti lista bl-ismijiet tat-32 cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità msemmija u jindika liema minnhom żaru lil Malta f’dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid kull wieħed minnhom meta l-aħħar li daħal Malta? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamlet l-Awtorità Marittima ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jagħmel xi ħadd (persuna jew organizzazzjoni) biex juża l-inħawi tat-teatru f'Ta' Qali għall-attività rekreattiva jew kummerċjali? Sal-lum kemm kienu n-numru ta' persuni li fil-fatt talbu u ngħataw permess biex jużaw dawn l-inħawi, kull sena matul l-2006, 2007, 2008, 2009? X'tip ta' ħlasijiet jintalbu għal dawn l-attivitajiet?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi tal-appartamenti tal-gvern in-naħa ta' Triq Porzjunkola, il-Qawra, San Pawl il-baħar, jiġu stallati pelican lights minħabba l-fatt li hemm bosta familji (bosta minnhom bi tfal żgħar) li jkollhom bżonn jaqsmu min-naħa għal oħra tat-triq minħabba l-karozzi tal-linja jew trasport għall-iskejjel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet pendenti - żona ODZ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa fl-inħawi meqjusa bħala outside development zone? Kif inhuma maqsuma dawn l-applikazzjonijiet, maqsuma skond il-lokalitajiet differenti, madwar Malta u Għawdex?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5745 li oriġinarjament tlabt lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu u jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba matul l-2008, il-pulizija kienet mitluba biex tgħin uffiċjali tad-dwana li kienu qabdu materjal suspettuż at point of entry fl-airport jew portijiet Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi ġodda li b'xi mod inbdew quddiem il-qrati Maltin matul l-2008? X'tip ta' kawżi huma dawk li fil-fatt inbdew matul l-2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma s-self employed lokalità, lokalità skond l-istatistika miżmuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi predominanza partikolari f'dawk li huma lokalitajiet fejn min jaħdem hu self-employed?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar it-talba li huwa ressaq biex jifdi ċ-ċens ta' l-art ta' garaxx li huwa jokkupa? Din l-applikazzjoni saret madwar tliet snin ilu.
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu l-Gvern biex jindirizza r-rata baxxa ta' fertilità u twelid?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Gvern attiva ħafna miżuri li jinkoraġixxu nisa jidħlu jew jirritornaw fil-post tax-xogħol wara li jwelldu, fosthom diversi programmi intenzjonati biex jerġgħu jintegraw lin-nisa fid-dinja tax-xogħol, bħal l-Empowerment Skills Programme u programmi oħra bħal Childcare u Elder Care kif ukoll Carers of the Disabled. Numru kbir tal-parteċipanti fil-programm 'Ibda Negozju Tiegħek' huma nisa u l-ETC organizzat Enterpreneurship Programme speċifikament għan-nisa. L-ETC ħadet sehem attiv biex tippromwovi childcare ta' kwalita'. Apparti ħafna taħriġ li offriet f'dan il-qasam, nidiet kampanja ta' pubbliċita', permezz ta' fondi strutturali ta' l-UE biex teduka dwar Quality Standards fiċ-Childcare. Permess tal-programm Progress ta' l-UE, l-ETC kisbet il-fondi biex jippromwovi bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. L-ETC ser tniedi ukoll kampanja ta' pubbliċita' msejħa 'Nista', biex tippromwovi l-qsim ta' responsabilitajiet tal-familja u x-xogħol bejn in-nisa u l-irġiel.
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-bosta miżuri u inizjattivi favur il-familja fosthom it-Teleworking, ir-Reduced Hours, l-estensjoni għall-erbatax-il ġimgħa tal-Maternity leave u oħrajn.
HIV/AIDS u STI Pandemic — programmi edukattivi u informattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi programmi edukattivi u informattivi qed ikunu immexxija fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva dwar l-HIV/AIDS u STI Pandemic?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Guidance and Counselling Services jipprovdi għajnuna fuq bażi personali ma’ l-istudenti u fejn hemm bżonn mal-familja tagħhom, skond il-każ.
Jitfasslu wkoll programmi skond il-ħtieġa ta’ kull skola partikolari. Dawn il-programmi jindirizzaw kemm il-bżonn ta’ informazzjoni korretta kif ukoll l-importanza tal-formazzjoni tal-karattru.
Il-Guidance and Counselling Unit ħafna drabi jaħdem id f‘id mal-għalliema tal-PSD u suġġetti oħra relatati bħal reliġjon u xjenza.
Unit għożża joffri programm li huwa bbażat fuq sessjonijiet ta’ żvilupp personali, sessjonijiet edukattivi u suġġetti informattivi li jittrattaw fost suġġetti diversi, il-mard trasmess mis-sess. Dan isir kemm mal-grupp tat-tfajliet, kif ukoll mal-grupp ta’ sapport għall-omm u t-tarbija. Għal dan il-għan jiġu mistiedna wkoll kelliema esperti f’dan il-qasam, biex jindirizzaw dan is-suġġett maż-żewġ gruppi msemmija hawn fuq.
Issir referenza għal dan is-suġġett, waqt is-seminars dwar is-suġġetti sesswali li huma parti mill-programm ta’ prevenzjoni intitolat ‘Nifmhu ‘l Uliedna fil-Bidliet’ li jingħata lill-ġenituri ta’ studenti li jattendu l-ħames, is-sitt u s-seba’ sena tal-iskola primarja.
L-Education Medical Service ukoll jagħti talks dwar dawn is-suġġetti lill-istudenti ommijiet jew tqal fi ħdan il-Unit Għożża.
STIs huwa topic li jingħata importanza speċifika fil-Form 4 taħt it-titlu ‘s-Saħħa u s-Sesswalita’. Skont is-sillabu tal-Personal and Social Development (PSD) għall-iskejjel Sekondarji maħruġ mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni (2005) dawn huma l-għanijiet u x’inhu mistenni li jitgħallmu l-istudenti.
STIs
· Biex l-istudenti jsiru konxji mill-STIs u kif jiġu trasmessi
· Biex l-istudenti jesploraw l-emozzjonijiet personali tagħhom marbutin ma’ dawn l-STIs
Kif tevita l-STIs
· Biex l-istudenti jirrevedu dak li diġa jafu dwar il-kontraċettivi
· Biex l-istudenti jidentifikaw liema kontraċettivi jistgħu jintużaw bħala protezzjoni kontra t-trasmissjoni ta’ l-STIs.
Huwa d-dmir ta’ l-għalliema tal-PSD li jgħallmu l-ħiliet indikati hawn fuq lill-istudenti tas-sena ndikata.
Matul is-sena ġewwa l-MCAST isiru bosta attivitajiet li jkopru dan is-suġġett tas-sesswalita’. Dawn jiġu organizzati mill-Counsellors, miċ-Chaplain tal-Kulleġġ u minn gruppi ta’ studenti kemm fuq livell ta’ Istitut kif ukoll dak ta’ Kulleġġ. Is-sena l-oħra, waħda minn dawn l-attivitajiet li ġiet organizzata mill-Counsellors b’kollaborazzjoni mal-Kunsill ta’ l-Istudenti u bl-għajnuna tal-
Health Promotion and Diseases Prevention
Department
kienet ġimgħa ta’ attivitajiet bejn it-2 u s-7 ta’ Diċembru 2008. Waqt din il-ġimgħa saru taħdidiet ma’ l-istudenti dwar mard u infezzjonijiet trasmessi sesswalment, fertilita’ u tqala. Intwerew slides u tqassam ukoll xi materjal stampat filwaqt li numru ta’ youth workers kemm Maltin kif ukoll barranin fil-breaks tħalltu ma’ l-istudenti u tkellmu magħhom dwar drittijiet u rispett lejn il-ġisem uman kif ukoll dwar servizzi eżistenti marbuta ma’ dan is-suġġett.
Minn din is-sena akkademika l-istudenti kollha li qed isegwu kors ta’ tagħlim fl-ewwel livell qed jingħataw lezzjonijiet fuq l-iżvilupp personali (PSD) fejn fost temi oħra hemm dik tas-sesswalita’ u l-mard trasmess sesswalment.
Alcohol Abuse, Drug Abuse, Sexually Transmitted Diseases u Work-Placed Violence
huma suggetti inkluzi fil-kurrikulum ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistici. Barra minn dan jsiru wkoll laqghat informattivi ghall-istudenti mill-Agenzija Sedqa li jittrattaw l- HIV/AIDS u STI.
L-Università m’għandhiex programmi edukattivi speċifikament dwar l-HIV/AIDS u STI Pandemic. Però dawn is-suġġetti jiġu diskussi f’diversi
study-units
li joffru fakultajiet differenti.
gender sensitive sexuality and relationship — programmi informattivi u edukattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi programmi informattivi u edukattivi qed jiġu mmexxija fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva, fir-rigward ta' gender sensitive sexuality and relationship bil-għan li tipprevedi t-tqaliet mhux ippjanati, tqaliet f'etajiet zgħar u tqaliet mhux f'relazzjonijiet stabbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Guidance and Counselling Services jipprovdi għajnuna fuq bażi personali ma’ l-istudenti u fejn hemm bżonn mal-familja tagħhom, skond il-każ.
Jitfasslu wkoll programmi skond il-ħtieġa ta’ kull skola partikolari. Dawn il-programmi jindirizzaw kemm il-bżonn ta’ informazzjoni korretta kif ukoll l-importanza tal-formazzjoni tal-karattru.
Il-
Guidance and Counselling Unit
ħafna drabi jaħdem id f’id mal-għalliema tal-PSD u suġġetti oħra relatati bħal reliġjon u xjenza.
Unit
Għożża teduka tfajliet li ser isiru ommijiet u oħrajn li diġa’ saru. Għal dan il-għan, ġie mfassal programm ta’ prevenzjoni li jittratta suġġetti dwar:
1. kif it-tfajla għandha tgħix is-sesswalita’ tagħha;
2. tifhem ir-responsabbilta’ ta’ ħajja sesswalment attiva u l-konsegwenzi;
3. il-kontraċezzjoni;
4. sessjonijiet ta’ PSD li jittrattaw diversi suġġetti fosthom relazzjonijiet, imħabba u sess, komunikazzjoni, deċiżjonijiet u valuri;
5. il-programm ‘Nifhmu ‘l Uliedna fil-Bidliet’ li jingħata lill-ġenituri ta’ studenti li jattendu l-ħames, is-sitt u s-seba’ sena tal-iskola primarja. Dan il-programm għall-ġenituri, jikkonsisti f’seminars dwar suġġetti sesswali u kif il-ġenituri jistgħu japplikaw dan it-tagħlim fi ħdan il-familja.
Fis-settur primarju mir-raba’ sena ’l fuq waħda mit-temi rikorrenti li nsibu fis-sillabu tal-
Personal and Social Development
(PSD) hu t-tema “‘Saħħa u Sigurta’”. Fir-raba’ sena l-istudenti jsiru konxji tal-iżvilupp fiżiku, sesswali u emozzjonali tagħhom. Huma jsiru konxji wkoll tal-emozzjonijiet imqanqla meta jkun kemm l-esperjenza ta’ twelid. Fl-ħames sena jingħataw tagħrif dwar it-tibdiliet li jseħħu fil-ġisem uman u jiġu megħjuna jifhmu dawn it-tibdiliet. Huma jsiru konxji tal-influwenza tal-familja, il-ħbieb u l-media fuq kif huma mistennija jġibu ruħhom skont is-sess tagħhom u kif is-soċjeta’ tista’ tittratahom differenti minħabba s-sess tagħhom. Huma jkunu megħjuna jifhmu l-ideat sterjotipiċi li huma mdawra bihom. Fil-ħames sena jiġu trattati wkoll it-temi ta’ xi tfisser mħabba u riproduzzjoni. Fis-sitt sena dawn it-temi kollha jiġu trattati f’iżjed dettal.
Fis-settur sekondarju diversi temi differenti skont l-eta’ u l-maturita’ tal-istudent jiġu trattati matul il-ħames snin. Fost dawn nistgħu nsemmu, l-iġene personali, l-iżvilupp fiżiku, sesswali u emozzonajali, l-effett tal-
media
u tas-soċjeta’ u kif wieħed iħares lejn is-sesswalita’ tiegħu. Tingħata importanza lill-valur tal-ħajja, it-tqala qabel iż-żwieg u l-konsegwenzi li ġġib magħha. Fis-suġġett tal-PSD jiġu diskussi ukoll temi bħal l-iżvilupp tas-sess oppost, l-imaġni individwali, il-kontraċettivi, il-mard assoċjat mal-abbuż sesswali, stupru,
internet chatting
, fastidju sesswali, pedofilija, l-esebizzjoniżmu u l- pornografija .
Jiġu ttratti ukoll temi assoċjati mar-relazzjonijiet differenti u orjentazzjonijiet differenti.
Wieħed mill-għanjiet prinċipali tal-MCAST hu li t-tagħlim isir b’mod ħolistiku għall-iżvilupp u l-formazzjoni ta’ l-istudenti. L-edukazzjoni pastorali hija integrata mat-tagħlim formali li jsir mill-għalliema b’impatt fuq l-iżvilupp sħiħ ta’ l-istudenti inkluż dak sesswali.
Bħal fis-snin ta’ qabel, il-Kulleġġ jorganizza numru ta’ laqgħat taħt diversi forom ma’ l-istudenti dwar is-suggett tas-sesswalita’ u l-imġieba sesswali. Dawn ivarjaw minn taħditiet informali fil-klassi,
video forums
, laqgħat fejn jiġu mistiedna kelliema professjonalli biex ikellmu lill-istudenti u bosta attivitajiet oħra. Barra minn hekk, minn din is-sena akkademika, l-istudenti kollha li qed isegwu kors ta’ tagħlim fl-ewwel livell qed jingħataw lezzjonijiet fuq l-iżvilupp personali (PSD) fejn fost temi oħra hemm dawk ta’
gender sensitive sexuality
u relazzjonijiet.
Sexually transmitted diseases
u sugetti relatati bhal
relationships
u
gender equality
huma trattatti fil-programmi ta’ studju ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistici.
Fuq livell Universitarju, il-Fakultajiet ma jipprovdux programmi fir-rigward ta’
gender sensitive sexuality and relationships
bl-għan li jipprevedu t-tqaliet f’etajiet żgħar u tqaliet mhux f’relazzjonijiet stabbli.
Il-
Gender Issues Committee
fi ħdan l-Università tħeġġeġ lid-Dekani tal-Fakultajiet regolarment biex joħolqu iżjed għarfien fuq vjolenza fiżika u
gender issues
in ġenerali.
enviromental medicine — programmi ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina u tobba
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jagħraf l-importanza ta' l-enviromental medicine bħala dixxiplina ġdida fil-mediċina u hux fi ħsiebu jiżviluppa programmi ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina u tobba f'dan il-qasam?
tniġġis ta' l-ambjent — programmi dwar prevenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi programmi dwar prevenzjoni qegħdin jsiru biex jiġu imħarrġa u edukati n-nies rigward riskji għal saħħithom ippreżentati mit-tniġġis ta' l-ambjent?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sistema edukattiva, suġġetti li għandhom x’jaqsmu mat-tniġġis ta’ l-ambjent u l-ħsara li dan jista’ jagħmel lis-saħħa, huma inklużi fil-lezzjonijiet ta’ l-iStudji Soċjali u tal-Personal and Social Development. Proġetti bħal Ekoskola jitrattaw wkoll dawn is-suġġetti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6838 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.