Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6250 u 5937 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, jista' l-Ministru jgħid minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħux jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamnetari 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

impjant ta' Sant'Antnin — laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret il-laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija tal-iskart solidu ġewwa il-premises tal-impjant ta' Sant'Antnin? Fejn u meta ġiet irriklamata speċifikament? Kemm attendew nies bejn wieħed u ieħor għal din il-laqgħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-laqgħa fl-impjant ta’ Sant’Antnin saret fil-5 ta’ Marzu 2009 fis-6.30 ta’ filgħaxija. L-avviż tal-laqgħa deher f’diversi ġurnali (23 ta’ Frar; 3 ta’ Marzu; 4 ta’ Marzu; 5 ta’ Marzu). Fit-2 ta’ Marzu 2009, permezz tad-DOI, kien inħareġ ukoll avviż għal din il-laqgħa. Kienu preżenti madwar ħamsa u għoxrin persuna. Barra hekk dehru u għadhom qed jidhru riklami b’informazzjoni fuq l-iStrateġija fejn jidher ukoll l-indirizz tas-sit elettroniku fejn il-pubbliku jista jara u jagħti l-kummenti tiegħu fuq l-istess Strateġija. Ta’ min jgħid ukoll, li laqgħat oħra ta’ konsultazzjoni saru ma’ kull min talabhom.

Għaqda ta' tobba — konsultazzjonijet dwar ir-riformi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6324 u jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-għaqdiet tat-tobba tal-famlija minn Marzu 2008 'l hawn dwar ir-riforma tal-kura primarja tas-saħħa u b'mod partikolari dwar l-ingaġġ ta' tobba tal-familja li jaħdmu privat?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6099.

Sptar Mater Dei — pazjenti li ġew discharged

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6356 u jgħid matul l-ewwel sitt ġimgħat tas-sena 2009, kemm-il pazjent li ġie discharged mill-Isptar Mater Dei reġa' ddaħħal fl-istess sptar? X'kienet l-età tal-pazjenti u f'liema wards kienu l-ewwel darba?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek — mediċina in stock

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6277 u jgħid għaliex ċertu items m'humiex inklużi fis-sistema l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, ġaladarba jkun hemm l-awtorizzazzjoni għal-mediċina u din tkun in stock? Tista' tiġi riveduta din is-sitwazzjoni li qed taffetwa ħażin lil persuni b'mard kroniku serju, persuni anzjani u persuni b'diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-preżent 700 mediċina qed jitqassmu mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Mediċini li huma bulky, bħall stoma care u gluten free items, ma humiex inklużi fl-Iskema. Dan l-arrangament ġie miftiehem mal-imsieħba soċjali fil-Memorandum of Undertstanding meta ġiet imnedijja l-Iskema. Informat ukoll li mediċini speċjalizzati oħra jitqassmu biss mill-isptar Mater Dei. Huwa l-ħsieb li fil-futur, wara li s-sistema tkompli tissaħħaħ, jinbeda proċess ta` evalwazzjoni bil-għan li ssir reviżjoni rigward liema mediċini għandhom jitqassmu taħt l-Iskema.

Każ ta' terminazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinvestiga l-każ tat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt ta' servizz tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi? Ma jidhirlux il-Gvern li dan ma kienx jammonta għal ksur ta' sigriet professjonali? Jekk iva, għandu l-ħsieb li jagħti lura mill-ġdid il-kuntratt li kellha din il-persuna qabel ma ntemmilha l-impjieg?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6986 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Restawr fuq l-Istatwa ta' San Duminku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6494 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-restawr ta’ din l-istatwa huwa nkluż fit-tenders għar-restawr tas-swar tal-Birgu. Dawn it-tenders ġew ippublikati u s-sejħa għall-offerti tagħlaq fl-ewwel t’April li ġej. Ix-xogħol huwa mistenni li jibda aktar tard din is-sena.
Leg 11 PQ #6999 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Lokali Munxar — Xlendi Waterfront

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk saritx konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali tal-Munxar rigward il-proġett tax-Xlendi Waterfornt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Kunsill Lokali tal-Munxar qiegħed ikun involut fil-Proġett tax-Xlendi Waterfront.
Leg 11 PQ #7000 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Lokali Żebbuġ — Marsalforn Waterfront

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex rigward il-proġett tal-Marsalforn Waterfront?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ qiegħed ikun involut fil-Proġett tal-Marsalforn Waterfront.
Leg 11 PQ #7006 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ħlas biex jinġabru employment history

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta qed ikunu mitluba ħlas sabiex jinġabru employment history u xi informazzjoni oħra? X'inhuma dawn il-ħlasijiet u għal liema servizz?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ħlas għall-informazzjoni uffiċjali relatati ma’ storja tax-xogħol (employment history) jew storja ta’ reġistrar (registration history) ta’ individwu kienet stabbilita fil-1992. Il-ħlasijiet mitluba għall-dawn is-servizzi u xi oħrajn huwa kif ġej: Storja tax-xogħol (Employment History) €3 għall kull lista* Storja ta’ Reġistrar (Registration History) €3.50 għall kull lista* Lista ta’ l-Impjegati ta’ Imprenditur: - Dik uffiċjali €23 għall kull lista separata - Għall użu intern tal-imprenditur B’xejn Lista ta’ kemm imbiddlu nies ma’ Imprenditur (Turnover List) B’xejn Informat ukoll li l-prezzijiet ta’ hawn fuq (bi stilla ħdejhom*) japplikaw biss għall-persuni li għandhom impjieg. Nies li ma jaħdmux jew li waslu għall-pensjoni jingħataw is-servizz b’xejn.

Awtorità Marittima ta' Malta — Baċir Nru 1 - bollards u ħadid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet ġodda għall-Baċir Nru 1? X'inhi r-raġuni għaliex ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta żebgħu bollards u xi ħadid ieħor mad-dawra tal-Baċir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7045 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — skema ta' rebate

Question

Minn mindu tħabbret l-iskema ta' rebates fuq sistemi ta' solar water heaters u sistemi fotovoltajici skond kif oriġinarjament mħabbar fil-budget, jista' l-Ministru jgħid seperatament bejn solar water heaters u photovoltaic panels kemm kien hemm applikazzjonijiet minn mindu ġiet fis-seħħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rebate kif wkoll kemm minnhom ġew approvati digà mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — servizz kif reklamat fuq brochure

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċjali tal-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum speċjalment fil-jiem tax-xita biex jaraw li servizz reklamat fil-brochure li qed jintbagħat separatament, kemm tar-rotta tan-North u tar-rotta tas-South tal-istess tender li dettalji dwaru qed jidhru separatament, qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage speċjalment fil-ħin ta' fil-għodu u jekk issirx ir-rotta kollha kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Brochure bit-tibdil fuq ir-rotot

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna responsabbli li approvat it-tibdil fuq ir-rotot b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatamenet u l-kundizzjonijiet li hemm immniżżla fuq it-tender(a) minn dawk li hemm imnizzla fuq il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-operatur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid għala l-kundizzjonjiet li hemm imnizzla fil-kuntratt li l-Awtorità dwar it-Trasport iffirmat mal-operatur huma differenti mill-kundizzjonijiet li hemm fuq it-tender (b) li ġiet maħruġa għall-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.