Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6529 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinħass il-bżonn ta' uffiċċju u servizz ta' probation officers f'Għawdex, jekk taqbilx li wasal iż-żmien li f'Għawdex ikollna dan it-tip ta' servizz u jekk il-Gvern għandux pjanijiet sabiex fil-futur qrib ikollna appuntu dan is-servizz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta’ probation f’ Għawdex diġa` jeżisti peress li l-Uffiċċju tal-Probation ikopri kemm il-Qorti ta’ Malta kif ukoll dak ta’ Għawdex. L-Uffiċċju tal-Probation jirċievi minn Għawdex każijiet kemm mill-Qorti Minorenni, kif ukoll mill-Qorti tal-Maġistrati u tal-Appell.
Ninsab infurmat illi fil-preżent, il-każijiet li ġejjin minn Għawdex jitqassmu fost numru ta’ uffiċjali tal-Probation. Għalhekk, il-Qrati f’ Għawdex għandhom kull possibbilita` li jutilizzaw, kif fil-fatt qed jagħmlu, kull servizz offrut minn dan l-uffiċċju.
Madankollu, in vista tal-fatt illi n-numru ta' każijiet maħruġa mill-Qorti ta' Għawdex qiegħed jiżdied, jista’ jkun li fil-futur is-sistema tas-servizz tal-Probation Officers f'Għawdex tiġi riveduta.
Istallar ta' antenni u appart ta' telekomunikazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6582 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi u DNOs fir-rigward istallar ta' antenni u apparat ieħor ta' telekomunikazzjoni kemm fiss kif ukoll ċellulari f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati u kemm ġew iritirati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6582.
Kumpannija sussidjara tal-Freeport — Investiment fil-port ta' Brindisi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6217, peress li l-Ministru rrefera għall-istqarrija li kien għamel hu fl-1 ta' Novembru 2004, jista' jgħid x'ġara fil-każ tal-Brindisi Terminal minn dak in-nhar sal-lum b'mod partikolari:
a) Brindisi Terminal Italja s.p.a. kienet inbiegħet u jekk fl-affermattiv, x'kien l-ammont ta' flus miġbura minn dan il-bejgħ?
b) Jekk ma nbiegħetx għadhu jopera t-terminal ta' Brindisi?
ċ) Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk l-ammont direct ta' €26.6 miljun lil-banek tħallasx u jekk fl-affermattiv meta tħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Brindisi Terminal Italia s.p.a. m’għadiex topera u fit-2 ta’ Novembru 2005 marret għal-likwidazzjoni.
Dwar l-ammont dovut lill-banek, Freeport Terminal (Malta) irnexxielha tinnegozja ftehim mal-banek li permezz tiegħu kellha titħallas is-somma ta’ €6.64 miljun bħala ħlas sħiħ u finali ta’ kull ammont dovut minn Brindisi Terminal Italia s.p.a. L-aħħar pagament minn dan l-ammont tħallas fi Frar 2008 sabiex b’hekk l-involviment tal-Freeport Terminal (Malta) fil-port ta’ Brindisi spiċċa darba għal-dejjem.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6583 u jelenka kemm hemm istallati antenni ta' telekomunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament u jindika fejn qegħdin u jekk huwa possbli jingħata l-indirizz ta' fejn jinsabu?
Sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onologija — Persuni trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mis-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija li tinsab fl-Għammieri? Kemm hemm persuni f'din is-sezzjoni u x'se jkun il-futur tagħhom u tal-istess sezzjoni minħabba li xi persuni diġà ġew trasferiti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal persuni li huma impjegati maċ-Ċivil li meta jispiċċaw bl-età huma ntitolati għas-somma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hemm 2,393 impjegat fis-Servizz Pubbliku li meta jirtiraw huma ntitolati għall-pensjoni tat-Teżor, skond l-Ordinanza tal-Pensjonijiet.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull entità governattiva li taqa' taħt id-dekasteri tal-:
a) kultura u
b) patrimonju,
bil-membri ta' kull bord/entità?
Tista' tispjega ukoll il-ħidma tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività mit-8 ta' Marzu 2008 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jippromwovi l-kunċett ta' teleworking għal ħaddiema nisa maċ-Ċivil li jkunu saru ommijiet? Kemm hemm ħaddiema taċ-Ċivil li jibbenefikaw mit-teleworking?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-prinċipju, is-sistema tat-teleworking tapplika għall-ħaddiema tal-Gvern kollha sakemm ix-xogħol ikun adattat għat-teleworking. Meta ġiet introdotta s-sistema tat-teleworking inħarġu guidelines estensivi biex jaffiċilitaw id-dħul ta’ din is-sistema fid-dipartimenti u fost l-impjegati kollha, inklużi l-ommijiet u l-missirijiet il-ġodda.
Is-sistema tat-
teleworking
hija meqjusa li hija għodda importanti fost id-diversi miżuri favur il-familja (fosthom l-
maternity leave
, il-
leave
għall-adozzjoni, il-
leave
għall-
fostering
, il-
leave
għall-ġenituri, il-
career break
, ix-xogħol fuq sigħat imnaqqsa, il-
leave
ta’ responsabbilità, u l-
flexitime
) li l-ħaddiema fis-servizz pubbliku jistgħu jagħmlu użu minnhom biex jgħinuhom ilaħħqu bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja. Is-Servizz Pubbliku jippromwovi dawn il-miżuri kollha sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jutilizzaw il-miżuri li l-iktar jgħoddu għaċ-ċirkostanzi tagħhom.
Bħalissa hemm madwar mija u sbatax (117) impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu bit-
teleworking
. Mija u sebgħa (107) huma nisa u għaxra (10) huma rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi r-rata li biha l-combustion plants fil-Power Station tal-Marsa jaħarqu l-enerġija? Kemm hi dik permessa mill-Unjoni Ewropea? X'inhu l-impatt jekk dawn il-plants ikollhom jgħalqu qabel l-2015? Xi pjan ta' kontinġenza għandu l-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati patents u trademarks sena b'sena mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum? Kemm minn dawn il-patentsu trademarks huma owned minn persuni legali jew naturali Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati:
a) Full time farmers
b) Part-time farmers
ċ) Full time fishermen
d) Part-time fishermen?
Jista' jikklassifika l-istess informazzjoni skond:
a) Age group
b) Lokalità
ċ) Income?
Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6616, 6209, 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Group 4 - xogħol klerikali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6632 u jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Group 4 jagħmlu xogħol klerikali fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kemm jitħallsu fis-siegħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata li biha l-MEPA qiegħda tħallas lil G4S għas-servizz klerikali li qed jofrulha hi ta’ 5.18 Euro kull siegħa (excl VAT).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6832 u 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1?
Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?
Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6695, 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6694 u jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil operatur li qed jisemma’ separatament li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South ta’ Malta?
Jista' jgħidilna liema minn dawn l-
open top buses
qed joperaw fuq ir-rotta tan-
North
u liema fuq ir-rotta tas-
South
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ?
Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna?
Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta?
Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.