Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bical

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal flus biex jitħallsu lid-depożitaturi tal-Bical u meta dawn beħsiebhom jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ €756,904 (Lm324,939) li huwa dovut lill-klijenti jirrappreżenta l-aħħar porzjon ta’ 20% mill-kapital oriġinali li kien għadu dovut fis-27 ta’ Novembru 1972 u li għadu ma ġiex distribwit mill-Kontrollur, kif ukoll l-interessi li jistgħu jkunu pagabli fuq din is-somma. Rigward il-possibilita’ ta’ distribuzzjonijiet futuri, il-kontijiet bankarji huma fil-preżent ibblokkati b’riżultat ta’ mandati ta’ sekwestru li ġew maħruġa fuq il-kontijiet bankarji u ebda distribuzzjonijiet ma jkunu possibbli sakemm dawn il-proċeduri ġudizzjarji ma jiġux finalizzati.

Self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6209, 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

In-numru kumulattiv ta’ self-employed li waqgħu lura fil-pagamenti/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f’Malta u f’Għawdex mill- 1999 sas-sena 2007 hu kif ġej:- Malta 15,511 Għawdex 1,542 L’ammonti dovuti huma:- Malta € 41,498,004 Għawdex € 2,185,814

Kunsill lokali — skrivan skala 15 - kwalifiki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li wieħed għandu jkollu/ha biex jidħol skrivan skala 15 fl-uffiċċju tal-kunsill lokali? Liema regoli japplikaw u meta daħlu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kwalifiki li persura irid ikollha biex tidħol skrivan/a ma’ Kunsill Lokali huma regolati permezz tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani) – Avviż Legali numru 127 ta’ l-1998 li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1998.

Casuals officers fid-detention centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nies li daħlu mad-detention service bħala casuals telqu ma' l-ewwel jum? Casual officers fid-detention centres għandhom dritt jirrifjutaw li jagħmlu xogħol jew duties mal-immigranti illegali li huma jħossu li huwa ta' periklu għalihom u għal familji tagħhom? X'jiġri jekk dawn jirrifjutaw, bħal per eżempju, meta ġew imġiegħla jidħlu għassa fost immigranti illegali? Jaf l-Ministru li dawn is-suldati u casual officers jirrifjutaw priċinpalment minħabba raġuni ta' mard serju bħala tuberkolożi, HIV, Hepatitis, chickenpox, tropical disease, eċċ.?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dan l-aħħar kien hemm ħames Uffiċjali Temporanji li, wara biss ftit jiem mill-ingaġġ tagħhom mas-Servizz tad-Detenzjoni, irriżenjaw minn din il-kariga għaliex ma ħassewhomx kompatibbli max-xogħol involut f'dan il-qasam. Ir-risposta għat-tieni domanda hija fin-negattiv u dan minħabba li l-kundizzjonijiet jiġu mgħarrfa lill-applikanti prospettivi mal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern li ssir qabel kull ingaġġ. Jekk xi wieħed minn dawn l-Uffiċjali jirrifjuta li jaqdi dmiru, jista` jintemm l-impieg tiegħu skont l-Artiklu 5 tal-kundizzjonijiet diġa’ msemmija. Huwa tajjeb li wieħed jgħid li kull Uffiċjal Temporanju, suldat u pulizija li jaħdem fis-Servizz tad-Detenzjoni ikun imlaqqam kontra t-TB, Hepatitis, Polio u Tetanus qabel ma jiġi assenjat lilu xi xogħol ġewwa ċ-ċentri tad-detenzjoni.

każ ta' ħanut

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk li ħanut li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux mikri jew jekk hux f'idejn il-Gvern? Jekk hu tal-Gvern, jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li jikrih? Jekk iva meta il-Gvern għandu il-ħsieb li joħroġ l-offerta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.
Leg 11 PQ #6689 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tbdil ta' liġi dwar aħwa bħala carers

Question

Jista' l-Ministru jara li tinbidel il-liġi biex aħwa jkunu jistgħu jieħdu ħsieb lil ħuthom bħala carers u għax ikollhom xi flus il-bank dawn ma jingħataw xejn bħala kumpens?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil-Onor li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318)jipprovdi li aħwa jkunu meqjusa bħala carers meta jkunu qegħdin iduru jew jieħdu ħsieb ħuthom. Bħal ma jsir fil-każijiet l-oħrajn kollha fejn tingħata l-għajnuna jew pensjoni tal-Wens, irid isir it- test tal-meżżi qabel ma dak li jkun jista jikkwalifika għal din it-tip ta għajnuna.

każ ta' studenti fi skola

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk is-saqaf tal-klassijiet tal-year 1 u year 2 tal-iskola Primarja ta' Ħal Tarxien huwiex kkundannat? Jekk iva, x'se jsir? Tista' l-Ministru tara li jsir xi rimedju minħabba li tfal tal-year 1-2 ta' l-istess skola biex imorru għall-klassi jridu jgħaddu mil-bitħa b'detriment li meta tkun ix-xita, t-tfal ta' din l-età żgħira jibqgħu imxarbin il-ġurnata kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wara spezzjoni li saret ma jirriżultax li hemm xi saqaf fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien li hu kkundannat. Il-Kapijiet ta’ l-Iskejjel għandhom struzzjonijiet li meta tkun ix-xita ma jħallux it-tfal joħorġu jixxarrbu, la ġo l-iskola u l-anqas barra, imma jistennew sa ma tieqaf.

Tarxien — Triq Sant Anna - Drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5881, nixtieq ninforma lill-Ministru li t-triq hija maqlugħa u is-sistema tad-drenaġġ hija antik u għadha bil-katusi u hemm minnha li għadha bil-ġebel (gandott) u hemm spralli u l-ilma tat-triq qed jinżel fil-kantina tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Spiża ta' kull immigrant illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi attwalment l-ispiża ta' kuljum li jġorr il-Gvern ta' Malta għal kull immigrant illegali li jinsab fiċ-ċentri tad-detenzjoni f'Malta? Din l-ispiża għal kull immigrant illegali ta' kuljum li jinsab fiċ-ċentri tad-detenzjoni, tvarja minn dik ta' kull immigrant li jinsab fl-open centres? Jekk tvarja, kemm hi l-ispiża ta' kuljum għal kull immigrant li jinsab fiċ-ċentri miftuħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella ta' kalkolu approssimattiv tal-ispejjeż rikorrenti marbutin maċ-Ċentri ta' Detenzjoni u ċ-Ċentri miftuħa.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' meter tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6093 u 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dilettanti tal-karnival — pjani għal rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex id-dilettanti tal-karnival ikunu jistgħu jiġu rilokati f'post alternattiv għal dak ta' Sant' Iermu fejn għadhom fil-preżent?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Karozzi importati second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati second hand cars importati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Frar 2009 ġew reġistrati 750 karozza second-hand – (KLASSIFIKATI BĦALA M1). Il-mod kif tinħadem it-taxxa għal karozzi impurtati second-hand hi l-istess bħal ġodda u tieħu in kunsiderazzjoni l-ammont ta’ carbon dioxide li jitfgħu fl-arja.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST — childcare centre jew facilities

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-MCAST hemmx childcare centre jew facilities? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min jista’ jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet u jekk hemmx ħlas marbut ma’ dan l-użu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-Child Care Centre se jinfetaħ fit-28 ta’ April, 2009. Dan huwa proġett ta’ l-ERDF (European Regional Development Fund), u li ser ikun miftuħ għat-tfal ta’l-istudenti li jattendu l-MCAST, għat-tfal ta’ l-istaff ta’ l-MCAST u għall-pubbliku inġenerali jekk ikun hemm postijiet. Din il-faċilita’ hemm ħlas marbut magħha, b’sussijdu konsiderevoli biex ikun jista’ jintlaħaq mill-but ta’ kulħadd, inkluż l-istudenti.

Gambling — Permessi u policies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jiġix ikkonsultat dwar permessi li jinħarġu marbuta ma’ gambling u ħwienet li fetħu u qed jiftħu f’postijiet ċentrali bħal pjazez u toroq ċentrali f’diversi rħula u bliet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll teżistix xi policy marbuta ma’ dan it-tip ta’ logħob u gambling?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6500, 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6504, 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

servizzi tas-saħħa — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm jammonta l-infiq fuq is-servizzi tas-saħħa bħala persentaġġ tal-Gross Domestic Product?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Triq SM Genuis - kwestjoni fuq bus shelter

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4299, fejn il-Ministru qal li l-applikazzjoni għall-bus shelter fi Triq SM Genuis, Birgu ma ġietx approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid: a) Min irtira din l-applikazzjoni bin-numru li qed jintbagħat separatament u għal liema raġuni ġiet irtirata? b) Jekk ġiet irrifjutata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għaliex sar dan meta l-pjanti ta' dan il-bus shelter huma identiċi għall-bus shelters moderni mferrxin mat-toroq f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'kienet ir-raġuni għal dan ir-refusal u dan meta dan il-bus shelter ilu jeżisti madwar għaxar snin u kull ma kellu jsir kien li tinbidel l-istruttura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha L-Onorevoli Interpellant ma kinitx aċċettata mill-MEPA minħabba li ma kinux ġew sottomessi d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Kuntrattur imqabbad mill-ADT. Infurmat ukoll li l-istess kuntrattur qiegħed fil-proċess li jerġa’ japplika mill-ġdid għal dan il-Bus Shelter. L-ADT ħadet ukoll ħsieb li tinforma lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex dan jassumi r-responsabbiltà ghat-tqegħid ta’ dan il- Bus Shelter skont kif provdut fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.79 – Ordni dwar delegazzjoni ta’ Funzjoni lill-Kunsilli Lokali (Bus Shelters).