Tista' l-Ministru tgħid kemm kotba mil-Librerija Nazzjonali ġew restawrati professjonalment matul dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu t-titoli tagħhom, l-awturi u l-età ta' kull volum? Kemm man hours ħadet kull restawrazzjoni? Kemm ġiet tiswa kull restawrazzjoni? Tista' tagħti lista ta' restawrazzjonijiet li hu maħsub li se jsiru fl-2009? Kemm fondi ġew allokati għal dan ix-xogħol tant importanti mill-budgetgħall-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa matul dawn l-aħħar ħames snin fuq proġetti konnessi mal-kultura f'Għawdex sena b'sena? X'kienet in-nefqa fuq kull proġett? Liema kienu l-proġetti wieħed b'wieħed? Kemm ħaddiema kienu nvoluti f'kull proġett wieħed b'wieħed? Liema minn dawn il-proġetti kienu konklużi on schedule u liema ma kenux? Jekk ma kienux, x'kienet ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-vot konness mal-proġetti kulturali f'Għawdex huwa amministrat mill-Ministeru għal Għawdex, ikun xieraq li d-domanda tiġi ndirizzata lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid wieħed b'wieħed xi proġetti hemm il-ħsieb li jwettaq il-Kulleġġ ta' Għawdex biex itejjeb il-kwalità u l-image tal-edukazzjoni f'Għawdex fl-2009? Meta huwa maħsub li jitwettqu dawn il-proġetti wieħed b'wieħed matul is-sena? Kemm hemm fondi allokati għal kull proġett? Min se ikunu l-individwi li se jmexxu dawn il-proġetti? Ma' liema suġġetti li jiġu mgħallma fl-iskejjel huma konnessi dawn il-proġetti wieħed b'wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel li ntużaw għal attivitajiet sportivi jew komunitarji wara l-ħin tal-iskola waħda b'waħda matul dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu dawn l-attivitajiet waħda b'waħda u l-entitajiet li organizzawhom waħda b'waħda u xahar b'xahar? Kemm ħallew flus fl-ischool fund ta' kull skola, attività b'attività?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minister għall-Gustizzja u l-Intern — Nefqa globali fuq Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru, d-dipartimenti u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2008 kienet ta' € 82,077.62.
Jista' l-Ministru jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.
Jista' l-Ministru jgħid kif jikkompara dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali Jannar 2008 ma' Jannar 2009? Qiegħed jara nuqqas mid-dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali fl-2009 meta kkomparat ma' l-2007 u l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Jannar 2008
€ 4,546,541
Jannar 2009
€ 3,809,765
Għadu kmieni wisq biex tipprevedi x’ser inkun l-andament matul is-sena 2009. Li hu żgur hu, li l-kriżi finanzjarja madwar id-dinja mhux ser tgħin biex ikun hemm żieda immedjata fil-bejgħ tal-propjeta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6117 u 5827 u jaġġornani bis-sitwazzjoni llum għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari 3978 u cioè: Kemm huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fil-pagament/ħlasijiet tal-bolla tan-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separtament? Jista' jagħti wkoll iċ-ċifri ta' flus globali ta' kemm huma l-ammonti in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6616.
Jista' l-Ministru jippubblika l-pjanijiet li għandu l-gvern dwar l-pazjenti li jkollhom d-dimensia? Kif beħsiebha Malta taffaċċja dan l-problema li kull ma marru qed tiżdied? Hemm servizzi ġodda li sejjer jintroduċi fil-komunità jew f'xi istituzzjoni minħabba din il-kundizzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li l-mediċina li l-isem tagħha qed jintbgħat separatament, l-gvern Nazzjonalista qiegħed ibiegħ l-istess mediċina ħames darbiet iktar għolja mill-istess prezz ta' kull kaxxa għanda ittinbrat fuqha? Jista' jispjega kif pinnoli li jinxtraw mill-ispiżeriji f'Malta jiġu jiswew ħafna aktra mill-ispiżeriji f'pajjiż Ewropej meta tqis li l-pagi u l-pensjonijiet tagħna huma ħafna iktar baxxi minn ta' dawk il-pajjiżi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħlu residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 2006 u Jannar 2009 sena b'sena? Jista' jgħid jekk dawn ir-residenti daħlux mill-kommunità jew inkella minn xi istituzzjoni oħra sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paule u homes oħra — waiting list
Question
Jista' l-Ministru jippubblika t-tul ta' żmien kemm kien ilhom jistennew fil-waiting lists ir-residenti li daħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u l-homes matul is-snin 2006, 2007 u 2008?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega aħjar x'għandu f'moħħu meta jgħid li jrid jagħmel health insurance fuq bażi nazzjonali?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Gvern qiegħed jikkunsidra mudelli differenti sabiex jiżgura s-sostenibbilita' tas-sistema tas-saħħa fit-tul. Informat li bħalissa ma hemm ebda proposti konkreti f'dan ir-rigward.
Gozo College — unit partikolari għal ħidma fuq opportunitajiet
Question
Tista' l-Ministru tikkonsidra li l-Gozo College ikollu unit partikolari fi ħdanu li tkun taħdem fuq opportunitajiet li jista' jibbenefika minnhom il-kulleġġ permezz ta' programmi tal-Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Nterpellant qiegħed jiġi kkunsidrat.
Tista' l-Ministru tgħid x'investiment f'tagħmir ġdid tas-saħħa hemm maħsub għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tagħmir ġdid tas-saħħa li hemm maħsub għall-isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'hemm proġettat għall-futur biex Għawdex jkompli jiġi reklamat bħala destinazzjoni turistika distinta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Li Għawdex hu rikonoxxut bħala destinazzjoni distinta hu riżultat ta’ kif ħdimna matul l-aħħar snin ma’ l-istakeholders involuti fis-settur turistiku f’Għawdex, biex jintlaħaq dan il-għan. Għalhekk hija l-intenzjoni tagħna, li kif għamilna fis-snin li għaddew ser inkomplu nagħmlu dak kollu possibbli biex nagħtu distinzjoni lil destinazzjoni Għawdex.
Ta’ min isemmi li r-reklamar tas-settur turistiku, inkluż dak relatat mal-gżira ta’ Għawdex, jaqa taħt ir-responsabilita’ ta’ l-awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Din l-Awtorita’ tinkopora fi ħdana t-taqsima li twaqqfet speċifikament biex tirreklama u tikkoordina l-ħidma b’risq is-settur turistiku f’Għawdex. Il-funzjoni ta’ din it-taqsima hija integrata f’dik li hi l-istrateġija pubbliċitarja ta’ l-MTA anke fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali.
Il-Ministeru għal Għawdex, kif għamel f’dawn l-aħħar snin, ser ikompli jagħti għajnuna lil dan is-settur anke permezz ta’ finanzjament biex tagħmel possibbli l-preżenza ta’ rappreżentanti tal-GTA f’fieri internazzjonali ewlenin tat-turiżmu. Ser inkomplu naħdmu u nagħtu l-appoġġ biex jiġu organizzati attivitajiet li jkollhom potenzjal li jattiraw numru mdaqqas ta’ turisti kemm barranin kif ukoll Maltin, speċjalment fix-xhur anqas popolari. Dawn l-attivitajiet qegħdin ikunu strumentali biex jesponu l-karattru distint Għawdxi u għalhekk huma wkoll mezz li fl-istess waqt jirreklamaw lil gżira. Fuq kollox ser inkomplu nikkunsidraw mezzi oħra li bihom Għawdex jista' jibqa jiġi rreklamat b'mod distint bħal ma għamilna s'issa.
Ilkoll konvinti li Għawdex għandu l-karatteristiċi soċjoloġiċi u ekoloġiċi tiegħu li għandhom bżonn ikunu mħarsa fid-dimensjoni fiżika tagħhom kif ukoll f'dik umana, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'inhu jwettaq il-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li għaddej bil-ħidma tiegħu biex jara li l-programm tal-Gvern fħal Għawdex għal din il-Leġistura fitwettaq, qed jassigura li d-dimensjoni u r-realtajiet ta' Għawdex ikunu indirizzati kif xieraq kemm fl-istrateġija, dif ukoll fil-ħidma ordinarja tal-Gvern.
Peress li l-intrapriżi ż-żgħar jibqgħu ċ-ċavetta għas-suċċess ekonomiku ta' Għawdex u potenzjal kbir għall-ħolqien ta' iktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess, jista' l-Ministru jikkonsidra l-introduzzjoni ta' Free Permit Zones li jkunu kumplimentati b'linjin gwida għall-ħolqien ta' intrapriżi ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li qed issir ħidma kontinwa biex ikunu antiċipati l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u permezz tal-Employement Barometer u l-Vacancy Monitor ikunu jistgħu jiġu identifikati l-oqsma tax-xogħol li qed ikun hemm l-aktar domanda fihom, jista' l-Ministru jgħid xi bżonnijiet tas-suq tax-xogħol huma antiċipati għal Għawdex? Jista' jgħid x'xogħlijiet qed ikunu identifikati, fil-preżent, li hemm domanda għalihom f'Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul is-sena, l-ETC tkun impenjata b’ħidma kontinwa mal-operaturi tas-suq tax-xogħol f’Għawdex. B’mod mill-iktar dirett, l-ETC niediet inizzjattivi speċifiċi immirati biex tiġi intensifikata il-ħidma tagħha fis-suq tax-xogħol. Fost dawn l-attivitajiet ġew organizzati:
· Seminar għall-Employers bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Business Chamber – April 2008
· Laqgħat mal-Bord tal-Gozo Tourism Association – Mejju 2008
· Fiera tal-Impiegi għal-operaturi fis-settur tal-Ospitalita’ – Ġunju 2008
Informat ukoll li l-ETC hija f’kuntatt dirett u fuq bażi individwali mal-operaturi tas-settur permezz ta’ żjarat u laqgħat kontinwi man-nies tan-negozju. Tali kuntatt jikkreja sens ta’fiduċja fl-operat tal-ETC, fiduċja li intweriet fil-livell ta’ parteċipazzjoni tan-nies tan-negozju flid-diversi
Employment Schemes
li ġew offruti matul is-sena b'mod partikolari il-
Gozo Employment Aid Scheme
, fejn xejn inqas minn 94 Employer ħadu sehem fiha. Parteċipazzjoni li ikkrejat 264 post tax-xogħol ġdid, fejn fosthom ġew ingaġġati 97 persuni li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru.