Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — brochure approvat

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għala l-ħinijiet li qed jirriklama l-operatur fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m'humiex l-istess ħinijiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt fuq ir-rotta tan-North? Jista' jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta' ħinijiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Buġibba — Loop Starting Point - double deckers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif mill-Bus Terminus ta' Buġibba Loop Starting Point qegħdin jitilqu biss tliet double deckers wieħed fil-08:15, ieħor fid-09:15 u ieħor fl-10:15 biex jagħmlu sightseeing North Route u s-servizz mhux jopera minn dan il-loop starting point fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata, iżda jopera minn Sliema Ferries hekk kif indikat fil-brochure tal-operatur (paġna 2 tad-dokument li qed jintbagħat separatament) u differenti mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq il-kuntratt u fuq it-tender ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — Malta by night

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-Awtorità iffirmat mal-operatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - open top buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-mappa tar-rotta tan-North ippublikata fuq il-brochure tal-open top buses tal-operatur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hi differnti mill-mappa li ġiet ippublikata fuq it-tender(a) li din tal-aħħar hi l-istess mappa ppublikata fil-kuntratt iffirmat fl-14 ta' Ġunju, 2007? (referenzi għad-dokument qed jintbagħtu separatament) Jista' jispjega kif l-Awtorità ppermetiet li minn fuq il-mappa tan-North ippublikata fuq il-brochure tneħħew il-bus stops li skond il-kuntratt tal-14 ta' Ġunju, 2007 (riferenza: Schedule 3: The Service) u skond it-tender(b) jindika li suppost hemm fejn il-knisja parrokkjali tal-Mellieħa u fejn in-nature reserve tal-Għadira u għala l-open top double decker mhux qed tgħaddi minn hemm u jekk qattx operat minn hemm? Jista' jippreżenta kopja tas-site plans tal-loop starting points u loop stopping points tar-rotta tan-North skond il-mappa li hemm fit-tender(ċ)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wardija — skola speċjali - etajiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jattendu l-iskola speċjali tal-Wardija? Minn liema lokalitajiet huma dawk li jattendu din l-iskola u x'inhuma l-etajiet ta' dawk li jattendu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm 51 student li jattendu l-iskola speċjali tal-Wardija. Lokalitajiet: Sliema Żejtun San Pawl il-Baħar Għaxaq Tarxien Żabbar Rabat Mqabba San Ġwann Gżira Valletta Mellieħa Dingli San Ġiljan Qormi Balzan Msida Żurrieq Żebbuġ Siġġiewi Mosta Birkirkara Birżebbuġa Mtarfa Lija Pembroke Ħamrun Naxxar Attard L-eta’ tagħhom tvarja bejn l-10 snin u 23 sena.
Leg 11 PQ #7084 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni skond kif maqsuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, lokalità lokalità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Frar li għadda?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Jannar 2009, fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 6,988. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirregistraw għax-xogħol f’kull kunsill lokali f’Malta u f’Għawdex.
Leg 11 PQ #7085 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Akkademja - persuni li qed jieħdu taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li bħalissa qed jieħdu taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija biex 'il quddiem jibdew iservu fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent m’hemmx persuni li qed jirċevu taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija. Infurmat ukoll, iżda, illi bħalissa qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul f’kors ta’ disa’ xhur għall-kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija, u dan skont is-seħa għall-applikazzjonijiet li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fl-10 ta’ Marzu 2009.
Leg 11 PQ #7086 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet biex jiġu stallati lifts fil-blokk tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet (talbiet) li saru minn inkwilinili joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern, biex jiġu stallati lifts fil-blokk tagħhom? F'liema inħawi huma dawn it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ liftijiet li l-Awtoritá għandha bħalissa minn inkwilini li joqogħdu f’appartamenti tal-Gvern huwa 27. Dawn jikkonsistu f'applikazzjonijiet minn dawn l-inħawi, kif ġej: Birgu (1) B‘Kara (1) Bormla (1) Floriana (1) Isla (1) Marsa (1) Pieta’ (2) Qormi (3) Rabat, Malta (3) San Gwann (4) Sta. Venera (1) Ta’ Xbiex (5) Valletta (2) Żejtun (1).
Leg 11 PQ #7087 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru ta' nurses ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm hu maħsub li jkunu meħtieġa nurses ġodda fil-ħames snin li ġejjin biex ikunu moqdija sew il-polikliniċi u l-isptarijiet tal-gvern? Kif inhu maħsub li dan in-numru ta' infermiera jintlaħaq matul iż-żmien li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Bejgħ ta' proprjetà — dħul ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern f'taxxa, bħala riżultat tal-bejgħ tal-proprjetà f'Jannar u Frar ta' 2006, 2007, 2008 u 2009? Fl-istess perijodi, x'kien il-valur tal-proprjetà li ġiet dikjarata fil-kuntratti tal-bejgħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises,

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

materjal li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni — impatt negattiv fuq l-ambjent u saħħet il-bniedem

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid jekk il-Gvern għandux policy ambjentali fir-rigward ta' l-impatt negattiv fuq l-ambjent u ssussegwentement fuq saħħet in-nies, fir-rigward ta' materjal li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

agrikultura organika — għan li jittaffa t-tniġġis mill-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-Gvern qiegħed jinkoraggixxi u/jew jinċentiva l-agrikultura organika u dan bil-għan li jittaffa t-tniġġis mill-ambjent u biex jonqsu l-konsegwenzi fuq is-saħħa tan-nies?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kimiċi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux politika nazzjonali dwar il-produzzjoni ta' kimiċi u jekk sussegwentement humiex miżmuma l-użu ta' sustanzi carcinogenic, mutagenic, reprotoxic u neurotoxic? Jista' jgħid jekk hux jimplimenta politika li tissotitwixxi dawn il-kimiċi li għandhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa tan-nies u hux jinċentiva lill-industrija li tiddependi minn dawn il-kimiċi u oħrajn għal produzzjoni biex jagħmlu użu minn prodotti li ma jħallux effett fuq is-saħħa tan-nies? Jekk il-Gvern għadu mhux jinċentiva lill-industrija, għandu l-ħsieb li jinċentiva, forsi permezz ta' miżuri fiskali vantaġġjuzi, biex jintużaw prodotti li huma environmentally friendly u li ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tan-nies?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda — fett tat-tniggis ta' l-ambjent fuq is-saħħa tan-nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jaderixxi mad-Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda maqbula fi Stokkholma fl-1972 dwar l-effett tat-tniggis ta' l-ambjent fuq is-saħħa tan-nies, u l-pjani ta' azzjoni maqbula fil-konferenza li saret f'Budapest 2004 mill-WHO-Europe dwar is-saħħa u l-ambjent u konferenzi u konvenzjonijiet sussegwenti? B'liema mod il-Gvern qiegħed fil-prattika jwettaq b'konformità ma' dawn id-dikjarazzjonijiet u qbil internazzjonali permezz ta' pjani ta' azzjoni prattiċi f'pajjiżna biex jegħleb l-effett tat-tniġġis ta' l-ambjent fuq is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin, partikolarment it-tfal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

monitoraġġ dwar kundizzjonijiet mediċi — konsegwenza ta' tniġġis ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux politika li jagħmel monitoraġġ dwar kundizzjonijiet mediċi li jiżviluppaw b'konsegwenza ta' tniġġis ambjentali? Jekk iva x'qed isir? Jekk l, huwa ppjanat li jibda jsir dan il-monitoraġġ u meta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sejħa għall-Environment Experts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministru għamel sejħa għall-Environment Experts li joqogħdu barra il-pajjiż qabel m'għamel sejħa oħra lokali miftuħa għal dawk kollha li għandhom il-kwalifiċi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku dwar liema sejħa qiegħed jirreferi għaliha.
Leg 11 PQ #7117 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

programm nazzjonali ta' breast screening — lokazzjoni ġdida

Question

Filwaqt li wieħed jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tal-Gvern li sa fl-aħħar ser jiġi allokat sit għaċ-ċentru minn fejn għandu jiġi mniedi l-programm nazzjonali ta' breast screening, jaħseb l-Ministru li s-sit identifikat fejn qabel kien hemm il-BOV taħt il-Barrakka ta’ fuq fejn hemm id-Dwana ma tantx huwa idoneju għall-inizjattiva simili bħala location għax fejn ser jkun iċ-ċentru il-ġdid ma tantx joffri privatezza għad-dħul fil-premises kif wkoll li dan ser jiġi located f’area normalment iffrekwentata mill-burdnara u cargo handlers u dan apparti problemi ta’ parking? Għaliex il-Gvern ma addattax parti mill-ex Sptar San Luqa għal dan iċ-ċentru? Kien hemm xi ħlas biex il-gvern akkwista il-proprjetà ikkonċernata jew din kienet ilha li ġiet f’idejn il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Skejjel tal-Istat — Studenti li huma dyslexic

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn studenti fl-iskejjel tal-Istat li huma dyslexic, skola b'skola? Kemm minnhom huma bniet u kemm minnhom huma subien? X'tip ta' support qed jingħata lil dawn l-istudenti mis-support unit tal-SPLD? Kemm għandna għalliema speċjalizzati fil-qasam tad-dyslexia? Kemm minnhom ħadu it-taħriġ tagħhom barra minn Malta u fejn, għalliem b'għalliem? Kull meta jmorru fl-iskejjel rispettivi, skola b'skola? Kemm għamlu żjarat fl-iskejjel tal-knisja u privati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u skola b'skola? Meta l-unit tal-SPLD ser jinstablu post xieraq biex ikun jista' jagħti servizz aħjar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorati tal-Edukazzjoni — Nies imwiddba li jitkeċċew

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex diversi membri sew mis-sezzjoni tal-manutenzjoni kif ukoll mis-sezzjoni tal-ġardinara qed jiġu mwiddba li se jitkeċċew minn direttur partikolari li jaqa' taħt id-Direttorati tal-Edukazzjoni għalkemm dawn qed jipprovaw jagħmlu xogħolhom għalkemm ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom huma limitati għall-aħħar? Ma jidhirlux li dan joħloq tensjoni kbira u jista' wkoll ikun ta' periklu għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol? Ta' min jgħid li dawn il-ħaddiema għandhom id-dinjità tagħhom u jixirqilhom rispett u mhux theddid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jirriżultax li d-Direttur responsabbli mill-ġardinara, kif ukoll mis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni, qatt ma ta xi twiddiba tax-xorta li hemm riferenza għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari.