Ħaġar Qim u l-Imnajdra — kuntrattur tal-konstruzzjoni - ndafa
Question
Tista' l-Ministru tara li l-kuntrattur li qed jibni t-tined fuq it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra jżomm il-post nadif għax sal-lum dan il-post hu mimli skart tal-kostruzzjoni li qegħda ssir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux korrett li wieħed jgħid li ż-żona fejn qegħdin jintramaw l-istrutturi protettivi hija ‘mimlija skart tal-kostruzzjoni’, kif qiegħed jgħid l-Onor. Interpellant.
Il-kuntrattur li qiegħed jinstalla t-tined huwa marbut li jisbarazza il-materjal kollu ġenerat matul il-jum. Il-materjal li wieħed jara fiż-żona huwa kollu materjal meħtieġ għall-proċess ta’ kostruzzjoni.
Wieħed għandu jżid li qegħdin isiru sforzi kbar minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-kuntrattur, sabiex l-inkonvenjent għall-pubbliku jkun il-minimu possibli. Tant hu hekk, li minkejja il-kumplessita’ ta’ dan ix-xogħol, minn meta beda x-xogħol ta’ kostruzzjoni s-sajf li għadda, Ħagar Qim s’issa ingħalaq għal pubbliku għal total ta’ għaxart’ijiem biss.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanta approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal bini tat-tined fuq it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta'
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b) Serenace 5mg
meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6275 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' aneurysyms fis-sistema vaskulari matul 2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pażjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li minħabba li ma jinżammx reġistru nazzjonali fejn jiġu reġistrati każijiet ġodda ta’ aneurysms, l-informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet ġodda li ġew diagnosed fis-sena 2008 ma tistax tingħata.
Għalhekk wieħed jista’ jagħti n-numru ta’ każijiet li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei fis-sena 2008 fejn ġiet mniżżla id-
discharge diagnsois
ta’ xi forma ta’
aneurysm
. Fil-fatt jidher li skond id-database tal-
Hospital Activity Analysis
hemm 21 pazjenti li ddaħħlu minħabba aneurysm fl-2008. Dawn kienu mqassmin hekk:
- 16 kienu
aortic aneurysms
- 2
aneurysms
ta’ arterji fis-sieq
- 2
aneurysms
ta’ arterji fil-moħħ
- 1 mhux specifikat liema arterja kienet involuta
Ninsab informat ukoll li dawn il-figuri ma jirreferux għal każijiet ġodda li ġew
diagnosed
imma biss għal dawk li ddaħħlu l-isptar matul 2008.
Wieħed għandu jinnota wkoll li d-dijanjosi ta’
aneurysm
tista’ issir ukoll fuq
out-patient basis
u l-pazjent ma jkollux għalfejn jidħol l-isptar bħala
in-patient
. Dawn jiġu segwiti regolarment għal xi kambjament fil-qagħda tagħhom. Din l-informazzjoni m’hijiex miġbura fuq is-sistema tal-Out-patients tal-Isptar Mater Dei.
Rigward l-i
screening
tal-familjari ta’ pazjenti li ġew
diagnosed
b’
aneurysm
, m’hemmx struttura formali għaliha, imma il-konsulenti jħeggu lill-familjarji biex imorru għand it-tabib tal-familja tagħhom biex jiġu riferuti għat-testijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6247, 5932, 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6688 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5995, jista' l-Ministru jagħti lista tal-179 mediċinali li nstab li l-prezz f'pajjiżna kien ogħla mill-medja tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, bil-prezz f'pajjiżna u l-medja fl-Unjoni Ewropea f'kull każ? Liema kienu s-60 prodott li traħħsu u x'kien il-prezz qabel u wara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6988 (Papers Laid) 2.xlsPQ 6988 Papers Laid (1).xls
Tista' l-Ministru tgħid min hu l-kuntrattur li rebaħ it-tender għal bini tat-tined fuq it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol u kemm suppost se jieħu żmien sabiex jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntrattur li rebaħ it-tender li ġie mogħti fit-30 ta’ Marzu 2007 għal dan il-proġett huwa Canobbio SpA, Via Roma 3, 15053 Castelnuovo Scrivia, Alessandria (AL), Italja.
Il-valur tal-kuntratt huwa € 2,525,227 (VAT mhux inkluż), li qegħdin jitħallsu permezz ta’ Fondi Strutturali taħt il-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEZR) 2004-6.
Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq is-sit beda f’Ġunju tal-2008.
Skond l-aħħar programm tal-kuntrattur, ix-xogħol għandu jitlesta sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jivverifika għala l-liċenzja tal-kaċċa lil persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, ma nħarġitlux minkejja li din il-persuna ilha li għamlet l-eżami aktra minn tliet xhur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, peress li l-applikazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet ġiet rifjutata, din ma tistax terġa tiġi kkunsidrata jekk mhux kif provdut fl-Art. 25 (2), (Kap 480) tal-Liġijiet ta' Malta.
Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit inkarigat mill-proġett tat-tined fuq it-tempji ta' Haġar Qim u l-Imnajdra? Min hu l-perit Malti rappreżentant ta' dan il-perit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Inġiniera Strutturali responsabbli għall-manifattura u installazzjoni tal-istrutturi protettivi għal Ħaġar Qim u għall-Imnajdra huma Bernd Stimpfle (Ġermanja) u Andrea Angeleri (Italja).
Huma rappreżentati f’Malta minn Martin Xuereb & Associates (MXA).
It-tender ġie mogħti fit-30 ta’ Marzu 2007.
Fid-dawl ta’ dak li rrizulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' l-Ministru jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali?
Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le?
Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom?
Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha?
X’tifhem il-LGA meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu?
Billi intqal li l-LGA qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes?
Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà?
Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel?
Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-operatur b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatament, qed jitħalla jagħti diversi tickets (li dettalji qed jintbagħtu separatament) lill-passiġieri li fuqhom m'hemmx immniżla id-dettalji kollha mitluba kemm fuq it-tenderu fuq il-kuntratt li l-istess awtorità iffirmat mal-Operatur? Jaf li fuq dawn it-tickets suppost hemm imniżżla l-informazzjoni segwenti:
a) Dettalji tal-operatur inkluż dettalji tal-VAT
b) Numru ta' reġistrazzjoni tal-open top bus li minn fuqu jkun inxtara ticket
ċ) Deskrizzjoni tat-tour
d) Data
e) Ħin
f) Kategorija tal-passiġġier
g) L-ammont li passiġġier irid iħallas
Jista' jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur li jingħataw tickets kif jidhru fid-dokument li qed jinbagħat separatament mill-lukandi lit-turisti u li fuqhom m'hemmx mniżżla d-dettalji miktuba fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — tickets mingħand l-operatur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tħalli l-operatur jagħti t-tickets li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li fuqhom il-prezz indikat huwa ta' €13.00 iżda meta l-passiġier jixtri dawn it-tickets qed jiġi mitlub iħallas €15.00, hekk kif jidher ċar fuq it-tickets datati 4 ta' Marzu 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
bonds, equities u collective investment schemes — azzjoni rimedjali
Question
Filwaqt li napprezza li kull investiment li jagħmel f’bonds, equities, collective investment schemes eċċ., kull individwu jkun għamel dan għar-riskju finali tiegħu, jaħseb il-Ministru li billi ħafna nies allegatament ġew misled minn ċerti banek ewlenin minħabba l-hard sell u mis-selling tactics tagħhom, għandu jinħareġ avviż biex dawk l-investituri li jħossu li għandhom kawża verament ġusta fejn jidhrilhom li ġew serjament ingannati mis-salespeople u wealth management officials ta’ ċerti banek għandhom jiġu mistiedna jiktbu lill-Awtorità ta' Malta għas-Servizi Finanzjarji għal azzjoni rimedjali? Dan billi kulma jmur jidher li n-numru ta’ nies li ngidmu huwa akbar milli wieħed jimmaġina u billi l-mod kif inbiegħu ċerti bonds f’ċerti każi huwa wieħed tal-mistħija.
Dan qed ngħidu l-aktar fir-rigward ta’ familji ta’ mezzi finanzjarji mezzani jew limitati inkluż pensjonanti, li xi snin ilu kienu ġew inkoraġġuti b’qawwa kbira biex jinvestu l-flus tagħhom f’dawn it-tip ta’ bonds aktar milli f’mezzi oħrajn aktar konvenzjonali u anqas riskjużi? Dan mhux qed nagħmlu biex inkun allarmista, iżda fl-interess ta’dawk iċ-ċittadini li minħabba fil-mezzi limitati tagħhom ma jifilħux għal daqqa bħal din?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf flill-Onor. Interpellant illi meta wieħed jinvesti, dan ikun qed jagħmlu għat-tul u bil-premessa li l-valur ta’ l-investiment jista’ jitla u anke jinżel fil-valur matul iż-żmien.
Il-fatt li ħafna investituri raw il-valur ta’ l-investimenti tagħhom jinżel f’dawn l-aħħar ġimgħat ma jfissirx li l-investiment mhu se jirpilja qatt jew inkella li l-intermedjarju finanzjarju li kien ipproponielhom l-investiment għandu jiġi attribwit xi ħtija.
Mill-investigazzjoni li saru s’issa ta’ każijiet sottomessi lill-Awtorità, ma jirriżultax li dawk li kienu qed ibiegħu prodotti finanzjarji lill-investituri lokali għamlu dan b’xi ksur ta’ xi regolament jew liġi. Għad hemm każijiet li għad iridu jiġu mistħarrġa għax kull każ jitqies skond il-merti tiegħu. Madankollu, jekk jirriżulta li saret pressjoni mhux mitluba biex wassal l-investitur jixtri prodott finanzjarju mhux tajjeb ghaċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet tiegħu, l-MFSA tieħu kull azzjoni kontra dak l-intermedjarju skond il-poteri li ttiha l-liġi.
Jekk investitur jħoss li l-investiment li għandu illum niżel fil-valur għax qed jissuspetta li l-intermedjarju finanzjarju tiegħu tah parir ħażin jew inkella li l-prodott finanzjarju kellu jkun xort’oħra, l-ewwel li għandu jagħmel hu li jiddiskuti dan ma’ l-intermedjarju. Jekk wara li jsir dan, l-investitur jibqa’ ma jkunx sodisfatt, l-investitur għandu jikteb formalment lill-intermedjarju u jitlobu jinvestiga l-ilment tiegħu, inkluż jagħtih kopji ta’ dokumentazzjoni li setgħet imtliet u ġiet iffirmata fiż-żmien li kien sar l-investiment.
L-intermedjarju huwa obbligat bir-regolamenti ta’ l-Awtorità li jikteb lill-investitur fi żmien xahrejn u jinfurmah li jekk jibqa’ mhux kuntent bir-risposta li jkun ħa, jkun jista’ jressaq l-ilment tiegħu lill-Manager għall-Ilmenti tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni legali li l-investitur jista’ jieħu kontra l-intermedjarju.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-Environment Landscapes Consortium għall-estensjoni għal Għawdex tal-kuntratt tagħhom għal Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi l-Ministeru għal Għawdex ma għamel l-ebda kuntratt mal-Environment Landscapes Consortium, pero dan il-Konsorzju estenda x-xogħol ta' "Landscaping" f'Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5951 jista’ l-Prim Ministru jgħid liema mill-proġetti ESF 1.21, 1.31, 2.64 u 2.7 huma esklussivament għal Għawdex u liema għandhom attivitajiet speċifiċi għal Għawdex? X’inhuma l-attivitajiet speċifiċi f’kull każ? X’inhuma l-korsijiet maħsuba taħt ESF1.23?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ESF 2.7 huwa esklussivament għal Għawdex, filwaqt li l-proġetti ESF1.21, ESF1.31 u 3.64 (mhux 2.64 kif kien indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5951) għandhom attivitajiet speċifiċi mmirati għal Għawdex.
Il-proġett ESF 2.7 jikkonsisti f’taħriġ f’ilsna barranin fuq livell mitkellem.
Il-proġett ESF 1.21 jikkonsisti f’korsijiet ta’ taħriġ speċifiku dwar it-teknoloġija tal-informatika fl-ECDL. Wieħed minn dawn il-korsijiet ser jiġi organiżżat f’Għawdex.
Il-proġett ESF 1.31 jikkonsisti f’korsijiet ta’ taħriġ fil-konservazzjoni u restawr ta’ patrimonju fl-injam. Wieħed minn dawn il-korsijiet, iffukat fuq il-preservazzjoni ta’ wirt kulturali ta’ natura materjali, ser isir ukoll f’Għawdex.
Sadanittant, taħt il-proġett ESF 3.64 li jikkonsisti fi programm ta’ għajnuna marbuta max-xogħol, Għawdex qed jibbenefika minn perjodu itwal li matulu jitħallas is-sussidju irrelevanti mill-kategorija li jaqa’ fiha l-impjegat.
Fir-rigward tal-proġett ESF 1.23, il-korsijiet huma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji, turiżmu u teknoloġija tal-informatika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6439 u jgħid x’inhuma s-servizzi innovattivi fit-trasport pubbliku f’Għawdex? X’sar s’issa fuq din ir-riforma? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association u ma’ stakeholders oħra f’Għawdex, bħalma huma s-sidien tat-taxis? Ma’ min saru l-laqgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul l-aħħar sena, il-Ministeru qabbad esperti tat-trasport biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema tat-trasport pubbliku f'Għawdex. L-għan kien biex tkun introdotta sistema ta' trasport pubbliku li tkun effiċjenti u ta min joqgħod fuqha, bl-anqas impatt fuq l-ambjent u b'konformita ma regoli Ewropej. Is-sistema l-ġdida ser tuża vetturi iktar ġodda u ser tkun ibażżata fuq rotot li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet t'Għawdex.
Sa issa saru tlett laqgħat mal-Gozo Bus Owners Association u saret laqgħa oħra mas-sidien tat-taxis.
Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet li jkun ħa fid-detall meta dawn jittieħdu.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5941 u 6433, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw? Jista’ jgħid fejn sabu x-xogħol, kemm minnhom f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ dawk il-gradwati Għawdxin li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw mill-Universita ta’ Malta f’Novembru 2008 huwa ta’ 205. Minn dawn kien hemm 147 impjegati f’Malta u 58 impjegati f’Għawdex.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema settur dawn il-gradwati kienu qed jaħdmu. Ix-xogħol ta’ dawn il-gradwati ried ikun reġistrat ma’ l-ETC wara Jannar tal-2003 u qabel Novembru tal-2008 (il-perjodu ta’ meta l-gradwati kienu għadhom qed jistudjaw).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.