Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2008? Lil min? X’kien l-iskop ta’ kull għotja? Kemm kien fadal flus fil-fond fil-31 ta’ Diċembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari numru 5503.
Ukoll, ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-bilanċ fil-fond għal-Kawżi Ġusti kien jaqra €145,335.07.
Jista' l-Ministru jara t-talba tas-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bil-kunsens tagħha talbet li ssir reviżjoni dwar jekk is-sussidju tal-kera mogħti mill-Gvern hux dak mistħoqq lilha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-kera kummerċjali tal-post li ġie allokat lis-Sinjura hija ta’ € 3,005. Is-Sinjura ngħatat sussidju li jammonta għal 70% tal-kera kummerċjali u għalhekk hija ntalbet tħallas kera sussidjata ta’ € 901.50 fis-sena. Ta’ min jgħid li s-Sinjura ngħatat l-għola perċentaġġ ta’ sussidju u għalhekk din il-kera ma tistax tonqos anke jekk issir reviżjoni ta’ sussidju.
Tarxien — Triq l-Isqajjaq - ħmieġ riżultat tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fi Triq l-Isqajjaq Tarxien, il-parti l-antika li hekk kif tagħmel ix-xita joħroġ kull tip ta' drenaġġ u ħmieġ u riħa insapportabbli? Dan żgur mhux proġett li jista' jagħmlu l-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-K.S.I.
Billi l-proġett tal-Crafts Village ta' Ta' Qali mhux ser jitwettaq, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jimxi 'l quddiem bil-konvenji li ffirma mal-operaturi tal-Ħadd fl-istess Crafts Village?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega ruħu xi jrid jgħid b’ “Operaturi tal-Ħadd”.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — permessi fuq art tal-gvern
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5592, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' persuni li kellhom permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-gvern li fil-fatt ġew approvati mid-Dipartiment tal-Artijiet u kemm ġew rifjutati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-permessi maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq art tal-Gvern huma varji, t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma tikklassifikax dawn il-permessi u anqas iżżomm tali statistika. Għaldaqstant, mhux possibli li tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Membru irid xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu li jagħti d-dettalji sabiex tinġabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel sabiex jirritorna lura f'idejn il-Gvern Malti dik l-art tal-Qawra li l-valur tagħha huwa approssimattivament ta' €23,000,000 li mill-Maltacom għaddiet Tecom Investments?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaqgħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jekk jiġi ratifikat it-Trattat ta' Lisbona mill-Irlandiżi, jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jimtela' s-sitt siġġu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kunsill Ewropew tal-11 u 12 ta’ Diċembru 2008 stabbilixxa miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew jekk it-Trattat ta’ Lisbona jidħol fis-seħħ wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2009. Dawn il-miżuri tranżitorji jipprovdu għal żieda fin-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew għal numru ta’ Stati Membri, inkluża Malta, kif stabbilit mit-Trattat ta’ Lisbona. Din iż-żieda se ssir permezz ta’ Protokoll li jrid ikun negozjat u mbagħad ratifikat mill-iStati Membri kollha biex jidħol fis-seħħ mhux iktar tard mill-2010.
Għalhekk, huwa neċessarju li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona u dan il-Protokoll sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol biex ikun determinat kif jista’ jimtela’ dan is-siġġu l-ġdid ta’ Malta fil-Parlament Ewropew. Ta’ min ifakkar li dan is-siġġu huwa frott il-ħidma tal-Gvern Malti waqt in-negozjati fuq it-Trattat ta’ Lisbona u rrid pubblikament nirringrazzja lil dawk kollha li kienu nvoluti f’dawn in-negozjati. Huwa wkoll riżultat tal-ħidma tal-Gvern Malti u dak Spanjol, li l-Kunsill Ewropew tal-11 u 12 ta’ Diċembru 2008 ftiehem fuq il-miżuri tranżitorji li ser jipprovdu biex Malta tkun tista’ timla dan is-sitt siġġu qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.
B’danakollu, nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li s-sitt siġġu ta’ Malta se jimtela’ b’mod trasparenti konformi mat-tradizzjonijiet elettorali tagħna u l-proċeduri li huma jew jistgħu ikunu stabbiliti mil-liġi Maltija dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-ministru jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B). Minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li f'pajjiżna għandna sitwazzjoni li prattikament min għandu 18, 19, 20 jew 21 sena ma jistax jikri vettura, anke jekk ikollu l-liċenzja, peress li l-aġenziji tal-assigurazzjoni m'humiex lesti jassigurawhom, jaħseb il-Ministru li din hi sitwazzjoni inġusta? X'se jagħmel dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-suq Malti ta’ l-assigurazzjoni huwa wieħed li jimxi fuq il-prinċipju ta’ suq liberu. Għalhekk l-għażla ta’ liema tip ta’ riskji jiġu assigurati huwa tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni u mhux imposta minn ebda liġi. Id-deċiżjoni biex kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tassigura riskju, hija bbażata fuq fatturi differenti fosthom l-eta’ tas-sewwieq u l-‘claims experience’ in ġenerali tas-sewwieq ta’ eta żgħira.
Il-mistoqsija għamlet referenza ukoll għall-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni. Jista’ jagħti l-każ illi waqt li l-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni jkollha r-restrizzjonijiet imposti mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni (“il-Prinċipal tagħha”) ta’ liema tipi ta’ riskji tista’ tassigura, mhux neċessarjament ikun il-każ li l-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tapplika dawn ir-restrizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6156 u cioè: Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6853 u jgħid kemm ġew reġistrati second hand cars importati f'Jannar u Frar 2009? Qiegħed jiġi kkunsidrat c-CO2 ta' dawn il-karozzi importati second hand?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6853.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6269 u jgħid kemm tammonta l-ispiża totali li l-gvern ħareġ biex żamm l-immigranti illegali fid-detention centres fis-snin 2005 sa 2008 (ikel, xorb, ħasil, mediċini, ilma, ħsarat, suldati, casuals, overtime eċċ.)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hu stmat li l-ispejjeż rikorrenti li l-Gvern ħareġ biex żamm l-Immigranti illegali fid-detention centres fis-snin 2005 sa 2008 (ikel, xorb, ħasil, mediċini, ilma, ħsarat, suldati, casuals, overtimeeċċ.) huma kif ġej:
Spejjeż Kapitali mhux inklużi fit-totali miġburin.
Lm
€
2005
LM2,928,337.00
€ 6,821,190.31
2006
LM3,007,281.00
€ 7,005,080.36
2007
LM3,654,340.36
€ 8,512,323.22
2008
€ 8,277,697.24
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6255 u jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6255.