Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35029 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35456.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34961 u 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34470.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati u kemm ġew jiswew dawn il-pubblikazzjonijiet - Ħobb lil Pajjiżek, Żommu Nadif! mill-Ufficcju tal-Prim Ministru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li saru 5,000 kopja tal-pubblikazzjoni li tqassmu waqt Notte Bianca tas-sena li għaddiet. L-istampar ġie jiswa €4,935.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati fuljetti u pubblikazzjonijiet mid-Department of Information u mill-Ministeri, ministeru b'ministeru matul is-sena 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba dwar il-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-OPM qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunellata ta' skart riċiklat inġabar fl-ewwel 4 xhur tal-2012? Jista' jgħid fejn imur dan l-iskart li suppost huwa riċiklat? Iktar minn hekk allura fejn jerġa' jintuża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35101 imressqa minnu stess għas-Seduta 486 ta’ disa’ t’ijiem ilu.
B’ riferenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill- Onor.Interpelant li t-tunellaġġi imsemmija ġew esportati għar riċiklaġġ lejn dawn il-pajjiżi segwenti: Svezja ,Tajlandja Cina, Singapore, Indonesia, India, Hong Kong, Spanja u Malaysia.L-iskart imbgħad igħaddi minn proċessi skond il-frazzjoni li jerġgħu jibdlulu n-natura tiegħu għal prodott u dan jerġa jkun jista’ jitpoġġa fuq is-suq: ħafna drabi taħt tikketta li turi li hu magħmul minn prodott riċiklat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitnaqqsu ħaddiema mal-Air Malta u meta se jispiċċaw dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid ukoll kemm idaħħlu ħaddiema ġodda jaħdmu mal-Air Malta matul ix-xhur ta'Jannar, Frar, Marzu u April 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li c-chairman tal MCCAA għamel żjara fil Gżejjer Fiji biex jattendi laqgħa Ġenerali tal-ISO COPOLCO. Iċ-chairman ġie mistieden biex jattendi għax is-sena li ġejja din il-laqgħa ferm prestiġjuża sejra ssir Malta. Il vjaġġ kollu ta’ chairman kien fil klassi ekonomika, vjaġġ u allowance flimkien ġew 3190 euros.
L-arranġamenti kollha meħtieġa kif kontemplati fil-liġi jitieħdu meta chairman ikun msiefer.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq nirriferi lil Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30650.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Mepa Numru PA/05208/10 għal bini ta’ breakwater u pontoon fil-port tal-Imġarr? Sar rapport minn Case Officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jpoġġi kopja tiegġu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le għaliex għadu ma sarx? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-case officer fuq PA 5208/10 għadu qed jistenna sottomissjoni ta’ studji u informazzjoni mitluba, sabiex jiġi konkluż.
Dan għaliex fl-20 ta' Frar 2012, il-Perit intalab mid-Direttorat tal-Ippjanar sabiex jissottometti studji mit-
Transport Malta
dwar l-impatt tal-proposta fuq l-
ambient wave climate
, kif ukoll
hydrodynamic
model
li juri l-effett tal-iżvilupp propost.
Filwaqt illi, fit-28 ta' Marzu 2012, id-Direttorat tal-Ambjent talbu informazzjoni relatata ma' mmanigjar ta' skart, u dettalji dwar servizzi u installazzjonijiet.
Il-MEPA qed tistenna risposta mill-Perit/applikant dwar dawn iż-żewġ talbiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni kif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/05241/10 għat-tqegħid ta’ floating pontoon ‘il barra mill-port tal-Imġarr? Sar rapport minn Case Officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jpoġġi kopja tiegġu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le għaliex għadu ma sarx? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-
Case Officer
fuq din l-applikazzjoni (PA 5242/10) għadu jrid jiġi konkluż in vista ta’ emendi li ddaħħlu mill-applikant reċentement. Fl-24 ta' Frar 2012 daħlu emendi li jikkonsistu f'revised site plan, ritratti u pjanti li juru t-tneħħija tat-trakkar u l-ankraġġ tal-biċċiet tal-baħar li se jkunu inklużi f'żewġ applikazzjonijiet separati għall-bdil fil-proposta li taqra:
“It is proposed to place a floating pontoon”
. Minħabba l-emendi li għamel il-perit fil-proposta u l-pjanti, din l-applikazzjoni għadha qed tiġi ipproċessata u għandha terġa' tiġi rreferita lill-
Case Office
r biex tiġi assessjata.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi pjanat li tiġi indirizzata l-problema tal-kjus tal-vapur li fil-ġranet tas-sajf kienu jaslu sal-Marfa peress li issa jidher li t-triq taċ-Ċirkewwa ġejja single lane peress li qabel b'żewġ karreġġjati xorta kien ikun problemi u kongestjoni? Jista' jgħid issa li ġejja lane waħda x'se jiġri biex din is-sitwazzjoni tiġi ġestita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq tal-Marfa qatt ma kienet b’żewġ korsiji (lanes) lejn iċ-Ċirkewwa imma kienet karreġġjata waħda li takkomoda korsija lejn iċ-Ċirkewwa u korsija lejn l-Għadira. Kienet ukoll takkomoda l-istess traffiku f'każi ta' kjus imma mhux mingħajr ma jkun affettwat it-traffiku.
Id-disinn il-ġdid jippermetti li mit-terminal sat-triq li tagħti għar-Ramla tal-Bir hemm żewġ karreġġjati għat-traffiku oppost bil-karreġġjata lejn Għawdex li tinkludi
queuing lane
. Il-parti mit-triq li tagħti għar-Ramla tal-Bir sat-triq tat-Torri l-Aħmar takkomoda żewġ karreġġjati wkoll bid-direzzjoni lejn il-Mellieħa li tipprovdi żewġ korsiji.
allowance għal min ikun fil-kariga ta' Ministru u jieqaf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-eks Ministru Carmelo Mifsud Bonnici hux se jibbenefika mill-miżura li daħħal il-gvern u cioè li dawk il-Ministri li ma jibqgħux fil-kariga jirċievu allowances għal sitt xhur sussegwenti it-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-provedimenti stabbiliti għal meta Ministru ma jibqgħax iservi fil-kariga huma applikabbli.
Peress li ħafma mill-bus shelters li għandna fil-lokalitajiet f'Għawdex u Malta mhux addatati biex joffru kenn mix-xemx peress li huma trasparenti, u peress li issa bidet is-sħana u allura x-xemx tkun taħraq ukoll dawn is-shelters mux idoneji għal din it-tip ta' klima, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35102 u jgħid jekk il-gassijiet li qed joħorġu mill-miżbla kemm mill-ġdida kif ukoll mill-antika li hemm il-Magħtab x'qed isir minnhom u jekk humiex jinġabru jew jintużaw għal xi ħaġa oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li partijiet mill-gassijiet li qed joħorġu mill-miżbla qiegħdin iservu sabiex tkun iġġenerata enerġija taħt forma ta’ sħana biex tgħin l-impjant RTO u l- flare li jittrattaw il-gassijiet oħra li jkunu ġenerati.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, il-ħaddiema reġistrati uffiċjalment mal-Kunsill Nazzjonali għal-Persuni b’Diżabilita’ huma 32.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull individwu għandu l-libertà assuluta li ma jirregistrax bħala persuna b’diżabilità anki jekk huwa reġistrat mal- Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità (KNPD). Sakemm impjegat ma jagħżilx li jagħmel dan, huwa ma jistax ikun registrat bħala tali ma’ dan il-Ministeru liema dritt huwa mogħti lill-individwu mid-Data Protection Act.
Għaldaqstant, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq ir-rekords uffiċjali fil-preżent ma hemm ħadd li uffiċjalment jista’ jitqies bħala persuna b’diżabilità għalkemm hemm każijiet fejn prima facie jista’ jitqies li huma persuni b’forma ta’ diżabilità. Immedjatament iżda ngħid li n-nuqqas ta’ registrazzjoni uffiċjali ma’ dan il-Ministeru m’għandux jiftiehem li dawn il-persuni ma jingħatawx l-għajnuna u l-konsiderazzjoni meħtieġa biex jinserixxu ruħhom b’mod pożittiv fl-impjieg tagħhom.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi fl-MCCAA hemm tliet persuni b’diżabilta li jgħamlu persentaġġ ta 2.5% tal-ħaddiema in ġenerali
Id-Dipartiment tal-Kummerċ hemm persuna waħda b’diżabiltà li tammonta għal 1.35%
Ġewwa l-MCCAA hemm tlett persuni b’diżabilà li jagħmlu persentaġġ ta’ 2.5% tal-ħaddiema in ġenerali
Minn total ta' 165 impjegat, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għandu, 3 persuni b'diżabilità impjegati miegħu li jammonta għal 1.8% tal-ħaddiema.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
ENTITA’
PERSUNI B’DIZABILITA’
PERSENTAGG
FONDAZZJONI GHAS-SERVIZZI TAL-HARSIEN SOCJALI
24
3.4%
AWTORITA’ TAD-DJAR
1
0.8%
KUMMISSARJU GHALL-GHAQDIET VOLONTARJI
nil
nil
KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIZABILTA’
13
50%
MEUSAC
1
5.26%
KUMMISSARJU GHAT-TFAL
1
10%
DIPARTIMENT GHAR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TAL-IMPJIEGI
1
2.5%
QRATI TAL-GUSTIZZJA
3
0.71%
KUMMISSARJU GHAL VJOLENZA DOMESTIKA
nil
nil
KUMMISSJONI NAZZJONALI GHAL PROMOZZJONI TAL-UGWALJANZA
nil
nil
DIPARTIMENT STANDARDS FIL-HARSIEN SOCJALI
8
23%
MCESD
nil
nil
POLITIKA SOCJALI
nil
nil
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu jammonta għal 7, jiġifieri 0.32 fil-mija tal-ħaddiema in ġenerali.